|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2525 |
25.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2525
tat-23 ta' Settembru 2024
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha, u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u ta’ miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ 3 xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1., ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Qalziet ta’ taħt unisex, elastiċizzat ħafna u li joqgħod inkaxxat, magħmul minn drapp tessili rqiq inittjat b’mod ċirkolari u b’fibri magħmulin mill-bniedem (96 % poliester u 4 % elastan). Il-parti ewlenija tal-qalziet ta’ taħt hija nnittjata f’forma ta’ tubu bla ħjata. Fil-parti t’isfel tal-prodott hemm ħjata li tagħlaq il-fetħa min-naħa waħda tas-sieq għal bejn il-koxox san-naħa tas-sieq l-oħra. Fiż-żona ta’ bejn il-koxox ma fihx ġirun. Il-qalziet ta’ taħt għandu ċinta bil-linji mqabbża wiesgħa, issikkata u elastiċizzata ħafna. It-trufijiet tal-qliezi qosra tal-qalziet ta’ taħt għandhom il-keffa. Il-parti bil-keffa hija elastiċizzata ħafna u s-saqajn joqogħdu nkaxxati. Il-qalziet ta’ taħt jista’ jinħasel. Għall-importazzjoni, il-qalziet ta’ taħt jiġi ddikkjarat bħala parti minn “sistema ta’ ġestjoni tal-inkontinenza” magħmul minn żewġ biċċiet (qalziet ta’ taħt u pads tal-inkontinenza). Minħabba l-elastiċità tiegħu, il-qalziet ta’ taħt huwa adattat biex jitqiegħdu diversi oġġetti mal-ġilda ta’ min jilbsu, pereżempju diversi pads (ta’ daqsijiet u forom differenti) jew dressings tal-ġrieħi. Mhuwiex indikat jekk il-qalziet ta’ taħt huwiex iddisinjat biex iżomm pads jew dressings tal-ġrieħi. Mal-qliezet ta’ taħt għall-iffissar ma jiġux importati la inforor tal-ħrieqi, la pads assorbenti u lanqas xi tip ta’ dressing tal-ġrieħi. (Ara l-istampi) (*1) |
6108 22 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Noti 1 u 9 tal-Kapitolu 61 u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6108 u 6108 22 00 . Hija eskluża l-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9619 . Il-qalziet ta’ taħt bħala tali mhuwiex oġġett simili għal kwalunkwe oġġett kopert bl-intestatura 9619 , għaliex huwa sempliċiment qalziet ta’ taħt unisex, elastiċizzat ħafna u li joqgħod inkaxxat, magħmul minn drapp tessili rqiq. Għall-kuntrarju tal-oġġetti l-oħra kollha nnumerati taħt dik l-intestatura, il-qalziet ta’ taħt innifsu ma għandu l-ebda karatteristika assorbenti speċjali biex jikkwalifika pereżempju bħala ħarqa. Il-materjal tiegħu ma jipprevjenix it-tnixxija ta’ fluwidi tal-ġisem u ma jassorbix il-fluwidi mill-ġisem (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 9619 , l-ewwel paragrafu, u n-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 96 tan-Nomenklatura Magħquda, fejn jiġu enfasizzati l-karatteristiċi assorbenti ta’ dawk l-oġġetti). Barra minn hekk, hija eskluża l-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 9619 00 89 bħala oġġett tal-kura għall-inkontinenza. L-oġġett ma jistax jitqies bħala oġġett mhux komplut, mhux irfinut jew mhux assemblat (il-parti assorbenti nieqsa tiżdied wara l-importazzjoni) skont it-tifsira tar-Regoli Ġenerali 2(a). Il-qalziet ta’ taħt ma għandux il-karattru essenzjali ta’ oġġett tal-kura għall-inkontinenza, peress li mid-disinn tiegħu ma jistax jiġi konkluż jekk huwiex maħsub biex jintuża għad-dressing tal-ġrieħi jew għall-inkontinenza, jew għal kwalunkwe skop ieħor li jirrikjedi l-iffissar ta’ prodotti mal-ġilda ta’ min jilbsu. Konsegwentement, il-qalziet ta’ taħt ta’ tessut elastiku mingħajr l-ebda karatteristika assorbenti, mhuwiex oġġett tal-intestatura 9619 . Madankollu, il-qalziet ta’ taħt huwa simili għall-briefs unisex innittjati kklassifikati taħt l-intestatura 6108 fil-punt 3 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 350/93 (1), fejn il-qatgħa u l-elastiċità konsiderevoli tagħhom jippermettu pereżempju li titqiegħed pad u li f’dak il-każ ikun adattat pereżempju għall-inkontinenza. In-nuqqas ta’ ġirun fil-qalziet ta’ taħt ma jeskludihx mill-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 6108 . Għaldaqstant, l-oġġett unisex għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 6108 22 00 bħala qliezet ta’ taħt tan-nisa jew tal-bniet. |
(*1) L-istampi huma purament għall-informazzjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 350/93 tas-17 ta’ Frar 1993 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 41, 18.2.1993, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/350/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2525/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)