|
16.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 450/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2235
tal-15 ta’ Diċembru 2021
li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2021 f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 minħabba sajd żejjed ta’ stokkijiet oħra fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1420
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2020 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
|
(2) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2021 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
|
(3) |
Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru ikun qabeż il-kwoti tas-sajd allokati lilu, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1420 (10) stabbilixxa tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2021 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedent. |
|
(5) |
Għal ċerti Stati Membri, jiġifieri d-Danimarka, Spanja, l-Estonja, Franza u n-Netherlands ma setax isir ċertu tnaqqis bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1420 mill-kwoti allokati għall-istokkijiet li jkunu ġew mistada żżejjed, għaliex il-kwoti għal dawn l-istokkijiet mhumiex disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2021. |
|
(6) |
L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li, meta ma jkunx jista’ jsir tnaqqis b’rabta mal-istokk fejn ikun sar sajd żejjed fis-sena ta’ wara dik li fiha jkun sar sajd żejjed minħabba li l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux kwoti disponibbli għal dak l-istokk, jista’ jsir tnaqqis b’rabta ma’ stokkijiet oħra fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kkonċernati. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 72/07 li tinkludi Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (11) (“il-Linji Gwida”) tali tnaqqis għandu preferibbilment isir fis-sena jew fis-snin ta’ wara mill-kwoti allokati għall-istokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet sajd żejjed mill-kwota. |
|
(7) |
L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati b’rabta mal-applikazzjoni ta’ ċertu tnaqqis mill-kwoti allokati għall-istokkijiet għajr dawk li jkunu ġew mistada żżejjed. Għalhekk, huwa xieraq li jsir it-tnaqqis minn dawk il-kwoti tas-sajd allokati lil dawk l-Istati Membri fl-2021. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1420 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Xorta jistgħu jseħħu aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzji attwali jew preċedenti, ta’ żbalji, omissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid iddikjarati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Il-kwoti tas-sajd stabbiliti għas-sena 2021 fir-Regolamenti (UE) 2020/1579. (UE) 2021/90, (UE) 2021/91, u (UE) 2021/92, imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitnaqqsu billi jiġi applikat it-tnaqqis fuq l-istokkijiet alternattivi stabbiliti f’dak l-Anness.
L-Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1420 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
L-Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020 (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 7).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/124 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 281, 31.10.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 14).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 362, 30.10.2020, p. 3).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/91 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jiffissa, għas-snin 2021 u 2022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 20).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021 p. 31).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU) 2021/1420 tat-30 ta’ Awwissu 2021 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2021 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 305, 31.8.2021, p. 10).
(11) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (2012/C 72/07) (ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27) kif emendat bil-Komunikazzjoni 2019/C 192/03 (ĠU C 192, 7.6.2019, p. 5).
ANNESS I
TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2021 LI JRIDU JIĠU APPLIKATI FUQ STOKKIJIET ALTERNATTIVI
|
STOKKIJIET MISTADA ŻŻEJJED |
|
STOKKIJIET ALTERNATTIVI |
||||||||||
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwantità li ma tistax titnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-2021 għall-istokk mistad iżżejjed (f’kilogrammi) |
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwantità li trid titnaqqas mill-kwota tas-sajd tal-2021 għall-istokkijiet alternattivi (f’kilogrammi) |
|
DK |
COD |
1N2AB. |
Bakkaljaw |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
1 606 |
|
DK |
HER |
1/2- |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni, dawk tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 |
1 606 |
|
DK |
DGS |
15X14 |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 5, 6, 7, 8, 12 u 14 |
4 718 |
|
DK |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
Iż-żoni 6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14 |
4 718 |
|
DK |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
80 933 |
|
DK |
HER |
1/2- |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni, dawk tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 |
80 933 |
|
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
33 603 |
|
ES |
COD |
1/2B. |
Bakkaljaw |
1 u 2b |
33 603 |
|
ES |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
22 078 |
|
ES |
COD |
1N2AB. |
Bakkaljaw |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
22 078 |
|
EE |
COD |
1N2AB. |
Bakkaljaw |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
16 377 |
|
EE |
RNG |
5B67- |
Grenadier imnieħru tond |
Iż-żoni 6 u 7; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b |
34 000 |
|
FR |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
8 988 |
|
FR |
REB |
1N2AB. |
Redfish |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
8 988 |
|
FR |
NEP |
08C. |
Skampu |
8c |
5 342 |
|
FR |
POL |
08C. |
Pollakkju |
8c |
5 342 |
|
FR |
WHM |
ATLANT |
Marlin abjad |
L-Oċean Atlantiku |
2 450 |
|
FR |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
2 450 |
|
NL |
WHB |
8C3411 |
Stokkafixx |
Żoni 8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
12 235 |
|
NL |
WHB |
1X14 |
Stokkafixx |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 |
12 235 |
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1420 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2021 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwota oriġinali tal-2020 (f’kilogrammi) |
Ħatt l-art permess għall-2020 (Kwantità totali adattata f’kilogrammi) (1) |
Qabdiet totali li saru fl-2020 (kwantità f’kilogrammi) |
Konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess |
Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f’kilogrammi) |
Fattur ta’ multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel (5) (kwantità f’kilogrammi) |
Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2021 (6) u għas-snin ta’ wara (kwantità f’kilogrammi) |
Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2021 għall-istokkijiet mistada żżejjed (7) (kwantità f’kilogrammi) |
Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2021 għall-istokkijiet alternattivi (kwantità f’kilogrammi) |
Ammont li għandu jitnaqqas mill-kwoti tas-sajd għall-2022 u għas-sena/snin ta’ wara (kwantità f’kilogrammi) |
|
|
DE |
HER |
4AB. |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N |
39 404 000 |
18 997 930 |
20 355 612 |
107,15 % |
1 357 682 |
/ |
/ |
/ |
1 357 682 |
1 357 682 |
/ |
/ |
|
DE |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
Iż-żoni 6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14 |
23 416 000 |
21 146 443 |
22 858 079 |
108,09 % |
1 711 636 |
/ |
/ |
/ |
1 711 636 |
1 711 636 |
/ |
/ |
|
DK |
COD |
1N2AB. |
Bakkaljaw |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
1 606 |
Mhux Applikabbli |
1 606 |
1,00 |
/ |
/ |
1 606 |
/ |
1 606 |
/ |
|
DK |
DGS |
15X14 |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 5, 6, 7, 8, 12 u 14 |
/ |
/ |
4 718 |
Mhux Applikabbli |
4 718 |
1,00 |
/ |
/ |
4 718 |
/ |
4 718 |
/ |
|
DK |
HER |
03A. |
Aringi |
3a |
10 309 000 |
7 482 731 |
7 697 049 |
102,86 % |
214 318 |
/ |
/ |
/ |
214 318 |
214 318 |
/ |
/ |
|
DK |
HER |
4AB. |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N |
59 468 000 |
75 652 933 |
81 089 507 |
107,19 % |
5 436 574 |
/ |
/ |
/ |
5 436 574 |
5 436 574 |
/ |
/ |
|
DK |
MAC |
2A34. |
Kavalli |
Iż-żoni 3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3b, 3c u tas-Subdiviżjonijiet 22-32 |
19 998 000 |
17 987 493 |
18 625 387 |
103,55 % |
637 894 |
/ |
/ |
/ |
637 894 |
637 894 |
/ |
/ |
|
DK |
MAC |
2A4A-N |
Kavalli |
L-ilmijiet Norveġiżi 2a u 4a |
14 453 000 |
13 507 878 |
13 531 201 |
100,17 % |
23 323 |
/ |
/ |
/ |
23 323 |
23 323 |
/ |
/ |
|
DK |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
7 800 |
88 733 |
1 137,60 % |
80 933 |
1,00 |
/ |
/ |
80 933 |
/ |
80 933 |
/ |
|
DK |
PRA |
N1GRN. |
Gamblu tat-Tramuntana |
L-ilmijiet ta’ Greenland li jinsabu fiż-żona 1 tan-NAFO |
1 400 000 |
2 800 000 |
2 818 891 |
100,67 % |
18 891 |
/ |
/ |
/ |
18 891 |
18 891 |
/ |
/ |
|
DK |
SAN |
234_2R |
Ċiċċirella |
Żona ta’ ġestjoni 2r taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni |
59 106 000 |
56 042 763 |
57 756 024 |
103,06 % |
1 713 261 (9) |
/ |
/ |
/ |
1 713 261 (9) |
1 713 261 (9) |
/ |
/ |
|
ES |
COD |
1/2B. |
Bakkaljaw |
1 u 2b |
11 688 000 |
9 576 615 |
9 581 250 |
100,05 % |
4 635 |
/ |
/ |
/ |
4 635 |
4 635 |
/ |
/ |
|
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
22 402 |
Mhux Applikabbli |
22 402 |
1,00 |
A |
/ |
33 603 |
/ |
33 603 |
/ |
|
ES |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
22 078 |
Mhux Applikabbli |
22 078 |
1,00 |
/ |
/ |
22 078 |
/ |
22 078 |
/ |
|
ES |
RJU |
9-C. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9 |
15 000 |
15 000 |
21 072 |
140,48 % |
6 072 |
1,00 |
/ |
2 067 |
8 139 |
8 139 |
/ |
/ |
|
EE |
COD |
1N2AB. |
Bakkaljaw |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
300 000 |
316 377 |
105,46 % |
16 377 |
/ |
/ |
/ |
16 377 |
/ |
34 000 |
/ |
|
FR |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
8 988 |
Mhux Applikabbli |
8 988 |
1,00 |
/ |
/ |
8 988 |
/ |
8 988 |
/ |
|
FR |
NEP |
08C. |
Skampu |
8c |
0 |
0 |
5 342 |
Mhux Applikabbli |
5 342 |
1,00 |
/ |
/ |
5 342 |
/ |
5 342 |
/ |
|
FR |
WHM |
ATLANT |
Marlin abjad |
L-Oċean Atlantiku |
/ |
/ |
1 225 |
Mhux Applikabbli |
1 225 |
1,00 |
C |
/ |
2 450 |
/ |
2 450 |
/ |
|
IE |
ALB |
AN05N |
Alonga tat-Tramuntana |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N |
2 891 010 |
2 743 260 |
2 938 449 |
107,12 % |
195 189 |
/ |
C (8) |
/ |
195 189 |
195 189 |
/ |
/ |
|
LV |
HER |
3D-R30 |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 |
4 253 000 |
6 135 144 |
6 138 817 |
100,06 % |
3 673 |
/ |
C (8) |
/ |
3 673 |
3 673 |
/ |
/ |
|
LV |
SPR |
3BCD-C |
Laċċa Kaħla |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32 |
29 073 000 |
28 618 753 |
28 635 182 |
100,06 % |
16 429 |
/ |
C (8) |
/ |
16 429 |
16 429 |
/ |
/ |
|
NL |
HER |
4AB. |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N |
51 717 000 |
50 896 907 |
51 002 687 |
100,21 % |
105 780 |
/ |
/ |
/ |
105 780 |
105 780 |
/ |
/ |
|
NL |
WHB |
8C3411 |
Stokkafixx |
Żoni 8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
/ |
/ |
12 235 |
Mhux Applikabbli |
12 235 |
1,00 |
/ |
/ |
12 235 |
/ |
12 235 |
/ |
|
PL |
HER |
1/2- |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni, dawk tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 |
593 000 |
1 226 015 |
1 329 820 |
108,47 % |
103 805 |
/ |
/ |
/ |
103 805 |
103 805 |
/ |
/ |
|
PL |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
Iż-żoni 6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14 |
1 649 000 |
4 724 236 |
5 185 187 |
109,76 % |
460 951 |
/ |
/ |
/ |
460 951 |
460 951 |
/ |
/ |
|
PT |
ALB |
AN05N |
Alonga tat-Tramuntana |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N |
2 273 970 |
1 638 457 |
1 595 315 |
97,37 % |
-43 142 (10) |
Mhux Applikabbli |
Mhux Applikabbli |
635 513 (11) |
635 513 (11) |
635 513 (11) |
/ |
/ |
|
PT |
ALF |
3X14- |
Fonsa ħamra |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14 |
164 000 |
155,278 |
158,601 |
102,14 % |
3 323 |
/ |
A (8) |
/ |
3 323 |
3 323 |
/ |
/ |
|
PT |
BET |
ATLANT |
Tonn obeż |
L-Oċean Atlantiku |
3 058 330 |
3 058 330 |
3 069 582 |
100,37 % |
11 252 |
/ |
C (8) |
/ |
11 252 |
11 252 |
/ |
/ |
|
PT |
HKE |
8C3411 |
Merluzz |
Żoni 8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
2 614 000 |
1 996 154 |
2 135 737 |
106,99 % |
139 583 |
/ |
C (8) |
/ |
139 583 |
139 583 |
/ |
/ |
|
PT |
SWO |
AS05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku fin-Nofsinhar ta’ 5° N |
299 030 |
299 030 |
309 761 |
103,59 % |
10 731 |
/ |
/ |
/ |
10 731 |
10 731 |
/ |
/ |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-Politika Komuni tas-Sajd u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2019 għall-2020 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni min sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u f'konformità mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f'konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2018, fl-2019 u fl-2020. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li l-istokk huwa suġġett għal pjan pluriennali.
(5) Il-kwantitajiet li fadal mis-sena jew mis-snin ta’ qabel.
(6) It-tnaqqis li għandu jsir fl-2021.
(7) It-tnaqqis li għandu jsir fl-2021 li jista’ jsir fir-realtà meta wieħed iqis il-kwota disponibbli fis-7 ta’ Settembru 2021.
(8) Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni mhux applikabbli billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.
(9) Irid jitnaqqas miż-żona ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell 3r.
(10) Peress li l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 mhuwiex applikabbli għall-istokk ALB/AN05N; din il-kwantità mhux użata ma tistax tintuża biex jitnaqqas in-nofs li jifdal tat-tnaqqis dovut fl-2021.
(11) Fuq talba tal-Portugall, it-tnaqqis ta’ 1 271 026 kilo li kellu jsir fl-2020 minħabba sajd żejjed fl-2019 ġie mifrux b’mod ugwali fuq sentejn (2020 u 2021).”