Official Journal L 071 , 21/03/1968 P. 0008 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0016
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0052
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0016
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0053
Greek special edition: Chapter 03 Volume 33 P. 0014
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0109
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0109
Ir-Regolament (KEE) Nru 316/68 tal-Kunsill tat-12 ta’ marzu 1968 li jiffissa l-istandards ta’ kwalità għall-fjuri maqtugħa friski u weraq frisk ornamentali IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ wara li kkunsidra t-trattat li jwaqqaf il-komunità ekonomika ewropea; wara li kkunsidra r-regolament tal-kunsill (kee) n 234/68 [1] dwar it-twaqqif ta’ l-organizzazjoni komuni tas-suq tas-siġar ħajja u pjanti oħra, basal, għeruq u oġġetti oħra ta’ din ix-xorta, fjuri maqtugħa u weraq ornamentali, u b’mod partikolari l-artikolu 3 tiegħu; wara li kkonsidra l-proposta tal-kummissjoni; billi hemm negozju sostanzjali fil-fjuri friski maqtugħa u weraw frisk ornamentali kemm fil-komunità u bejn l-istati membri u pajjizi terzi; billi t-titjib u l-istandardizzazzjoni tal-kwalitajiet tal-prodotti marketed huwa mixtieq; billi, għalhekk, għandhom jiġu adottati standards komuni ta’ kwalità; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 1. L-istandards ta’ kwalità għandhom ikunu ffissati għall-: - fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri ta’ tip li jkun adattati għall-bukketti jew għall-għanijiet ornamentali, li jaqgħu taħt is-subintestatura n 06.03 a tat-tariffa doganali komuni, - weraq frisk ornamentali, weraq, zkuk u partijiet oħra ta’ pjanti li jaqgħu taħt is-subintestatura n 06.04 a ii tat-tariffa doganali komuni. 2. Dawn l-istandards ta’ kwalità huma definiti fl-anness i. L- Artikolu 2 1. Mill-1 ta’ lulju 1968, il-prodotti speċifikati fl-artikolu 1 li ma’ jissodisfax l-istandards ta’ kwalità, ma’ jistgħux: - Fil-komunità, jitpoġġew għall-bejgħ jew jinbiegħu fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa kemm minn-negozjanti jew direttament mill-produtturi, - jiġu mportati minn pajjiz terz, - jiġu esportati lejn pajjiz terz. 2. L-Istati membri jistgħu jkunu awtorizzati illi jieħdu miżuri li jidderogaw mid-disposizzjonijiet tat-tielet inċiż tal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ l-istandards ta’ kwalità sabiex jippermettu lill-esportaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tan-negozju ta’ ċertu pajjizi terzi. Awtorizzazjoni bħal dik għandha tingħata skond il-proċedura msemmija fl-artikolu 14 tar-regolament (kee) n 234/68, u l-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tiġi soġġetta l-awtorizazzjoni għandhom jiġu determinati skond l-istess proċedura. L- Artikolu 3 Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih jiġi ppublikat fil-ġurnal uffiċjali tal-komunitajiet ewropej. Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-istati membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Marzu 1968. Għall-Kunsill Il-President E. Faure [1] ĠU N L 55, tat-2.3.1968, p. 1. -------------------------------------------------- L-Anness I Standards komuni ta’ kwalità għall-fjuri maqtugħa i. Definizzjoni tal-prodott Dawn l-istandards għandhom japplikaw għall-fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri ta’ tip adattati għall-bukketti jew għall-għanijiet ornamentali, li jaqgħu taħt is-subintestatura n 06.03 a tat-tariffa doganali komuni, ii. Rekwiżiti ta’ kwalità a. Rekwiżiti minimi Il-prodotti iridu jiġu maqtugħa jew miġbura b’attenzjoni, skond l-ispeċje, u jkunu laħqu stadju ta’ tkabbir adattat. b. Klassifikazzjoni (i) Klassi i Il-prodott f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. għandu jkollu l-karatteristiċi ta’ l-ispeċje u, fejn xieraq, tal-varjetà (cultivar). Kull parti tal-fjuri maqtugħa għandha tkun: - sħiħa, - friska, - ħielsa minn parassiti li jattakkaw l-annimali jew il-ħxejjex u minn ħsara ikkawżata minn dawn, - ħielsa minn fdalijiet ta’ pestiċidi u materjali barranin oħrajn li jaffettwaw id-dehra, - mingħajr daqqiet, - ħielsa minn difetti ta’ l-iżvilupp; għall-qronfol buttun maqsum mhux ikkonsidrat bħala difett fl-iżvilupp. Madankollu, fir-rigward tal-qronfol amerikan, fjuri bil-buttun maqsum għandhom ikunu mdawra b’ħolqa, mpoġġija separatament f’lottijiet uniformi u l-pakketti immarkati kif xieraq. Iz-zkuk għandhom, skond l-ispeċi u l-varjetà (cultivar) jkunu sodi u b’saħħithom biżżejjed biex isostnu l-fjura(i). (ii) Klass ii Din il-klassi għandha tinkludi l-prodotti kollha li ma’ jilħqux ir-rekwiżiti tal-klassi i. Kull parti tal-fjuri maqtugħa għandha tkun: - sħiħa, - friska, - ħielsa minn annimali parassiti. Il-fjuri jistgħu, madankollu, jkollhom id-difetti li ġejjin: - malformazzjoni ħafifa, - daqqiet ħfief, - ħsara ħafifa kkaġunata, per eżempju, minn mard jew annimali parassiti, - żkuk inqas sodi u wieqfa, - marki żgħar ikkaġunati bit-trattament bil-pestiċidi. Id-difetti permessi m’għandhomx itellfu mill-kwalità li l-fjuri jżommu, l-apparenza jew l-utilità tal-prodotti. ċ. Klassi żejda prodotti li jikkwalifikaw għall-klassi i mingħajr l-għajnuna ta’ xi toleranza fil-kwalità jistgħu jiġu immarkati żejda. madankollu, din il-klassifikazzjoni ma’ tistax tintuża għall-qronfol amerikan bil-buttun maqsum. iii. Disposizzjonijiet speċjali Id-disposizzjonijiet speċjali għal ċertu tipi ta’ fjuri msemmija fl-anness i a għandhom japplikaw bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-anness. iv. Daqs Għall-fjuri maqtugħa, id-daqs għandu mill-inqas jaqbel mal-gradazzjoni li ġejja: kodiċi | tat-tul | 0 | inqas minn 5 ċm jew fjuri mibjugħa mingħajr zkuk | 5 | 5 – 10 ċm | 10 | 10 – 15 ċm | 15 | 15 – 20 ċm | 20 | 20 – 30 ċm | 30 | 30 – 40 ċm | 40 | 40 – 50 ċm | 50 | 50 – 60 ċm | 60 | 60 – 80 ċm | 80 | 80 – 100 ċm | 100 | 100 – 120 ċm | 120 | aktar minn 120 ċm | Dawn it-tulijiet jinkludu ras il-fjura. Id-differeza għall kull unità ta’ preżentazzjoni (mazz, bukkett, kaxxa u oħrajn simili) bejn it-tul massimu u dak minimu tal-fjuri fl-unità ma’ jistgħax jeċċedi: - 2,5 ċm għall-fjuri fil-kodiċi 15 u taħtu, - 5,0 ċm għall-fjuri fil-kodiċi 20 (inkluż) sa 50 (inkluż), - 10,0 ċm għall-fjuri fil-kodiċi 60 u fuqu. Din id-differenza tista’ tiġi rduppjata għall-fjuri ppreżentati fil-forma ta’ mrewħa. għall-kristantemi bi fjuri kbar ippreżentati fil-forma ta’ mrewħa din id-differenza tista’ tiżdied sa 20 ċm għall-fjuri fil-kodiċi 20 sa 50 (inklużi). Il-grad tad-daqs u t-tulijiet uniformi provduti hawn fuq ma’ japplikawx għall-mimosa. It-tul minimu għaz-zkuk tal-mimosa għandu jkun iffissat għal 20 ċm. madankollu, mazzijiet u bukketti komposti esklussivament minn zkuk żgħar ta’ tul anqas minn 20 ċm jistgħu ikunu aċċettati basta l-kliem "zokk qasir" jew terminu ekwivalenti jidher fuq il-pakketti. v. tolleranzi ta’ kwalità tolleranzi ta’ kwalità jistgħu ikunu permessi f’kull unità ta’ preżentazzjoni kif ġej: (i) Klassi i 5 % tal-fjuri maqtugħa jista’ jkollhom difetti żgħar, bil-kondizzjoni li l-uniformità tal-fjuri f’unità ta’ preżentazzjoni ma’ tkunx affettwata. (ii) Klass ii 10 % tal-fjuri maqtugħa jistgħu ivarjaw mir-rekwiżiti tal-klassi. nofs dan il-perċentwali jistgħa jkun ġie attakkat minn parassiti ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali. Id-difetti in kwistjoni m’għandhomx itelfu mill-utilità tal-prodotti. vi. Ippakjar u preżentazzjoni a. Preżentazzjoni Unità ta’ preżentazzjoni (mazz, bukkett, kaxxa jew oħrajn simili), għandhom jikkonsistu f’5, 10 jew numru immoltiplikat b’10 biċċiet. madankollu, fjuri normalment mibjugħa bil-waħda u dawk normalment mibjugħa bl-użin huma eżentati minn din ir-regola. b. Uniformità Kull unità ta’ preżentazzjoni (mazz, bukkett, kaxxa u oħrajn simili) għandu jkun fiha fjuri ta’ l-istess razza, speċji jew varjetà (cultivar) u ta’ l-istess klassi ta’ kwalità, u li jkunu laħqu l-istess stadju ta’ żvilupp. Taħlit ta’ fjuri jew taħlit ta’ fjuri b’weraq ta’ razez, speċji jew varjetà (cultivar) differenti huma madankollu permessi sakemm jintużaw prodotti ta’ l-istess klassi ta’ kwalità u sakemm ikunu immarkati kif xieraq. ċ. Ippakkjar L-ippakkjar għandu jiproteġi il-prodott b’mod adegwat. karti jew materjali oħra li jiġu f’kuntatt dirett mal-fjuri għandhom ikunu ġodda. vii. Immarkar Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jakkompanjaw il-prodotti: a. Identifikazzjoni minn qed jibgħathom jew | l-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi | minn jippakkja | | b. In-natura tal-prodott - razza, - speċji jew varjetà (cultivar) jew kulur tal-fjuri, - fejn xieraq, il-kelma "taħlita"(jew terminu ekwivalenti). ċ. Oriġini tal-prodott (mhux obbligatorju) Reġjun ta’ l-oriġini, jew isem nazzjonali, reġjonali jew lokali. d. Speċifikazzjonijiet kummerċjali - klassi, - daqs (kodiċi tat-tul) jew tul minimu u massimu, - numru jew piż nett. e. Marka ta’ kontroll uffiċjali (mhux obbligatorja) -------------------------------------------------- L-ANNESS II Standards ta’ kwalità komuni għall-weraq friski ornamentali i. Deskrizzjoni tal-prodott Dawn l-istandards għandhom japplikaw għall-weraq friski ornamentali, weraq, żkuk u partijiet oħra ta’ pjanti li jaqgħu taħt is-subintestatura n 06.04 a ii tat-tariffa doganali komuni. ii. Rekwiżiti ta’ kwalità Il-prodotti għandhom ikunu: - ta’ apparenza friska, - ħielsa minn fdalijiet tal-pestiċidi u materjali barranin oħrajn li jaffettwaw l-apparenza, - ħielsa minn parassiti ta’ l-annimali jew tal-ħxejjex u minn ħsara kkawżata minn dawn li ttellef mill-apparenza ġenerali, - mingħajr difetti, bħal daqqiet jew midbiela, li jtelfu mill-apparenza ġenerali, - mingħajr umdita esterna eċċessiva, - li jkollhom il-kulur tipiku ta’ l-ispeċje tal-varjetà. Il-prodotti għandhom ikunu maqtugħa b’attenzjoni u jkunu laħqu stadju ta’ maturita suffiċjenti. iii. Disposizzjonijiet speċjali Id-disposizzjonijiet speċjali fir-rigward il-felċa ta’ l-asparaġi msemmija fl-anness ii a jissuplimentaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-anness. iv. Tolleranzi ta’ kwalità It-tolleranzi ta’ kwalità jistgħu ikunu permessi f’kull unità ta’ preżentazzjoni kif ser jingħad: 10 % tal-weraq frisk ornamentali jista’ jvarja mir-rekwiżiti elenkati taħt ii. v. Immarkar Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jakkompanjaw il-prodotti: a. Identifikazzjoni minn qed jibgħathom jew | l-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi | minn jippakkja | | b. In-natura tal-prodott "Weraq frisk ornamentali", jew ir-razza jew l-ispeċji. --------------------------------------------------