<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑448/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0448</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:839">EU:C:2016:839</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20161109">9.11.2016</DATE> – KAWŻA C‑448/14</P><P>DAVITAS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 258/97</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑448/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva superjuri tal-Land ta’ Bayern, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140915">15 ta’ Settembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Davitas GmbH</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Stadt Aschaffenburg,</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P>Landesanwaltschaft Bayern,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, A. Tizzano (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, A. Borg Barthet, E. Levits u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Davitas GmbH, minn C. Sachs, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għall-iStadt Aschaffenburg, minn A. Schellenberg, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal-Landesanwaltschaft Bayern, minn R. Käβ, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn I. Chalkias, O. Tsirkinidou u A. Vasilopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid u K. A. Herbout-Borczak, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19970127">27 ta’ Jannar 1997</DATE>, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 18, p. 244, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" DATE.PUB="1997">ĠU L 68</REF.DOC.OJ>, <DATE ISO="20120307">7.3.2012</DATE>, p. 42), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 188, p. 14</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 258/97<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Davitas GmbH u l-iStadt Aschaffenburg (belt ta’ Aschaffenburg, il-Ġermanja), dwar deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott tal-ikel imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>De Tox Forte<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>prodott De Tox Forte<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1 u 2 tar-Regolament Nru 258/97:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(1)</NO.P><TXT>[…][I]d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel il-ġdid jew l-ingredjenti ġodda tal-ikel jistgħu jfixklu l-moviment ħieles ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel […] [u] jistgħu joħolqu l-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni inġusta, u b’hekk jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>[…] [S]abiex tiġi protetta s-saħħa pubblika, huwa meħtieġ li jiġi żgurat illi l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel kunu soġġetti għal valutazzjoni waħda dwar is-sigurtà permezz ta’ proċedura Komunitarja qabel ma jitqiegħdu fis-suq [fl-Unjoni Ewropea] […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jirrigwarda t-tqegħid fis-suq [fl-Unjoni] ta’ ikel ġdid jew l-ingredjenti ġodda tal-ikel.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tqegħid fis-suq [fl-Unjoni] ta’ ikel jew ingredjenti ta’ l-ikel li s’issa ma ġewx użati għall-konsum mill-bniedem fi grad sinifikanti ġewwa [l-Unjoni] u li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida jew modifikata intenzjonalment;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel li jikkonsistu fi, jew iżolati mill-mikro-organiżmi, il-fungi jew l-alka;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel li jikkonsistu fi, jew iżolati minn pjanti u ingredjenti ta’ l-ikel iżolati mill-bhejjem, għajr l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel miksuba mill-propagazzjoni jew il-prattiki tat-tgħammir tradizzjonali u li għandhom storja ta’ użu ta’ ikel fis-sigurtà;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel li lilhom ġie applikat proċess tal-produzzjoni mhux użat korrentement fejn dan il-proċess joħloq bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni jew l-istruttura ta’ l-ikel jew l-ingredjenti ta’ l-ikel li jaffettwaw il-valur nutrizzjonali, il-metaboliżmu jew il-livell tas-sustanzi mhux mixtieqa.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 39(2) tal-Lebensmittel-, Bedarfsgegenstände- und Futtermittelgesetzbuch (kodiċi dwar il-prodotti tal-ikel, il-prodotti għall-konsum ta’ kuljum u l-għalf), fil-verżjoni tiegħu ppubblikata fit-<DATE ISO="20130603">3 ta’ Ġunju 2013</DATE> (BGBl. 2013 I, p. 1426), kif emendat bil-Liġi tas-<DATE ISO="20130807">7 ta’ Awwissu 2013</DATE> (BGBl. 2013 I, p. 3154), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet u l-miżuri neċessarji sabiex jikkonstataw jew jeliminaw is-suspetti serji ta’ ksur, sabiex jirrimedjaw il-ksur ikkonstatat jew sabiex jevitaw ksur fil-futur kif ukoll dawk neċessarji għall-finijiet ta’ protezzjoni kontra l-perikoli għas-saħħa jew ir-riskji ta’ qerq. B’mod partikolari, huma jistgħu</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>jipprojbixxu jew jillimitaw il-produzzjoni, l-ipproċessar jew it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-Verordnung zur Durchführung gemeinschaftsrechtlicher Vorschriften über neuartige Lebensmittel und Lebensmittelzutaten (regolament li jimplementa dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ikel ġdid u dwar l-ingredjenti ġodda tal-ikel), fil-verżjoni tiegħu ppubblikata fl-<DATE ISO="20000214">14 ta’ Frar 2000</DATE> (BGBl.2000 I, p. 123), kif emendat bil-komunikazzjoni tas-<DATE ISO="20080527">27 ta’ Mejju 2008</DATE> (BGBl.2008 I, p. 919):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Bla ħsara għall-paragrafu 2, il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ma tistax tqiegħed fis-suq ikel u ingredjenti tal-ikel fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 258/97 fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni maħruġa konformement mal-proċeduri previsti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 258/97.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>B’effett mill-<DATE ISO="20120801">1 ta’ Awwissu 2012</DATE>, Davitas ikkummerċjalizzat fil-Ġermanja l-prodott De Tox Forte, prodott tal-ikel li l-uniku ingredjent tiegħu huwa l-klinoptilolit, sustanza minerali ta’ oriġini vulkanika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>F’Jannar 2013, il-belt ta’ Aschaffenburg talbet lill-Bayerisches Landesamt für Gesundheit und Lebensmittelsicherheit (dipartiment tal-Land ta’ Bayern responsabbli għas-saħħa u għas-sigurtà tal-ikel, il-Ġermanja) sabiex janalizza kampjun ta’ dan il-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fir-rapport ta’ perizja tiegħu tal-<DATE ISO="20130301">1 ta’ Marzu 2013</DATE>, dan id-dipartiment ikkonstata li l-klinoptilolit kellu jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ingredjent tal-ikel ġdid<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 258/97 peress li ma kienet ġiet prodotta l-ebda prova ta’ konsum fi grad sinjifikattiv ta’ dan l-ingredjent fl-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport ta’ perizja, il-belt ta’ Aschaffenburg, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, ikklassifikat il-prodott De Tox Forte bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ikel ġdid<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-imsemmi regolament, sa fejn dan il-prodott kien ikkostitwit biss minn klinoptilolit. Għalhekk, l-imsemmija belt ipprojbixxiet lil Davitas milli tikkummerċjalizzah sakemm tikseb awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq konformement mad-dispożizzjonijiet tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Davitas ippreżentat rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-Bayerisches Verwaltungsgericht Würzburg (qorti amministrattiva tal-Land ta’ Bayern ta’ Würzburg, il-Ġermanja). Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, Davitas ma kkontestatx il-fatt li l-konsum mill-bniedem tal-klinoptilolit ma kienx fi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>grad sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fl-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>. Madankollu, hija sostniet li, fi kwalunkwe każ, dan l-ingredjent ma setax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> peress li ma kienx jissodisfa t-tieni kundizzjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 258/97 sa fejn ma kien jaqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji ddefiniti f’dan il-paragrafu 2, fil-punti (ċ) sa (f).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tal-kategorija prevista fil-punt (ċ) tal-imsemmi Artikolu 1(2), Davitas sostniet li l-klinoptilolit ma kellhiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li dan l-ingredjent kien jinsab, b’mod naturali, qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, bl-istess struttura molekulari bħal dik użata għall-preparazzjoni tal-prodott De Tox Forte.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140423">23 ta’ April 2014</DATE>, il-Bayerisches Verwaltungsgericht Würzburg (qorti amministrattiva tal-Land ta’ Bayern ta’ Würzburg) ċaħdet ir-rikors ta’ Davitas għar-raġuni li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97, kien irrilevanti li l-klinoptilolit kienet tinsab b’mod naturali qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, bi struttura molekulari simili għal dik użata għall-preparazzjoni tal-prodott De Tox Forte, peress li kien stabbilit il-fatt li dan l-ingredjent ma kienx, fil-perijodu rilevanti, ikkonsmat bħala ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Davitas appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva superjuri tal-Land ta’ Bayern, il-Ġermanja), li għandha dubji dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(ċ) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva superjuri tal-Land ta’ Bayern) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1)</NO.P><TXT>Il-prodott <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>De Tox Forte<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> ikkummerċjalizzat mir-rikorrenti huwa ikel jew ingredjent tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, huwa suffiċjenti b’mod partikolari li dan il-prodott, li għandu bħala ingredjent il-clinoptilolite fl-istruttura primarja molekulari partikolari tiegħu, ma kienx jintuża bħala ikel qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, jew huwa neċessarju wkoll li dan il-prodott ikun ġie mmanifatturat permezz ta’ proċess li jwassal għal struttura molekulari ġdida jew immodifikata intenzjonalment, li jfisser li din hija sustanza li ma kinitx teżisti preċedentement b’mod naturali f’din l-għamla?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tirreferix għall-ikel jew għall-ingredjenti tal-ikel li ma kinux is-suġġett ta’ konsum mill-bniedem fit-territorju tal-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, jew jekk tirreferix għal dawk li l-istruttura molekulari tagħhom ma kinitx teżisti, bħala tali, b’mod naturali qabel dik id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar, b’mod preliminari, li l-imsemmi regolament jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid u ta’ ingredjenti tal-ikel ġodda (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050609">9 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>HLH Warenvertrieb u Orthica</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑211/03, C‑299/03 u C‑316/03 sa C‑318/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:370">EU:C:2005:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tal-istess regolament huwa intiż li jistabbilixxi l-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari billi jiddefinixxi xi jfissru ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050609">9 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>HLH Warenvertrieb u Orthica</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑211/03, C‑299/03 u C‑316/03 sa C‑318/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:370">EU:C:2005:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>M-K Europa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:8">EU:C:2009:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li, sabiex jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ġodda<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tar-Regolament Nru 258/97, l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel għandhom jissodisfaw żewġ kundizzjonijiet kumulattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Minn naħa, huwa meħtieġ li l-konsum mill-bniedem ta’ dawn is-sustanzi ma kienx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>fi grad sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fl-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050609">9 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>HLH Warenvertrieb u Orthica</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑211/03, C‑299/03 u C‑316/03 sa C‑318/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:370">EU:C:2005:370</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa indispensabbli li l-imsemmija sustanzi jaqgħu wkoll f’waħda mill-kategoriji deskritti espliċitament fl-Artikolu 1(2)(ċ) sa (f) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-kategorija ddefinita fl-Artikolu 1(2)(ċ), li huwa s-suġġett tad-domandi magħmula, tinkludi b’mod partikolari l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>bi struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, minn dawn it-termini jirriżulta li l-kategorija ddefinita permezz tal-imsemmija dispożizzjoni hija distinta mill-kategoriji l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 258/97 minħabba li tagħmel riferiment ġeneriku għall-karatteristiċi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>istruttura primarja molekulari<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ta’ ikel jew ta’ ingredjent tal-ikel, filwaqt li, minn naħa, l-Artikolu 1(2)(d) u (e) jirreferi b’mod iktar speċifiku għas-sustanzi organiċi b’kompożizzjoni partikolari u filwaqt li, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 1(2)(f) ta’ dan ir-regolament jirreferi għas-sustanzi li għalihom ikun ġie applikat proċess ta’ produzzjoni ġdid li jikkawża bidliet sinjifikattivi fil-kompożizzjoni jew fl-istruttura tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-kategorija deskritta fl-Artikolu 1(2)(ċ) tal-imsemmi regolament tista’ tinkludi diversi sustanzi, irrispettivament mill-kompożizzjoni tagħhom jew mill-proċess ta’ produzzjoni tagħhom, sakemm ikollhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dawn it-termini ma humiex iddefiniti mir-Regolament Nru 258/97, li għalhekk ma jinkludix indikazzjonijiet li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk il-kategorija deskritta fl-Artikolu 1(2)(ċ) tal-imsemmi regolament tinkludix l-ikel jew l-ingredjenti tal-ikel li ma kinux is-suġġett ta’ konsum mill-bniedem fl-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE> jew jekk tkoprix biss l-ikel jew l-ingredjenti tal-ikel li l-istruttura primarja molekulari tagħhom inħolqot <HT TYPE="ITALIC">ex novo</HT> jew ġiet emendata fil-konfront ta’ dik diġà eżistenti b’mod naturali qabel din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tat-termini li fir-rigward tagħhom id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdi ebda definizzjoni għandha ssir konformement mas-sens normali tagħhom fil-lingwa kurrenti, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li jagħmlu parti minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Hotel Sava Rogaška</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑207/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:414">EU:C:2015:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-sens normali tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ma jippermettix, waħdu, li tingħata interpretazzjoni inekwivoka ta’ din l-espressjoni. Fil-fatt, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tiegħu, din l-espressjoni, fil-lingwa kurrenti, tista’ tirreferi kemm għal struttura primarja molekulari użata b’mod ġdid fl-ikel għall-konsum mill-bniedem u kemm għal tali struttura maħluqa jew emendata b’mod ġdid mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tiġi interpretata l-imsemmija espressjoni, għandu jsir riferiment kemm għall-kuntest li fih jintużaw it-termini tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/98 u kemm, b’mod iktar wiesa’, għall-finalità ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kuntest tal-imsemmija dispożizzjoni, għandu jiġi kkonstatat li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-imsemmi regolament jikkostitwixxi strument ta’ natura ġenerali sa fejn ikopri l-ikel jew l-ingredjenti tal-ikel ġodda kollha, irrispettivament min-natura tagħhom, ħlief għal ċerti oqsma rregolati mil-leġiżlazzjoni settorjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97 fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tirreferi għal-ikel jew għall-ingredjenti tal-ikel li ma kinux is-suġġett ta’ konsum mill-bniedem fl-Unjoni qabel tal-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE> hija l-unika interpretazzjoni kompatibbli ma’ tali kuntest. Fil-fatt, jekk dawn it-termini jiġu interpretati b’mod differenti, dan iċaħħad lil dan ir-regolament min-natura ġenerali tiegħu sa fejn tali interpretazzjoni twassal sabiex jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-ikel jew l-ingredjenti tal-ikel kollha, b’mod partikolari dawk ta’ oriġini minerali, li kienu diġà jinstabu b’mod naturali fl-istruttura primarja molekulari tagħhom qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, li ma humiex komposti mis-sustanzi organiċi deskritti fl-Artikolu 1(2)(d) u (e) ta’ dan ir-regolament jew li ma humiex suġġetti għal proċess ta’ produzzjoni ġdid, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(f) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-għanijiet segwiti mir-Regolament Nru 258/97, għandu jitfakkar li dan għandu żewġ għanijiet, jiġifieri li mhux biss jiżgura l-funzjonament tas-suq intern tal-ikel ġdid, iżda wkoll li jipproteġi s-saħħa pubblika kontra r-riskji li jista’ jikkawża l-ikel ġdid (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>M-K Europa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:8">EU:C:2009:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għal dawn il-finijiet, dan ir-regolament huwa intiż li jistabbilixxi, fi ħdan l-Unjoni, standards komuni fil-qasam tal-ikel ġdid u tal-ingredjenti tal-ikel ġodda li huma riflessi, b’mod partikolari, kif jirriżulta mill-premessa 2 tiegħu, fl-introduzzjoni ta’ evalwazzjoni waħda dwar is-sigurtà tagħhom permezz ta’ proċedura Komunitarja qabel ma jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>M-K Europa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:8">EU:C:2009:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, hija biss l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(ċ) tal-imsemmi regolament fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tkopri l-ikel jew l-ingredjenti tal-ikel li ma kinux is-suġġett ta’ konsum mill-bniedem fl-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE> li tirriżulta li hija koerenti mas-segwiment ta’ tali għanijiet. Fil-fatt, din l-interpretazzjoni tippermetti li tiġi ggarantita protezzjoni effettiva tas-saħħa pubblika kontra r-riskji potenzjali li jirrappreżentaw l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel ġodda, sa fejn l-evalwazzjoni waħda ta’ sigurtà ser tkun meħtieġa kull meta jkun maħsub li fl-ikel għall-konsum mill-bniedem tintuża sustanza li sa dak il-mument tkun għadha ma ġietx ikkonsmata mill-bniedem bħala ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, jekk il-kunċett ta’ ikel jew ta’ ingredjenti tal-ikel bi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jiġi interpretat fis-sens li jkopri biss is-sustanzi li ma kinux jeżistu b’mod naturali bl-istess struttura primarja molekulari, qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, kull sustanza li kienet teżisti f’dik id-data, li kienet għadha ma ntużatx fl-ikel għall-konsum mill-bniedem u li ma taqa’ taħt ebda waħda mill-kategoriji speċifiċi deskritti fl-Artikolu 1(2)(d) sa (f) tar-Regolament Nru 258/97, tkun awtomatikament eżentata mill-evalwazzjoni ta’ sigurtà prevista minn dan ir-regolament qabel it-tqegħid tagħha fis-suq tal-Unjoni, mingħajr ma jkun possibbli li tiġi evalwata l-eventwalità ta’ perikolu għas-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl ta’ dawn l-elementi, fl-ambitu tal-kawża prinċipali, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti applikawx korrettament l-Artikolu 1(2)(ċ) tal-imsemmi regolament meta kklassifikaw il-prodott De Tox Forte bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ikel ġdid<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tirreferi għall-ikel jew għall-ingredjenti tal-ikel li ma kinux is-suġġett ta’ konsum mill-bniedem fit-territorju tal-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19970127">27 ta’ Jannar 1997</DATE>, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tirreferi għall-ikel jew għall-ingredjenti tal-ikel li ma kinux is-suġġett ta’ konsum mill-bniedem fit-territorju tal-Unjoni Ewropea qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>