European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2801

4.11.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2801

tal-25 ta’ Ottubru 2024

li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-ispeċijiet demersali fiż-żona VIII tal-ICES għal bastimenti b’tul ta’ 15-il metru jew aktar li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi tal-isforz annwali tas-sajd.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-livelli massimi tal-isforz annwali tas-sajd stabbiliti għall-ispeċijiet demersali fiż-żona VIII tal-ICES għal bastimenti b’tul ta’ 15-il metru jew aktar li jtajru l-bandiera tal-Belġju jitqiesu li ntlaħqu għall-2024.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-isforz

Il-livelli massimi tal-isforz tas-sajd allokati lill-Belġju għall-grupp ta’ stokkijiet tal-ispeċijiet demersali fiż-żona VIII tal-ICES għall-2024 imsemmi fl-Anness għandhom jitqiesu li ntlaħqu mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti b’tul ta’ 15-il metru jew aktar li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi rilokalizzat, trażbordat jew jinħatt l-art il-ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 tad-19 ta’ Lulju 2004 li jistabbilixxi l-isforz annwali massimu tas-sajd għal ċertu żoni tas-sajd u sajd (ĠU L 258, 5.8.2004, p. 1).


ANNESS

Nru

14/TQ1415

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

WWDM

Speċi

Speċijiet demersali

Żona

Iż-żona VIII tal-ICES

Bastimenti konċernati

Bastimenti tat-tul ta’ 15-il metru jew aktar

Data tal-għeluq

L-1 ta’ Ottubru 2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2801/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)