<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1001082701.case.xml"><NO.CASE>C-402/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0402</NO.CELEX><NO.SEQ>0037.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10830</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10852</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20111027">27.10.2011</DATE> – KAWŻA C-402/10</LEFT><RIGHT>GROUPE LIMAGRAIN HOLDING</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20111027">27 ta’ Ottubru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-402/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, ippreżentata mill-Conseil d’État (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100526">26 ta’ Mejju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20100806">6 ta’ Awwissu 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Groupe Limagrain Holding</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn A. Borg Barthet, li qed jaġixxi bħala President tal-Ħames Awla, J.-J. Kasel u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="I-10831"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20110511">11 ta’ Mejju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Groupe Limagrain Holding, minn A. Monod u V. Maignan-Artiga, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Établissement national des produits de l’agriculture u de la mer, minn F. Blancpain, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u B. Cabouat, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Burggraaf u D. Triantafyllou, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-<DATE ISO="19871127">27 ta’ Novembru 1987</DATE>, dwar regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni rigward<?PAGE NO="I-10832"?> prodotti agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1987">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1708/93, tat-<DATE ISO="19930630">30 ta’ Ġunju 1993</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159" PAGE.FIRST="77" DATE.PUB="1993">ĠU L 159, p. 77</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 3665/87<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqrija flimkien ma’ dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80, tal-<DATE ISO="19800304">4 ta’ Marzu 1980</DATE>, fuq il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet [ħlas lura] fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="062" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="1980">ĠU L 62, p. 5</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija Groupe Limagrain Holding (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Limagrain<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), aventi kawża tal-kumpannija Maïs Céréales Technologie (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>MCT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u l-Office national interprofessionnel des céréales (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ONIC<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li sar l-Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer, fir-rigward tar-rimbors ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni miġbura bil-quddiem minn MCT.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 565/80</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 565/80 jistabbilixxi, fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli, fosthom dawk li jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75, tad-<DATE ISO="19751029">29 ta’ Ottubru 1975</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1975">ĠU L 281, p. 1</REF.DOC.OJ>), imħassar u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, tat-<DATE ISO="19920630">30 ta’ Ġunju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="181" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="1992">ĠU L 181, p. 21</REF.DOC.OJ>), sistema ta’ prefinanzjament ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10833"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ammont ugwali għar-rifużjoni [ħlas lura] fuq l-esportazzjoni għandu, fuq talba tal-parti konċernata, jitħallas malli l-prodotti basiċi jitqiegħdu taħt il-kontroll tad-dwana fejn jassiguraw illi l-prodotti pproċessati jew l-oġġetti jkunu esportati fil-limitu taż-żmien mogħti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-benefiċċju ta’ l-arranġamenti pprovduti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għad-depositu ta’ sigurtà li tiggarantixxi ħlas lura ta’ ammont ugwali għall-ammont imħallas, flimkien ma’ ammont addizzjonali.</P><P>Mingħajr preġudizzju għal każijiet force majeure, din is-sigurtà għandha tintilef fl-intier jew f’parti minnha:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fejn il-ħlas lura jkun għadu ma sarx meta l-esportazzjoni ma tkunx saret fi żmien il-perjodu msemmi fl-Artikol[u] 4(1) […]</P></ITEM></LIST><P>jew</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jekk ikun pruvat li m’hemmx dritt għar-rifużjoni [ħlas lura] fuq l-esportazzjoni, jew jekk kien hemm dritt għal rifużjoni iżgħar.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10834"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 3665/87</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-Titolu 2 tal-Kapitolu 3 tiegħu, li fih għandu l-Artikoli 24 sa 33, ir-Regolament Nru 3665/87 jiddeskrivi r-regoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 565/80 u l-formalitajiet li jridu jiġu ssodisfatti jew il-kundizzjonjiet li għandhom jiġu osservati sabiex wieħed jibbenefika mill-ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura fil-każ ta’ pproċessar jew ta’ ħażna qabel l-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Meta l-esportatur juri x-xewqa li jesporta l-prodotti jew il-merkanzija wara proċessar jew ħażna u li jibbenefika minn rifużjoni [ħlas lura], b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 jew 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, l-eliġibbiltà għall-benefiċċju taħt dawn id-dispożizzjonijiet hija suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni iktar ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>dikjarazzjoni ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> lill-awtoritajiet doganali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ ħlas, il-prodotti jew merkanzija jitqiegħdu taħt il-kontroll doganali sakemm dawn jitilqu mit-territorju doganali tal-Komunità jew jaslu f’destinazzjoni prevista.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10835"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(5) tar-Regolament Nru 3665/87:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Prodotti bażiċi jistgħu jibqgħu taħt il-kontroll doganali, bl-iskop li jiġu pproċessati, għal sitt xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(1) u (2) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont li għandu jitħallas qabel l-esportazzjoni għandu jitħallas mill-Istat Membru li fih tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ ħlas.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont għandu jitħallas biss fuq talba bil-miktub mill-esportatur. […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(1) tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Qabel ma tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ ħlas, għandha ssir garanzija ekwivalenti għall-ammont ikkalkulat skont l-Artikolu 29(3) flimkien ma’ żieda eventwali ta’ ammont kompensatorju pożittiv, kif ukoll żieda ta’ 20 % tas-somma hekk miksuba. […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10836"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 33(1) ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Meta prova tal-intitolament għal rifużjoni [ħlas lura] tiġi pprovduta fir-rigward tal-prodotti jew merkanzija eliġibbli għall-benefiċċju permezz tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu, l-ammont inkwistjoni għandu jitpaċa mal-ammont imħallas bil-quddiem. Meta l-ammont dovut fuq il-kwantità esportata jkun ogħla minn dak imħallas bil-quddiem, id-differenza għandha titħallas lill-persuna kkonċernata.</P><P>Meta l-ammont dovut fuq il-kwantità esportata jkun iktar baxx minn dak imħallas bil-quddiem, u b’mod partikolari meta l-paragrafu 2 ikun japplika, l-awtorità kompetenti għandha tagħti bidu, mingħajr dewmien, għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 bl-iskop tal-ħlas lura, mill-esportatur, tad-differenza bejn dawk iż-żewġ ammonti, miżjuda b’20 %.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 3719/88</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 43(1) tiegħu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88, tas-<DATE ISO="19881116">16 ta’ Novembru 1988</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni, ta’ esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1988">ĠU L 331, p. 1</REF.DOC.OJ>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Meta prodotti bażiċi jitqiegħdu taħt is-sistema prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 […] u meta tintuża liċenzja ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ ffissar bil-quddiem, u fil-każ fejn il-persuna interessata, b’mod totali jew parzjali:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tirtira tali prodotti bażiċi mill-kontroll doganali, kemm jekk f’dak l-istat jew fil-forma ta’ prodotti pproċessati, jew tali prodotti jew merkanzija, jew</P></ITEM><?PAGE NO="I-10837"?><ITEM><P>ma tikkonformax mat-terminu totali msemmi fl-Artikolu 27(5), u fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 jew f’dispożizzjonijiet regolamentari oħra,</P></ITEM></LIST><P>l-obbligu ta’ esportazzjoni ma jkunx ġie osservat għall-kwantità ikonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 105 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Kodiċi Doganali tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-persuna nominata mill-awtoritajiet doganali għandha żżomm dokumenti tal-ħażniet tal-merkanzija kollha mqiegħda taħt il-proċedura magażinaġġ [is-sistema ta’ ħażna] doganali f’forma approvata minn dawk l-awtoritajiet. Dokumenti tal-ħażniet m’humiex neċessarji meta maħżen pubbliku jitħaddem mill-awtoritajiet doganali.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 504(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill<?PAGE NO="I-10838"?> (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi -l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Mingħajr pregudizzzju għal paragrafi 2 u 3, l-imħażen doganali li fihom ikunu maħżuna l-oġġetti taħt il-proċedura ta’ magażżinaġġ [ħażna] doganali għandhom jiġu kklassifikati kif ġej:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tip C: maħżen privat konformi mat-tieni inċiż tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 99 tal-Kodiċi meta l-magażżinier tal-maħżen ikun l-istess persuna bħad-depożitant iżda mhux neċessarjament is-sid tal-merkanzija,</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 517(1) tal-imsemmi regolament kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Fl-mħażen tat-tip A, tat-tip C, tat-tip D u tat-tip E, l-awtoritajiet doganali għandhom jindikaw lill-magażżinier bħala l-persuna obbligata li żżomm ir-reġistri ta’ l-iskorti imsemmija fl-Artikolu 105 tal-Kodiċi [Doganali tal-Komunità].</P><P>Ir-reġistri ta’ l-iskorti għandhom ikun disponibbli għall-uffiċju ta’ sorveljanza sabiex dan ikun jista’ jwettaq il-verifika.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10839"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 520 tal-istess regolament kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="520.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-reġistri ta’ l-iskorti imsemmija fl-Artikolu 105 tal-Kodiċi [Doganali tal-Komunità] għandhom jinkludu d-dettalji kollha meħtieġa għall applikazzjoni xierqa u għas-sorveljanza [kontroll] tal-proċedura.</P><P>Dawn għandhom jinkludu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-informazzjoni li jkun hemm fil-kaxxi 1, 31, 37 u 38 tad-dikjarazzjoni tad-dħul għal proċedura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-dettalji ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet li permezz tagħhom il-merkanzija tkun ġiet mogħtija trattament jew użu approvati mid-dwana, li bihom tkun sodisfatta il-proċedura ta’ magażżinaġġ [ħażna] doganali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>id-data u d-dettalji tar-referenza tad-dokumenti doganli l-oħra u tad-dokumenti l-oħra kollha li għandhom x’jaqsmu mad-dħul u mal-verifika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-informazzjoni li tippermetti li l-merkanija tiġi segwita, inkluż fejn tkun qiegħeda u d-dettalji ta’ xi trasferiment tal-merkanzija bejn l-imħażen doganali mingħajr ma jintemmu l-arranġamenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-informazzjoni li tikkonċerna il-ħażna komuni tal-merkanzija imsemmija fl-Artikolu 524;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-10840"?><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>id-dettalji l-oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-merkanzija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>l-informazzjoni li tikkonċerna l-modi tas-soltu ta’ l-ispustar li għalihom il-merkanzija tkun soġġetta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>l-informazzjoni li tikkonċerna t-tneħħija temporanja tal-merkanzija mill-bini tal-maħżen doganali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="520.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-reġistri ta’ l-iskorti għandhom f’kull ħin juru l-iskorti korrenti tal-merkanzija li tkun għada taħt il-proċedura tal-magażżinaġġ doganali. Fit-termini stabbiliti mill-awtoritajiet doganali, il-magazzinier għandu jippreżenta fl-uffiċċju ta’ sorveljanza lista ta’ l-istess skorti.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>MCT kienet tispeċjalizza fil-konservazzjoni taċ-ċereali, b’mod partikolari l-qlub tal-qamħ, u fl-ipproċessar ta’ dan il-qamħ f’semolina tal-qamħ, sabiex tiġi esportata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10841"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19940930">30 ta’ Settembru 1994</DATE>, din il-kumpannija, b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 565/80, għamlet dikjarazzjoni tal-ħażna doganali ta’ skorta ta’ qamħ bi stennija għall-esportazzjoni ta’ dan il-qamħ fil-forma ta’ semolina.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-maħżen li fih tqiegħdet l-iskorta kien maħżen tat-tip C fis-sens tal-Artikolu 504 tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Din id-dikjarazzjoni tat lok għall-ħlas mill-ONIC ta’ ħlas bil-quddiem fuq ħlas lura għall-ammont ta’ FRF <FT TYPE="DECIMAL">2523414,07</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Matul is-sena 1996, id-dipartimenti doganali wettqu kontroll fuq dokumenti li wrew l-assenza, matul il-perijodu ta’ ħażna, ta’ reġistri tal-iskorti għall-merkanzija mqiegħda taħt is-sistema ta’ ħażna doganali, bħalma huwa previst fl-Artikolu 105 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="19981117">17 ta’ Novembru 1998</DATE>, l-ONIC talab lil MCT tħallas lura s-somma ta’ FRF 3,028,096.88, li jikkorrispondu għall-ammont ta’ ħlas lura miġbura bil-quddiem minn din il-kumpannija, b’żieda ta’ penali ta’ 20 %, b’applikazzjoni tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 3665/87.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>MCT talbet l-annullament tal-irkupru maħruġ mill-ONIC.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20041007">7 ta’ Ottubru 2004</DATE>, it-Tribunal administratif ta’ Clermont-Ferrand ċaħad din it-talba. Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, il-Qorti tal-Appell ta’ Lyon ikkonfermat din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10842"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Limagrain, aventi kawża ta’ MCT, ressqet appell quddiem il-Conseil d’État.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100526">26 ta’ Mejju 2010</DATE>, il-Conseil d’État, li kellu dubji dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 4(1) tar-Regolament Nru 565/80 u 105 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>In-nuqqas [L-assenza] ta’ żamma, bi ksur tal-obbligi li għandu d-depożitarju taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja Doganali, ta’ kotba tan-negozju [reġistri tal-iskorti] għall-prodotti jew merkanzija mqiegħda f’sistema ta’ maħżen [ħażna] doganali huwa suffiċjenti sabiex l-esportatur li jkun qiegħed il-prodotti tiegħu jew il-merkanzija tiegħu f’dan il-maħżen jiġi mċaħħad mill-benefiċċju ta’ prefinanzjament previst taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tar-Regolamenti [Nri 3665/87 u 565/80]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema huma l-konsegwenzi li jistgħu jinsiltu fir-rigward tas-somom riċevuti mill-benefiċjarju?</TXT><P>B’mod partikolari:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-każ li jkun stabbilit li l-merkanzija ġiet esportata realment, l-ammont ta’ rifużjonijiet [ħlasijiet lura] relatati ma’ dawn l-esportazzjonijiet jista’ jitqies bħala li ġie akkwistat, totalment jew parzjalment, mill-esportatur? F’dan l-aħħar każ, għandha tinżamm ir-rata ta’ rifużjoni kif ġiet iffissata bil-quddiem b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni jew ir-rata applikabbli fid-data tal-esportazzjoni effettiva, fil-limitu jew le tar-rata ffissata bil-quddiem?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-10843"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ obbligu ta’ ħlas mill-ġdid totali jew parzjali tas-somon riċevuti, hemm lok li jiżdied, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KEE) Nru [3]665/87 […] l-ammont mhux dovut sabiex titħallas mill-ġdid il-penali pprovduta taħt dawn id-dispożizzjonijiet, għalkemm ir-responsabbiltà għaż żamma ta’ kotba tan-negozji hija tad-depożitarju, fil-każ li, bħal f’dan il-każ, il-maħżen tad-dazju huwa maħżen privat tat-tip Ċ miżmum mill-esportatur tal-merkanzija agrikola nnifsu?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-prefinanzjament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-assenza taż-żamma, bi ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, ta’ reġistri tal-iskorti għal prodotti mqiegħda taħt il-kontroll Doganali huwiex suffiċjenti sabiex l-esportatur jiġi mċaħħad mill-benefiċċju ta’ ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni relattiva għal dawn il-prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandhom jitfakkru l-karatteristiċi, rilevanti fil-kawża prinċipali, tas-sistema ta’ ħlasijiet bil-quddiem ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 565/80 jipprovdi li ammont ugwali għall-ħlas lura għandu jitħallas lill-esportatur meta l-prodotti bażiċi jitqiegħu taħt il-kontroll<?PAGE NO="I-10844"?> doganali li jiggarantixxi li l-prodotti pproċessati jiġu esportati f’terminu stabbilit. B’applikazzjoni tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 3665/87, il-benefiċċju ta’ din is-sistema ta’ prefinanzjament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni huwa suġġett għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali, u għall-aċċettazzjoni minnhom, ta’ dikjarazzjoni ta’ ħlas. Skont l-Artikoli 26 u 27 tal-imsemmi regolament, il-prodotti bażiċi għandhom jitqiegħdu taħt il-kontroll doganali sa mid-data tal-aċċettazzjoni tat-talba għall-ħlas, sal-esportazzjoni tagħhom, liema esportazzjoni għandha sseħħ, fil-prinċipju, f’terminu ta’ sitt xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien jirriżulta li l-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ prefinanzjament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni jistrieħ fuq il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza li jikkostitwixxi s-sistema ta’ kontroll doganali. L-implementazzjoni ta’ din is-sistema għandha tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jivverifikaw u jiżguraw f’kull ħin, skont proċedura uniformi fl-Istati Membri kollha, li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-għoti tal-ħlas lura mitlub, kif stabbiliti bid-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, ikunu kollha sodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19881018">18 ta’ Ottubru 1988</DATE>, Bayernwald Früchteverwertung, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="121/87" PAGE.ECR="6273" YEAR="1988">121/87, Ġabra p. 6273</REF.DOC.ECR>, punt 18)</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-osservanza tal-obbligi marbuta mas-sistema ta’ kontroll doganali hija għalhekk kundizzjoni sabiex wieħed jibbenefika mill-ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 565/80.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fost l-obbligi essenzjali marbuta ma’ din is-sistema jinsab, skont l-Artikolu 105 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, l-obbligu li jinżammu reġistri tal-iskorti għall-merkanzija mqiegħda taħt is-sistema ta’ ħażna doganali, ħlief jekk dan il-maħżen ikun wieħed pubbliku operat mill-awtoritajiet doganali. Din l-eċċezzjoni ma hijiex rilevanti fil-kawża prinċipali, peress li l-prodotti bażiċi tqiegħdu f’maħżen privat tat-tip Ċ.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10845"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 520(1), tar-regolament ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, ir-reġistri doganali għandhom jinkludu d-dettalji kollha meħtieġa għall-implementazzjoni xierqa tas-sistema ta’ kontroll doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tiegħu applikabbli fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 520(1) kien jelenka lista ta’ dettalji li għandhom jitniżżlu fir-reġistri tal-iskorti. L-użu tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>għandhom jinkludu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fir-rigward tal-imsemmija dettalji jindika li l-leġiżlatur kien jikkunsidra din il-lista bħala l-minimu indispensabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 520(3) jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[i]r-reġistri ta’ l-iskorti għandhom f’kull ħin juru l-iskorti korrenti tal-merkanzija li tkun għada taħt il-proċedura tal-magażżinaġġ doganali.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Isegwi li, fil-każ fejn id-dettalji minimi indispensabbli meħtieġa mill-Artikoli 520 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-regolament ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità ikunu nieqsa, l-obbligu taż-żamma ta’ reġistri tal-iskorti ma tistax titqies li ġiet sodisfatta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bayernwald Früchteverwertung, iċċitata iktar ’il fuq, punt 19). Minn dan jirriżulta nuqqas ta’ obbligu essenzjali tas-sistema ta’ kontroll doganali. Għalhekk, waħda mill-kundizzjonijiet li jippermettu li wieħed jibbenefika mill-ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 565/80 ma hijiex sodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan tar-reġistri tal-iskorti, li huwa dak li jippermetti li jiġu vverifikati n-natura u l-kwantitajiet preċiżi tal-merkanzija li għaliha huwa dovut ħlas lura. Għalhekk, fil-każ ta’ dubju dwar l-eżattezza ta’ ċerti entrati li jinsabu fir-reġistri tal-iskorti, ma huwiex eskluż li wieħed jirrikorri għal dokumenti oħra addizzjonali sabiex id-dubju li jkun fadal jiġi eliminat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bayernwald Früchteverwertung, iċċitata iktar ’il fuq, punt 19). Għalhekk, dubji li jippersistu fir-rigward tal-eżattezza ta’ ċerti entrati jew dubji dwar<?PAGE NO="I-10846"?> inkonsistenzi jew ommissjonijiet minuri fl-imsemmija reġistri tal-iskorti jistgħu jiġu kkjarifikati bl-għajnuna ta’ dokumenti addizzjonali oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bayernwald Früchteverwertung, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda mressqa għandha tkun li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-prefinanzjament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li ż-żamma, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, ta’ reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda taħt il-kontroll doganali hija kundizzjoni sabiex jingħata l-ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni li tirrigwarda dawn il-prodotti. Madankollu, dubji li jippersistu fir-rigward tal-eżattezza ta’ ċerti entrati jew dubji dwar inkonsistenzi jew ommissjonijiet minuri fl-imsemmija reġistri tal-iskorti jistgħu jiġu kkjarifikati bl-għajnuna ta’ dokumenti addizzjonali oħra, jekk kemm-il darba dawn id-dokumenti jitqiesu li huma sodisfaċjenti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju, filwaqt li tinvoka sitwazzjoni fejn l-obbligu li jinżammu, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda taħt kontroll doganali ma ġiex sodisfatt, tistaqsi liema konsegwenzi għandhom jinsiltu minn dan in-nuqqas fid-dawl tas-somom li l-esportatur ikun irċieva bil-quddiem bħala ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Din id-domanda fiha żewġ partijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10847"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, fl-eventwalità fejn jiġi stabbilit li l-merkanzija msemmija fid-dikjarazzjoni ta’ ħlas bil-quddiem tkun ġiet realment esportata, l-ammont ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni relattiv għal din il-merkanzija jistax madankollu jitqies li huwa akkwiżit fir-rigward tal-esportatur u, f’dan l-aħħar każ, fuq il-bażi ta’ liema rata għandu jiġi kkalkolat l-ammont tal-imsemmi ħlas lura.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li, hekk kif jirriżulta mill-punti 30 sa 32 ta’ din is-sentenza, il-benefiċċju tad-dritt għall-ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura huwa suġġett, b’mod partikolari, għall-prova li l-prodotti li għaliha ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ ħlas ikunu baqgħu taħt il-kontoll doganali sal-esportazzjoni tagħhom. Huwa l-esportatur li għandu jagħti l-prova tal-osservanza tal-obbligi marbuta mas-sistema ta’ kontroll doganali u din għandha tingħata b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, hekk kif interpretata fil-punti 37 sa 39 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-issuġġettar ta’ dawn il-prodotti għas-sistema ta’ kontroll doganali għandha l-għan li tiggarantixxi l-identità tal-prodotti msemmija fid-dikjarazzjoni ta’ ħlas u tal-prodotti effettivament esportati. Fl-assenza ta’ eżekuzzjoni regolari tal-implementazzjoni taħt is-sistema ta’ ħażna doganali, il-prova li l-merkanzija mniżżla fid-dikjarazzjoni ta’ ħlas bil-quddiem ġiet realment esportata ma tkunx tista’ tiġi rrappurtata b’mod sodisfaċjenti. L-iktar l-iktar tkun tista’ tiġi stabbilita l-esportazzjoni ta’ merkanzija ta’ kwantità u ta’ natura simili.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ eżekuzzjoni regolari tal-implementazzjoni taħt is-sistema ta’ ħażna doganali hija ssanzjonata, b’mod partikolari b’applikazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 3719/88 (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20000321">21 ta’ Marzu 2000</DATE>, LFZ Nordfleisch, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-217/98" PAGE.ECR="I-1619" YEAR="2000">C-217/98, Ġabra p. I-1619</REF.DOC.ECR>, punt 42). Skont l-Artikolu 43(1), meta prodotti jkunu tqiegħdu taħt is-sistema prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 565/80 u meta l-esportatur ineħħi dawn il-prodotti, kollha jew parti minnhom, mill-kontroll<?PAGE NO="I-10848"?> doganali, hemm lok li jitqies li l-obbligu ta’ esportazzjoni ma ġiex osservat għall-kwantità kkonċernata, u dan ifisser it-telf, għal dik l-istess kwantità, ta’ kull dritt għal ħlas lura.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-irtirar mill-kontroll doganali għandu jiġi assimilat mal-eventwalità li għaliha tagħmel riferiment il-qorti tar-rinviju, jiġifieri dik fejn l-obbligu li jinżammu, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda taħt dan il-kontroll, ma jkunx ġie sodisfatt. Fil-fatt, il-konsegwenza ta’ dawn iż-żewġ ċirkustanzi hija li l-awtoritajiet doganali jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jikkontrollaw il-passaġġ tal-prodotti kkonċernati u, konsegwentement, li jiżguraw ruħhom mill-osservanza tal-kundizzjonijiet marbuta mas-sistema ta’ ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm il-lok li r-risposta għall-ewwel parti tat-tieni domanda tkun li, sa fejn u jekk kemm-il darba l-obbligu li jinżammu, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda taħt il-kontroll doganali b’applikazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 565/80, ma jiġix sodisfatt, il-prova li merkanzija simili fil-kwantità jew fin-natura għal dik imsemmija fid-dikjarazzjoni ta’ ħlas bil-quddiem ġiet esportata ma hijiex biżżejjed sabiex l-ammont ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni fir-rigward ta’ din il-merkanzija jkun jista’ jitqies li huwa akkwiżit fir-rigward tal-esportatur.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, fl-eventwalità fejn l-esportatur ikollu jħallas lura, minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu taż-żamma ta’ reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda f’maħżen doganali, is-somom kollha jew parti minn dawk riċevuti bħala ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni, għandhiex tiżdied fuq l-ammont li għandu jitħallas lura, żieda ta’ 20 % kif prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 3665/87.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10849"?><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-imsemmi tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 3665/87, meta jidher li l-ammont dovut bħala ħlas lura fuq l-esportazzjoni huwa inqas minn dak li jkun tħallas bil-quddiem, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tagħti bidu, mingħajr dewmien, għall-proċedura bl-iskop tal-ħlas lura, mill-esportatur, tad-differenza bejn dawk iż-żewġ ammonti, miżjuda b’20 %.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Ċertament, din id-dispożizzjoni ma tidentifikax b’mod espliċitu l-persuna responsabbli għall-ħlas, jekk ikun il-każ, taż-żieda ta’ 20 %. Madankollu, hekk kif osservat il-Kummissjoni Ewropea, huwa biss l-esportatur li għandu relazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. Huwa dan li, l-ewwel nett, b’applikazzjoni tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 3665/87, għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ ħlas u li, qabel l-aċċettazzjoni ta’ din it-talba mill-awtoritajiet kompetenti, għandu, skont l-Artikolu 31 tal-imsemmi regolament, jagħti garanzija li tikkorrispondi għall-ammont tal-ħlas lura kif ikkalkolata f’dik id-data, li magħha tiżdied l-20 %. Huwa dejjem l-esportatur li, it-tieni nett, skont l-Artikolu 29 tal-istess regolament, għandu jippreżenta talba bil-miktub li, hi waħedha, tawtorizza lill-awtoritajiet kompetenti jħallsu lilu bil-quddiem il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni. Din il-formalità addizzjonali tagħti b’mod partikolari lill-esportatur il-possibbiltà, fil-każ ta’ bdil tad-destinazzjoni tal-merkanzija, li jirrinunzja totalment għal dan il-ħlas billi jirkupra, f’dan l-aħħar każ, il-garanzija kollha li jkun ta (ara s-sentenza LFZ Nordfleisch, iċċitata iktar ’il fuq, punti 36 u 40).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-premessa erbgħin tar-Regolament Nru 3665/87 jirriżulta li ż-żieda ta’ 20 % ġiet prevista sabiex jiġi evitat benefiċċju indebitu mill-esportatur ikkonċernat. Hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każijiet fejn tiġi applikata sistema ta’ prefinanzjament, l-operaturi ekonomiċi jibbenefikaw indebitament minn kreditu gratuwit jekk iktar tard jirriżulta li ma hemmx lok li jingħata l-ħlas lura (sentenza tal-<DATE ISO="19870205">5 ta’ Frar 1987</DATE>, Plange Kraftfutterwerke, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="288/85" PAGE.ECR="611" YEAR="1987">288/85, Ġabra p. 611</REF.DOC.ECR>, punt 14).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10850"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li huwa l-esportatur li għandu jsostni l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li ġġib magħha s-sistema ta’ prefinanzjament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Indipendentement mill-persuna maħtura mill-awtoritajiet kompetenti sabiex iżżomm reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda f’maħżen doganali, l-esportatur għandu jsostni l-konsegwenzi ta’ nuqqas minn dan l-obbligu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-esportatur huwa liberu li jagħżel il-kokontraenti tiegħu u li huwa għandu jieħu l-prekawzjonijiet xierqa billi jew jinkorpora klawżoli f’dan ir-rigward fil-kuntratti inkwistjoni, jew billi jagħmel assigurazzjoni speċifika (sentenza tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Käserei Champignon Hofmeister, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-210/00" PAGE.ECR="I-6453" YEAR="2002">C-210/00, Ġabra p. I-6453</REF.DOC.ECR>, punt 80).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, fil-każ tal-kawża prinċipali, fejn il-merkanzija nżammet f’maħżen privat tat-tip C, l-obbligu li jinżammu reġistri tal-iskorti jaqa’, skont l-Artikolu 517(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, fuq il-magazzinier, liema magazzinier, skont l-Artikolu 504(1) tal-imsemmi regolament, huwa l-istess persuna bħad-depożitant u għaldaqstant, huwa l-istess persuna bħall-esportatur.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li r-risposta għat-tieni parti tat-tieni domanda mressqa tkun li, fl-eventwalità fejn l-esportatur għandu jħallas lura, minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jinżammu reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda f’maħżen doganali, is-somom totali jew parti mis-somom riċevuti bħala ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni, hemm lok li mal-ammont indebitu li għandu jitħallas lura tiġi applikata ż-żieda ta’ 20 % prevista fit-tieni subparagafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 3665/87.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10851"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-prefinanzjament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li ż-żamma, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, ta’ reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda taħt il-kontroll doganali hija kundizzjoni sabiex jingħata l-ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni li tirrigwarda dawn il-prodotti. Madankollu, dubji li jippersistu fir-rigward tal-eżattezza ta’ ċerti entrati jew dubji dwar inkonsistenzi jew ommissjonijiet minuri fl-imsemmija reġistri tal-iskorti jistgħu jiġu kkjarifikati bl-għajnuna ta’ dokumenti addizzjonali oħra, jekk kemm-il darba dawn id-dokumenti jitqiesu li huma sodisfaċjenti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relattivi għall-prefinanzjament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">sa fejn u jekk kemm-il darba l-obbligu li jinżammu, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda taħt il-kontroll doganali tal-Unjoni, ma jiġix sodisfatt, il-prova li merkanzija simili fil-kwantità jew fin-natura għal dik imsemmija fid-dikjarazzjoni ta’ ħlas bil-quddiem ġiet esportata ma hijiex biżżejjed<?PAGE NO="I-10852"?> sabiex l-ammont ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni fir-rigward ta’ din il-merkanzija jkun jista’ jitqies li huwa akkwiżit fir-rigward tal-esportatur;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">fl-eventwalità fejn l-esportatur għandu jħallas lura, minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jinżammu reġistri tal-iskorti għall-prodotti mqiegħda f’maħżen doganali, is-somom totali jew parti mis-somom riċevuti bħala ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni, hemm lok li mal-ammont indebitu li għandu jitħallas lura tiġi applikata ż-żieda ta’ 20 % prevista fit-tieni subparagafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-<DATE ISO="19871127">27 ta’ Novembru 1987</DATE>, dwar regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1987">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1708/93, tat-<DATE ISO="19930630">30 ta’ Ġunju 1993</DATE>.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>