|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2349 |
19.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2349
tal-14 ta’ Novembru 2025
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ 3 xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1., ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||
|
Unità tal-għawm, l-hekk imsejħa “swim spa”, għall-użu fuq barra, magħmula minn plastik ABS, b’daqs ta’ madwar 420 × 225 × 127 cm. L-oġġett għandu piż nett ta’ 800 kg, u volum ta’ 5 000 litru. Is-swim spa hija mgħammra bi:
L-oġġett għandu baċir gradwat, li jinkludi sitt postijiet għall-massaġġi b’total ta’ 36 żennuna (post wieħed b’12-il żennuna, post wieħed bi tmien żennuni, post wieħed b’sitt żennuni, żewġ postijiet b’erba’ żennuni u post wieħed b’żewġ żennuni). Jipprovdi wkoll żona tal-għawm b’tul ta’ madwar 3 metri għal persuna waħda, b’erba’ żennuni (b’ġettijiet qawwijin, għall-għawm kontrokurrent/“fil-post”) Huwa ddisinjat biex jintuża bħala apparat tal-idromassaġġi u bħala pixxina għall-għawm u għal eżerċizzju ieħor ibbażat fl-ilma. (Ara l-istampa) (*1) |
9506 99 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9506, 9506 99 u 9506 99 90. Il-prodott jitqies bħala oġġett kompost skont it-tifsira tar-regola ġenerali 3(b), li jikkonsisti f’apparat tal-idromassaġġi tal-intestatura 9019 u pixxina tal-għawm/ċafċif tal-intestatura 9506. Il-prodott għandu jiġi kklassifikat daqslikieku kien jikkonsisti fil-komponent li jagħtih il-karattru essenzjali tiegħu. Peress li l-oġġett huwa ddisinjat speċifikament biex jiffunzjona simultanjament bħala apparat tal-idromassaġġi u bħala pixxina, il-komponent li jagħti l-karattru essenzjali lill-prodott ma jistax jiġi ddeterminat. Kemm iż-żennuni speċjali kif ukoll il-pompi meħtieġa biex titwettaq it-terapija tal-idromassaġġi/ispa u l-pixxina mgħammra biż-żennuni speċjali b’ġettijiet qawwijin, għall-għawm kontrokurrent jew għal eżerċizzju ieħor ibbażat fl-ilma, huma ta’ importanza ugwali. Konsegwentement, il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar f’ordni numeriku fost dawk li jistħoqqilhom kunsiderazzjoni ugwali, jiġifieri taħt l-intestatura 9506, bħala pixxina. Għaldaqstant, l-oġġett irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9506 99 90 bħala pixxina. |
(*1) L-istampi huma purament għall-informazzjoni.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2349/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)