32003E0140



Official Journal L 053 , 28/02/2003 P. 0062 - 0062


Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2003/140/PESK

tas-27 ta' Frar 2003

li tikkonċerna l-eċċezzjonijiet għall-miżuri restrittivi mposti mill-Posizzjoni Komuni2002/402/PESK

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 miġjub fih,

Billi:

(1) Fis-16 ta' Jannar 2002 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-riżoluzzjoni 1390 (2002), hawnhekk iktar ‘il quddiem msejħa "UNSCR 1390 (2002)", li tistabbilixxi miżuri li għandhom jiġu imposti kontra Usama bin Laden, membri ta' l-organizzajoni ta' l-Al-Qajda u t-Talibani u individwi oħra, gruppi, intrapriżi u entitajiet assoċjati magħhom u taġġusta l-iskop tas-sanzjonijiet imposti mill-UNSCR 1267 (1999) u 1333 (2000), hawnhekk minn issa ‘il quddiem msejħa "UNSCR 1267 (1999)" u "UNSCR 1333 (2000)".

(2) Fis-27 ta' Mejju 2002 il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni 2002/402/PESK [1] sabiex jimplimenta il-UNSCR 1390 (2002).

(3) Fl-20 ta' Diċembru 2002 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-riżoluzzjoni 1452 (2002), li tippermetti ċertu eċċezzjonijiet għall-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCR 1267 (1999) u 1390 (2002).

(4) Azzjoni mill-Kommunità hija meħtieġa sabiex jiġu mplimentati l-speċifikati,

ADOTTA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Fl-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Posizzjoni Komuni 2002/402/PESK, il-Komunità Ewropea se tipprovdi l-eċċezjonijiet permessi mir-riżoluzzjoni 1452 (2002) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 2

Din il-Posizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ mill-ġurnata li fiha tiġi adottata.

Artikolu 3

Din il-Posizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Frar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Chrisochoïdis

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 4.

--------------------------------------------------