European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2382

10.9.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2382

tad-9 ta’ Settembru 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195 fir-rigward tal-mudell għall-istħarriġiet tas-Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival, tad-deżinjazzjoni tas-siti tal-produzzjoni infestati u tar-revoka tal-miżuri fiż-żoni infestati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1)(a) sa (h), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1195 (2) jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda tas-Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival (“il-pest speċifikat”) u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu fit-territorju tal-Unjoni. Dan ħa post id-Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE (3), li mill-1 ta’ Jannar 2022 tħassret bir-Regolament (UE) 2016/2031.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195, l-awtoritajiet kompetenti jridu jiddeżinjaw sit tal-produzzjoni bħala infestat mill-pest speċifikat meta l-preżenza tal-pest speċifikat f’dak is-sit tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment mit-testijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(3)

Kien hemm dubji dwar jekk iż-żoni li ġew demarkati mill-awtoritajiet kompetenti bħala roqgħat ikkontaminati skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 69/464/KEE qabel l-1 ta’ Jannar 2022, jenħtieġx li jitqiesu wkoll li ġew deżinjati bħala siti tal-produzzjoni infestati skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195. Sabiex tiġi żgurata l-ogħla protezzjoni possibbli tat-territorju tal-Unjoni mill-pest speċifikat, jenħtieġ li dawn ir-roqgħat ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti bħas-siti tal-produzzjoni infestati ddeżinjati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195. Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jagħmilha ċara li r-roqgħat demarkati bħala kkontaminati skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 69/464/KEE qabel l-1 ta’ Jannar 2022, jenħtieġ li jitqiesu wkoll li ġew deżinjati bħala siti tal-produzzjoni infestati.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra ir-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, li jkun twettaq fis-sena preċedenti. Huma jridu jirrapportaw dawk ir-riżultati f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Kien aktar prattiku li fil-mudell issir referenza għad-daqs taż-żona infestata fis-sena koperta mir-rapportar kif ukoll fis-sena ta’ qabel, minflok għaż-żona demarkata, peress li ż-żona infestata hija dik li teħtieġ l-aktar rapportar dettaljat tar-riżultati. Barra minn hekk, ir-rapportar tad-data dwar il-kampjuni għall-ispezzjoni viżwali tat-tuberi, u r-rapportar tad-dettalji dwar il-metodoloġija tal-ittestjar fit-testijiet tal-laboratorju ma jipprovdux informazzjoni notevoli għall-finijiet tal-istħarriġ. Għalhekk, jenħtieġ li l-kolonni rispettivi jitneħħew mill-mudell tal-istħarriġ.

(6)

Barra minn hekk, jeħtieġ li fl-ewwel sentenza fl-Anness II jiġi ċċarat li l-mudell għandu jippreżenta r-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa matul is-sena kalendarja ta’ qabel is-sena tar-rapportar.

(7)

L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-revoka tal-miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(8)

Barra minn hekk, u biex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta’ ċertezza dwar l-eliminazzjoni tar-riskju fitosanitarju rispettiv, huwa meħtieġ li fil-punt 1.1. tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195 jiżdied li, meta ż-żona infestata tkun intużat bħala bur permanenti, il-miżuri jistgħu jiġu revokati biss meta ma jkun instab l-ebda sinjal ta’ infezzjoni bil-pest speċifikat fil-kampjuni tal-ħamrija li jkunu ttieħdu billi ġiet applikata l-iskema li għandha tintuża biex tinkiseb il-ħamrija għall-ittestjar kif stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195 jiġi emendat kif xieraq.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Roqgħat demarkati mill-awtoritajiet kompetenti bħala kkontaminati, f’konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 69/464/KEE, qabel l-1 ta’ Jannar 2022, għandhom jitqiesu li ġew deżinjati bħala siti tal-produzzjoni infestati.”

(2)

l-Anness II huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(3)

Fl-Anness IV, il-punt 1.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.1.

Wara minimu ta’ 50 sena mill-aħħar detezzjoni tal-pest speċifikat, jekk ikun hemm rekord mingħajr waqfien ta’ għelejjel fiż-żona infestata li juri li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (3) ikunu ġew irrispettati matul iż-żmien kollu u li ż-żona infestata ma tkunx intużat bħala bur permanenti.

Meta ż-żona infestata tkun intużat bħala bur permanenti, il-miżuri jistgħu jiġu revokati biss meta ma jkun instab l-ebda sinjal ta’ infezzjoni bil-pest speċifikat fil-kampjuni tal-ħamrija li jkunu ttieħdu meta ġiet applikata l-iskema li għandha tintuża biex tinkiseb il-ħamrija għall-ittestjar stabbilita fil-punt 1.2;

jew”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1195 tal-11 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi miżuri għall-qerda tas-Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu (ĠU L 185, 12.7.2022, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1195/oj).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1969 dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata (ĠU L 323, 24.12.1969, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1969/464/oj).


ANNESS

L-Anness II mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1195 huwa sostitwit b’dan li ġej:

““ANNESS II

Mudell tal-istħarriġ kif imsemmi fl-Artikolu 3

Mudell għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġiet dwar il-marda tal-felul tal-patata mwettqa matul is-sena kalendarja ta’ qabel is-sena tar-rapportar.

Jekk jogħġbok uża din it-tabella biss għar-riżultati tal-istħarriġ għall-patata maħsuda f’pajjiżek.

Stat Membru

Kategorija

Żona ta’ kultivazzjoni (ha)

Spezzjoni viżwali tat-tuberi

Ittestjar tal-laboratorju

Daqs inizjali taż-żona infestata (1) (ha)

Daqs aġġornat taż-żona infestata (2) (ha)

Numri tan-notifika tat-tifqigħat ġodda nnotifikati, kif applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715

Informazzjoni addizzjonali

Għadd ta’ lottijiet

Għadd ta’ lottijiet suspettużi

Għadd ta’ kampjuni ttestjati

Għadd ta’ kampjuni pożittivi

 

Tuberi tal-patata għat-tħawwil

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tuberi tal-patata għal finijiet oħra minbarra t-tħawwil

 

 

 

 

 

 

 

 

 

” ”

(1)  Id-daqs totali taż-żona infestata qabel is-sena koperta mir-rapport.

(2)  Id-daqs totali taż-żona infestata fis-sena koperta mir-rapport.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2382/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)