<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑524/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0524</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2045">EU:C:2014:2045</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140703">3.7.2014</DATE> — KAWŻA C‑524/13</P><P>BRAUN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 69/335/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti li ma twassal għal ebda żieda fil-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet rikjesti għar-redazzjoni tal-att notarili li jikkonstata din it-trasformazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑524/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130927">27 ta’ Settembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Eycke Braun</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Land Baden-Württemberg,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts (Relatur), Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, J. L. da Cruz Vilaça, J.‑C. Bonichot u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal E. Braun, minnu stess,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Land Baden-Württemberg, minn K. Ehmann, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Cordewener u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE>, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn E. Braun, fil-kapaċità tiegħu bħala nutar impjegat bħala uffiċjal pubbliku, u l-Land Baden-Württemberg, dwar il-ġbir, minn dan tal-aħħar, ta’ sehem tad-drittijiet li E. Braun stess irċieva għal atti ta’ awtentifikazzjoni li huwa rrediġa fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet varji relatati mat-trasformazzjoni ta’ kumpanniji b’kapital azzjonarju.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont is-seba’ premessa tad-Direttiva 69/335, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>dan id-dazju [fuq il-kapital] għandu jiġi armonizzat, kemm fir-rigward ta’ l-istrutturi tiegħu u kemm fir-rati tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>. It-tmien premessa ta’ din id-direttiva iżżid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ż-żamma ta’ taxxi ndiretti oħrajn bl-istess karatteristiċi bħad-dazju kapitali [fuq il-kapital] jew il-ħlas tal-bolla fuq titoli jistgħu jiffrustraw l-iskop tal-miżuri previsti f’din id-Direttiva u dawk it-taxxi għandhom għalhekk jiġu aboliti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-operazzjonijiet [it-tranżazzjonijiet] li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għad-dazju kapitali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-formazzjoni ta’ kumpanija kapitali [b’kapital azzjonarju];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>żieda fil-kapital ta’ kumpanija kapitali bil-kontribuzzjoni ta’ assi ta’ kull tip;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>it-trasferiment minn pajjiż terz għal Stat Membru taċ-ċentru effettiv ta’ amministrazzjoni ta’ kumpanija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika, li l-uffiċċju rreġistrat tagħha huwa f’pajjiż terz u li hu kkunsidrat f’dak l-Istat Membru, għall-iskopijiet tal-impożizzjoni tad-dazju kapitali, bħala kumpanija kapitali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>it-trasferiment minn pajjiż terz għal Stat Membru tal-uffiċċju reġistrat ta’ kumpanija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika, li ċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni tagħha huwa f’pajjiż terz u li hu kkunsidrat f’dak l-Istat Membru, għall-iskopijiet tal-impożizzjoni ta’ dazju kapitali, bħala kumpanija kapitali;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Formazzjoni, fis-sens tal-paragrafu 1(a), m’għandha tinkludi ebda alterazzjoni tal-istrument jew ir-regolamenti kostitwenti ta’ kumpanija kapitali, u b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-konverżjoni ta’ kumpanija kapitali f’tip differenti ta’ kumpanija kapitali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-istess direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Barra d-dazju kapitali, l-Istati Membri m’għandhom jimponu ebda ntaxxar affattu, fir-rigward ta’ kumpanniji, ditti, assoċjazzjonijiet jew persuni ġuridiċi li jaħdmu għal profit:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ kontribuzjonijiet, self jew il-provvista ta’ servizzi, li jsiru bħala parti mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ reġistrazzjoni jew kull formalità oħra meħtieġa qabel il-bidu ta’ negozju li għalih kumpanija, ditta, assoċjazzjoni, jew persuna ġuridika li taħdem għall-profitt tista’ tkun soġġetta għar-raġuni tal-forma ġuridika tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 69/335 jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[m]inkejja l-Artikoli 10 u 11, l-Istati Membri Mejju jistgħu jimponu […]dazji mħallsa permezz ta’ piżijiet jew drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 20087/KE, tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="046" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU L 46, p. 11</REF.DOC.OJ>), id-Direttiva 69/335 ġiet abrogata b’effett mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE>. Madankollu, meta t-tranżazzjonijiet ta’ awtentikazzjoni li jagħtu lok għall-ħlas tad-drittijiet notarili inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/7, dawn jibqgħu regolati mid-Direttiva 69/335.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 114(1) tal-Kodiċi Federali tan-Nutara (Bundesnotarordnung), il-Land Baden-Württemberg jirrikonoxxi l-funzjoni ta’ nutar impjegat bħala uffiċjali pubbliku, peress li dan għandu remunerazzjoni, minn naħa, b’salarju fiss taħt il-liġi tal-Land dwar ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali pubbliċi (Landesbesoldungsgesetz) u, min-naħa l-oħra, b’parti mid-drittijiet li huma jirċievu.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(2) tal-liġi tal-Baden-Württemberg dwar it-taxxa tal-ispejjeż ġudizzjarji (Baden-Württembergisches Landesjustizkostengesetz), fil-verżjoni tagħha tat-<DATE ISO="20050728">28 ta’ Lulju 2005</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Gesetzblatt für Baden-Württemberg</HT> 2005, Nru 12 tal-<DATE ISO="20050805">5 ta’ Awwissu 2005</DATE>, p. 580), ipprovda:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[I]t-Teżor jirċievi, skont l-Artikoli 12 u 13, sehem mid-drittijiet relatati ma’</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-awtentikazzjoni ta’ trasformazzjoni li ma twassalx għal żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li tbiddel il-forma tagħha,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-LJKG BW ġiet emendata bil-liġi li temedna l-liġi tal-Land tat-taxxa dwar l-ispejjeż ġudizzjarji u liġijiet oħra (Gesetz zur Änderung des Landesjustizkostengesetzes und anderer Gesetze), tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Gesetzblatt für Baden-Württemberg</HT> 2011, Nru 21, tas-<DATE ISO="20111216">16 ta’ Diċembru 2011</DATE>, p. 545) u tipprovdi issa li, fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 11 tal-LJKG BW, il-Land jirrinunzja totalment, b’effett retroattiv mill-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE>, għal sehem fuq id-drittijiet imsemmja fih. Madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tal-imsemmija liġi tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> jipprovdi d-dispożizzjoni tranżitorja li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[F]ir-rigward tad-drittijiet inkorsi sal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar</P><?PAGE NO="4"?><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>l-awtentikazzjoni ta’ trasformazzjoni li ma twassalx għal żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li tbiddel il-forma tagħha,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><P>Il-leġiżlazzjoni applikabbli sa issa għal dawn l-awtentikazzjonijiet tkompli tapplika.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Bejn l-2002 u l-2005, E. Braun, fil-kapaċità tiegħu bħala nutar pubbliku impjegat bħala uffiċjal pubbliku, kien b’mod partikolari responsabbli għar-redazzjoni ta’ diversi awtentikazzjonijiet relatati mat-trasformazzjoni ta’ kumpanniji b’kapital azzjonarju f’kumpanniji b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti. It-trasformazzjonijiet awtentikati ma waslux għal żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew biddlu l-forma ġuridika tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>B’avviż ta’ stima tal-President tal-Landgericht Freiburg tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, meħud abbażi tal-Artikolu 11(2)(b) tal-LJKG BW, is-sehem li jrid jitħallas lura lit-Teżor minn E. Braun għal dawn l-awtentikazzjonijiet ġie stabbilit għas-somma ta’ EUR 8 124.62.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20081223">23 ta’ Diċembru 2008</DATE>, E. Braun ikkontesta dan l-avviż ta’ stima.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ emenda ta’ stima tad-<DATE ISO="20130819">19 ta’ Awwissu 2013</DATE>, il-Landgericht Freiburg emendat ftit l-istimi stabbiliti fl-avviż tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>. Madankollu, fir-rigward tat-transazzjonijiet ta’ awtentikazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-istima baqgħet ma nbidlitx abbażi tad-dispożizzjoni tranżitorja tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tal-liġi li temenda l-liġi tal-Land dwar l-ispejjeż ġudizzjarji u liġijiet oħra tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-kawża tressqet quddiem l-Amtsgericht Karlsruhe.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, it-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti, skont l-Artikolu 4(3)a) tad-Direttiva 69/335, ma hijiex kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) ta’ din id-direttiva u, għaldaqstant, ma hijiex suġġetta għad-dazju kapitali. Wara li fakkret li l-Artikolu 10(ċ) tal-imsemmija direttiva ma tkoprix espressament it-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4, b’kuntrast mal-Artikolu 10(a) u (b) tagħha, din il-qorti tikkonstata li ma jistax jiġi eskluż li l-ħlas lura tal-parti mid-drittijiet lit-Teżor, kif stipulat fl-avviżi tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE> u tad-<DATE ISO="20130819">19 ta’ Awwissu 2013</DATE>, jikkostitwixxi tassazzjoni illegali skont l-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis ukoll li ma jistax jiġi dedott mis-sentenza Agas (C‑152/97, UE:C:1998:511) li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 10(ċ) għandu jkun limitat għall-formalitajiet marbuta mat-tranżazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 69/335.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Amstgericht Karlsruhe ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335 [...] għandha tiġi interpretata fis-sens li d-drittijiet li jirċievi nutar pubbliku [impjegat bħala uffiċjal pubbliku] għall-awtentikazzjoni notarili ta’ [ta’ att ġuridiku ta’] tranżazzjoni, li kienet tikkonċerna t‑trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital [azzjonarju] f’kumpannija b’kapital [azzjonarju] ta’ tip differenti, jikkostitwixxu taxxi fis-sens tad-Direttiva, u dan anki meta t-trasformazzjoni ma timplikax żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwistata [akkwirenti] jew ittrasformata? [li nbidlet il-forma ġuridika tagħha?]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-Teżor jirċievi sehem tad-drittijiet riċevuti minn nutar impjegat bħala uffiċjal pubbliku waqt l-awtentikazzjoni ta’ att ġuridiku li għandu bħala għan it-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti, li ma twassalx għal żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li bidlet il-forma ġuridika tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għalkemm, kif irrilevat mill-Land Baden-Württemberg, il-klawżola subordinata tad-domanda preliminari ma għandha l-ebda predikat, din il-konstatazzjoni ma twassalx għall-inammissibbiltà tal-imsemmija domanda, peress li l-kontenut ta’ din id-domanda jista’ jiġi dedott b’ċertezza mid-deċiżjoni tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Land Baden-Württemberg iqis ukoll li d-domanda għandha tiġi ddikjarata inammissibbli, peress li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba hija irrilevanti fil-kuntest tal-kawża prinċipali bejn nutar li huwa impjegat bħal uffiċjal pubbliku u l-awtoritajiet pubbliċi. L-allegata inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni mal-leġiżlazzjoni nazzjonali hija rilevanti biss fil-kuntest ta’ kawża bejn id-debitur tad-drittijiet notarili, jiġifieri l-kumpannija ttrasformata, u n-nutar li huwa impjegat bħala uffiċjal pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, ċertament, li din tal-aħħar tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi dwar talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali jekk jidher b’mod manifest, b’mod partikolari, li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni bl-ebda mod ma hija marbuta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Rosenbladt, C‑45/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:601">EU:C:2010:601</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll MA <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑648/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:367">EU:C:2013:367</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, din il-kundizzjoni ma hijiex issodisfatta f’din il-kawża. Għalkemm E. Braun, fil-kapaċità tiegħu bħala nutar impjegat bħala uffiċjal pubbliku, ma huwiex huwa stess id-debitur tad-drittijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax jiġi obbligat li jħallas sehem minnhom lit-Teżor jekk kien jidher li l-obbligu marbut mal-ħlas ta’ dan is-sehem jikser id-dritt tal-Unjoni. It-talba għal deċiżjoni preliminari, li hija ntiża sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tevalwa l-legalità tal-iskema nazzjonali inkwistjoni li tipprovdi għall-ġbir ta’ tali sehem mil-Land Baden-Württemberg, għandha, għaldaqstant, relazzjoni diretta mas-suġġett tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 69/335, moqri fid-dawl tat-tmien premessa tagħha, jipprojbixxi t-taxxi li għandhom l-istess karatteristiċi bħat-taxxa fuq il-kapital (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Ponente Carni u Cispadana Costruzioni, C‑71/91 u C‑178/91, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:140">EU:C:1993:140</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29; Denkavit Internationaal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑2/94, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:229">EU:C:1996:229</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23, kif ukoll Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft, C‑466/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:385">EU:C:2007:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Huma b’hekk b’mod partikolari dawk li jissemmew fl-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335, it-taxxi, ta’ kwalunkwe forma, li għandhom jitħallsu għar-reġistrazzjoni jew għal kull formalità preliminari oħra għall-eżerċizzju ta’ attività, li tista’ tkun suġġetta għaliha kumpannija minħabba l-forma ġuridika tagħha (sentenza Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:385">EU:C:2007:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat, fil-kawżi li jirrelataw mal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-Land Baden-Württenberg, li drittijiet notarili riċevuti minn nutara li huma uffiċjali pubbliċi għal tranżazzjoni li taqa’ fid-Direttiva 69/335 jikkostitwixxu taxxa fis-sens ta’ din tal-aħħar, meta l-imsemmija drittijiet, u, għall-inqas parzjalment, jitħallsu lill-awtorità pubblika li timpjega n-nutara bħala uffiċjali pubbliċi u użati għall-finanzjament tal-obbligi pubbliċi ta’ din l-awtorità (ara, f’dan is-sens, id-digriet Gründerzentrum, C‑264/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:201">EU:C:2002:201</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 27 u 28; is-sentenzi Längst, C‑165/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:412">EU:C:2005:412</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 37 u 41, u Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:385">EU:C:2007:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar jekk drittijiet notarili, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża, humiex riċevuti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fir-rigward ta’ reġistrazzjoni jew kull formalità oħra meħtieġa qabel il-bidu ta’ negozju li għalih kumpanija, [...] tista’ tkun soġġetta għar-raġuni tal-forma ġuridika tagħha<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din id-dispożizzjoni għandha, bħala prinċipju, tingħata interpretazzjoni wiesgħa fis-sens li tinkludi mhux biss il-proċeduri formali preliminari għall-eżerċizzju tal-attività ta’ kumpannija b’ kapital azzjonarju, iżda wkoll dawk il-formalitajiet li jikkundizzjonaw l-eżerċizzju u l-andament tal-attività ta’ tali kumpannija (ara s-sentenza Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:385">EU:C:2007:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ikkonstatat, kemm-il darba, li meta tranżazzjoni mwettqa minn kumpannija b’kapital azzjonarju, b’mod partikolari ż-żieda fil-kapital awtorizzat tagħha, l-emendi fl-istatuti tagħha jew l-akkwist ta’ beni immobbli wara li jkun hemm amalgamazzjoni, għandha, fid-dritt nazzjonali, b’mod obbligatorju tkun is-suġġett ta’ formalità ġuridika, din il-formalità tikkundizzjona l-eżerċizzju u l-andament tal-attività ta’ din il-kumpannija (sentenza Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:385">EU:C:2007:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C‑426/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:180">EU:C:2002:180</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 12 u 30, kif ukoll Badischer Winzerkeller, C‑264/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:402">EU:C:2006:402</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 26 sa 29).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, id-drittijiet notarili kienu rċevuti matul l-awtentikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet differenti ta’ trasformazzjoni ta’ kumpanniji ta’ kapital f’kumpanniji ta’ kapital ta’ tip differenti. Peress li tali trasformazzjoni għandha, skont il-leġiżlazzjoni tal-Land Baden-Württemberg, b’mod obbligatorju ssir b’att notarili, dan l-obbligu għandu jitqies bħala formalità li jikkundizzjona l-eżerċizzju u l-andament tal-attività tal-kumpannija b’kapital azzjonarju; b’hekk ittrasformata (ara, b’analoġija, is-sentenza Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:385">EU:C:2007:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54). Għaldaqstant, tali awtentikazzjoni nutarili tikkostitwixxi formalità minn qabel li għaliha kumpannija b’kapital azzjonarju hija suġġetta minħabba l-forma ġuridika tagħha, fis-sens tal-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Land Baden-Württemberg jenfasizza madankollu li t-trasformazzjonijiet tal-kumpanniji li taw lok għall-kwistjoni fil-kawża prinċipali ma wasslu għal ebda ebda żieda fil-kapital tal-kumpanniji akkwirenti jew li biddlu l-forma ġuridika tagħhom. Skont l-imsemmi Land, hija biss taxxa li tinġabar fuq tranżazzjoni li twassal għal żieda fil-kapital tal-kumpannija kkonċernata li tista’ taqa’ fl-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Argument bħal dan ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-Artikolu 4(3)(a) tad-Direttiva 69/335 jirriżulta b’mod ċar li l-Istati Membri ma jistgħux jirċievu dazju kapitali għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>konverżjoni ta’ kumpanija kapitali f’tip differenti ta’ kumpanija kapitali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Din id-dispożizzjoni hija ntiża neċessarjament għat-trasformazzjonijiet ta’ kumpanniji mingħajr żieda fil-kapital. Fil-fatt, trasformazzjoni akkumpanjata minn żieda fil-kapital taqa’ fl-Artikolu 4(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva. Issa, l-għan tal-Artikolu 4(3)(a) tad-Direttiva 69/335 jiddgħajjef jekk, matul it-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti, taxxi oħrajn li għandhom l-istess effett bħad-dazju fuq il-kapital jistgħu jinġabru.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 29 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335 ma huwiex limitat għat-tranżazzjonijiet li jwasslu għal żieda fil-kapital tal-kumpannija kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-Teżor jirċievi sehem tad-drittijiet riċevuti minn nutar impjegat bħala uffiċjal pubbliku waqt l-awtentikazzjoni ta’ att ġuridiku li għandu bħala għan it-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti, li ma twassalx għal żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li bidlet il-forma ġuridika tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335 ma jipprojbixxix li nutar impjegat bħala uiffiċjal pubbliku jiġbor, għal tali awtentikazzjonijiet, drittijiet dovuti lilu b’mod definittiv sa fejn l-imsemmija drittijiet għandhom natura remunerattiva fis-sens tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 69/335.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet premessi kollha, għandha tingħata risposta għad-domanda preliminari li l-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 69/335 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-Teżor jirċievi sehem tad-drittijiet riċevuti minn nutar impjegat bħala uffiċjal pubbliku waqt l-awtentikazzjoni ta’ att ġuridiku li għandu bħala għan it-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti, li ma twassalx għal żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li bidlet il-forma ġuridika tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE>, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-Teżor jirċievi sehem tad-drittijiet riċevuti minn nutar impjegat bħala uffiċjal pubbliku waqt l-awtentikazzjoni ta’ att ġuridiku li għandu bħala għan it-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti, li ma twassalx għal żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li bidlet il-forma ġuridika tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>