Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ l-Artikolu 54 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta’ Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, p. 1) – Nuqqas ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu l-implementazzjoni ta’ kull intervent xieraq fis-sitwazzjonijiet kollha li jwasslu għal espożizzjoni fit-tul li tirriżulta mill-effetti ta’ wara emerġenza radjoloġika jew mill-eżerċizzju ta’ prattika jew ta’ attività professjonali fil-passat.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottax, fit-terminu preskritt, il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha meħtieġa sabiex ikun hemm intervent xieraq fis-sitwazzjonijiet kollha li jwasslu għal espożizzjoni fit-tul għal radjazzjoni jonizzanti li tirriżulta mill-effetti ta’ wara emerġenza radjoloġika jew mill-eżerċizzju ta’ prattika jew ta’ attività professjonali fil-passat, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 53 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta’ Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti.

2) Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.