<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-321/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0321</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:866">EU:C:2020:866</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20201028">28.10.2020</DATE> – Kawża C‑321/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bundesrepublik Deutschland (Determinazzjoni tar-rati ta’ tariffi tat-triq għall-użu ta’ awtostradi)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 1999/62/KE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastruttura</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(9)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7a(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Tariffi tat-triq</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ rkupru tal-ispejjeż ta’ infrastruttura</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż ta’ infrastruttura</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż ta’ operat</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż relatati mal-pulizija tat-traffiku</KEYWORD><KEYWORD>Qbiż tal-ispejjeż</KEYWORD><KEYWORD>Effett dirett</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ rata tat-tariffi tat-triq eċċessiva</KEYWORD><KEYWORD>Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-321/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Qorti Amministrattiva Superjuri tal-Land ta’ Nordrhein-Westfalen, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190418">18 ta’ April 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">BY,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">CZ</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, C. Toader, M. Safjan u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Krausenböck, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20200304">4 ta’ Marzu 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal CZ u BY, minn M. Pfnür u A. Winczura, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Bundesrepublik Deutschland, minn J. Hilf, F. Montag u M. Schleifenbaum, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn D. Klebs u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Mölls u N. Yerrell, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20200618">18 ta’ Ġunju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(9) u tal-Artikolu 7a(1) u (2) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19990617">17 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372), kif emendata bid-Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20060517">17 ta’ Mejju 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 157, p. 8</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 1999/62 emendata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, BY u CZ u, min-naħa l-oħra, il-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja), dwar it-talba tagħhom għal rimbors ta’ somom imħallsa bħala tariffi tat-triq għall-użu tal-awtostradi federali Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/62 emendata jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sistema tat-toroq trans-Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> tfisser is-sistema tat-toroq imfissra fit-Taqsima 2 ta’ l-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19960723">23 ta’ Lulju 1996</DATE> dwar linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp ta’ sistema tat-toroq trans-Ewropea [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 364) – deċiżjoni emendata fl-aħħar lok bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1791/2006 tal‑<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="363" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 363, p. 1</REF.DOC.OJ>)] kif muri permezz ta’ mapep. Il-mapep jirriferu għas-sezzjonijiet korrispondenti msemmija fil-parti operattiva ta’ dik id-Direttiva u/jew fl-Anness II għaliha;</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(aa)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>spejjeż ta’ kostruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser l-ispejjeż relatati mal-kostruzzjoni, inkluż, fejn xieraq, l-ispejjeż ta’ finanzjament, ta’:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>infrastruttura ġdida jew titjib infrastrutturali ġdid (inklużi tiswijiet strutturali sinjifikanti); jew</P></ITEM><ITEM><P>infrastruttura jew titjib infrastrutturali (inklużi tiswijiet strutturali sinifikanti) li tlestew mhux aktar minn 30 sena qabel l-<DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE>, fejn arranġamenti ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq eżistenti f’<DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE>, jew tlestew mhux aktar tard minn 30 sena qabel l-istabbiliment ta’ kwalunkwe arranġament ġdid ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq introdott wara l-<DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE>; spejjeż dwar l-infrastruttura jew titjib infrastrutturali li tlestew qabel dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jiġu wkoll ikkunsidrati bħala spejjeż ta’ kostruzzjoni fejn:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>Stat Membru stabbilixxa sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq li tipprovdi għall-irkupru ta’ dawn l-ispejjeż permezz ta’ kuntratt ma’ operatur ta’ sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq, jew atti ġuridiċi oħrajn li għandhom effett ekwivalenti, li jidħlu fis-seħħ qabel <DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE>, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>Stat Membru jista’ juri li l-każ għall-bini ta’ l-infrastruttura in kwistjoni kien jiddependi fuq li din ikollha ħajja proġettata ta’ aktar minn 30 sena.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="3"?><P>Fi kwalunkwe każ, il-proporzjon ta’ l-ispejjeż ta’ kostruzzjoni li għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni m’għandux jaqbeż il-proporzjon tal-perjodu ta’ ħajja proġettata attwali tal-komponenti ta’ l-infrastruttura li jkun għad fadal f’<DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE> jew fid-data meta l-arranġamenti ġodda ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq jiġu introdotti, fejn din hi data aktar tard.</P><P>L-ispejjeż ta’ l-infrastruttura jew titjib infrastrutturali jistgħu jinkludu kwalunkwe spiża speċifika fuq infrastruttura iddisinjata biex jitnaqqas l-inkonvenjent relatat ma’ ħsejjes jew biex titjieb is-sigurtà fit-toroq u l-pagamenti attwali magħmula mill-operatur ta’ l-infrastruttura li jikkorrispondu ma’ elementi ambjentali oġġettivi bħal protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni tal-ħamrija.</P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ħlas għall-użu tat-triq<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser ammont speċifiku li għandu jitħallas għal vettura li tivvjaġġa distanza partikolari fuq l-infrastrutturi msemmija fl-Artikolu 7(1); l-ammont għandu jkun ibbażat fuq id-distanza tal-vjaġġ li jkun sar u t-tip tal-vettura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ba)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ħlas medju ppeżat għall-użu tat-triq<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser id-dħul totali miġbur minn ħlasijiet għall-użu tat-triq fuq perjodu speċifiku diviż bin-numru ta’ kilometri li jkunu saru minn vetturi f’sistema tat-toroq speċifika li tkun soġġetta għal ħlasijiet għall-użu tat-triq matul dak il-perjodu, fejn kemm id-dħul kif ukoll il-kilometri li jkunu saru minn vetturi jiġu kkalkulati għall-vetturi li għalihom japplikaw in-nollijiet għall-użu tat-triq;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq is-sistema tat-toroq trans-Ewropea, jew fuq partijiet ta’ dik is-sistema, biss skond il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 2 sa 12. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri, f’konformità mat-Trattat, li japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq toroq mhux inklużi fis-sistema tat-toroq trans-Ewropea, fosthom fuq toroq paralleli li lejhom jista’ jiġi devjat it-traffiku mis-sistema tat-toroq trans-Ewropea u/jew li jkunu f’kompetizzjoni diretta ma’ ċerti partijiet minn dik is-sistema, jew għal tipi oħra ta’ vetturi bil-mutur mhux koperti bit-tifsira ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> fis-sistema tat-toroq trans-Ewropea, sakemm l-impożizzjoni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq dan it-tip ta’ toroq ma tiddiskriminax kontra t-traffiku internazzjonali u ma tirriżultax f’distorzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ l-irkupru ta’ l-ispejjeż ta’ infrastruttura biss. B’mod speċifiku l-ħlasijiet medji ppeżati għall-użu tat-triq għandhom ikunu relatati ma’ l-ispejjeż ta’ kostruzzjoni u ma’ l-ispejjeż ta’ l-operazzjoni, tal-manutenzjoni u ta’ l-iżvilupp tas-sistema infrastrutturali kkonċernata. Il-ħlasijiet medji ppeżati għall-użu tat-triq jistgħu jinkludu wkoll dħul fuq il-kapital jew marġni ta’ qligħ ibbażati fuq il-kondizzjonijiet tas-suq.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7a(1) sa (3) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jiġu biex jiddeterminaw il-livelli ta’ ħlasijiet medji ppeżati għall-użu tat-triq li għandhom jiġu mitluba fis-sistema infrastrutturali kkonċernata jew f’parti tas-sistema definita b’mod ċar, l-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni d-diversi spejjeż imniżżla fl-Artikolu 7(9). L-ispejjeż li jittieħdu f’kunsiderazzjoni għandhom jirrelataw mas-sistema infrastrutturali jew parti minnha li fuqha<?PAGE NO="4"?> huma mposti l-ħlasijiet għall-użu tat-triq u mal-vetturi li huma soġġetti għall-ħlasijiet għall-użu tat-triq. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirkuprawx dawn l-ispejjeż permezz ta’ dħul minn ħlasijiet għall-użu tat-triq jew li jirkupraw biss perċentaġġ ta’ l-ispejjeż.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandhom jiġu ddeterminati skond l-Artikolu 7 u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ arranġamenti ġodda ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq, minbarra dawk li jinvolvu konċessjoni għall-ħlasijiet għall-użu tat-triq introdotti mill-Istati Membri wara <DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE>, l-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ċentrali ta’ kalkolu mniżżla fl-Anness III.</ALINEA><ALINEA>Għal ħlasijiet konċessjonarji ġodda għall-użu tat-triq li jiddaħħlu wara <DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-livell massimu ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq għandu jkun ekwivalenti għal, jew anqas minn, il-livell li jkun irriżulta mill-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ċentrali ta’ kalkolu mniżżla fl-Anness III. Il-valutazzjoni ta’ tali ekwivalenza għandha ssir abbażi ta’ perjodu ta’ riferenza raġonevolment twil li jkun xieraq għan-natura tal-kuntratt ta’ konċessjoni.</ALINEA><ALINEA>Arranġamenti ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq li jkunu diġà fis-seħħ fl<DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE> jew li għalihom ġew riċevuti offerti jew risposti għal stediniet ta’ negozjar taħt il-proċedura nnegozjata b’segwitu għal proċedura ta’ akkwist pubbliku qabel <DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE> m’għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi mniżżla f’dan il-paragrafu, sakemm dawn l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux modifikati sostanzjalment.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness III tad-Direttiva 1999/62 emendata, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Prinċipji Ċentrali għall-Allokazzjoni ta’ l-Ispejjeż u l-Kalkolu tal-Ħlasijiet għall-Użu tat-Triq<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi, fil-punt 3 tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Spejjeż operattivi, ta’ ġestjoni u ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq</P><P>Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludi l-ispejjeż kollha li jsiru mill-operatur ta’ l-infrastruttura li m’humiex koperti taħt is-Sezzjoni 2 u li huma relatati ma’ l-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-infrastruttura u tas-sistema ta’ ħlas għall-użu tat-triq. B’mod partikolari dawn għandhom jinkludu:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ispejjeż ta’ kostruzzjoni, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ kabini għall-ħlas ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u sistemi ta’ pagament oħra;</P></ITEM><ITEM><P>l-ispejjeż ta’ kuljum ta’ l-operazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tas-sistema ta’ ġbir tal-ħlas għall-użu tat-triq;</P></ITEM><ITEM><P>miżati u ħlasijiet amministrattivi relatati ma’ kuntratti ta’ konċessjoni;</P></ITEM><ITEM><P>spejjeż ta’ ġestjoni, amminstrazzjoni u servizz relatati ma’ l-operazzjoni ta’ l-infrastruttura.</P></ITEM></LIST></P><P>L-ispejjeż jistgħu jinkludu ritorn fuq kapital jew marġni ta’ qligħ li jirriflettu l-grad ta’ riskju trasferit.</P><P>Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu diviżi skond bażi ġusta u trasparenti bejn il-klassijiet kollha ta’ vetturi li huma soġġetti għas-sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-ammont tat-tariffi tat-triq għall-użu tal-awtostradi federali Ġermaniżi għall-perijodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE> u l-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE> huwa stabbilit, abbażi tal-Artikolu 14(3) tal-Bundesfernstraßenmautgesetz (il-Liġi dwar it-Tariffi tat-Triq fuq it-Toroq<?PAGE NO="5"?> Prinċipali Federali) tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE> (BGBl. 2011 I S, p. 1378), permezz tal-Anness 4 tiegħu. Dan l-anness jistabbilixxi dawn it-tariffi tat-triq abbażi, minn naħa, ta’ ammont stabbilit għal kull kilometru għall-vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li għandhom sa tliet axles u dawk li għandhom erba’ axles jew iktar u, min-naħa l-oħra, għall-kategorija li taqa’ taħtha il-vettura, li hija skont il-livell ta’ tniġġis. Ir-rati tat-tariffi tat-triq jvarjaw bejn EUR 0.141 u EUR 0.288.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Din il-qorti tippreċiża li r-rata tat-tariffi tat-triq applikabbli għall-perijodu tar-rimbors mitlub, mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE> sat‑<DATE ISO="20110718">18 ta’ Lulju 2011</DATE>, ġiet ikkalkolata abbażi tal-Aktualisierung der Wegekostenrechnung der Wegekostenrechnung der Wegekostenrechnung für die Bundesfernstraßen in Deutschland (ir-Rapport ta’ Espert dwar l-ispejjeż tal-infrastruttura tat-toroq fil-Ġermanja) tat-<DATE ISO="20071130">30 ta’ Novembru 2007</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>WKG 2007<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), dwar perijodu ta’ kalkolu mis-sena 2007 sas-sena 2012, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-kapital investit fl-akkwist tal-art li fuqha ġew ikkostruwiti l-awtostradi u l-ispejjeż tal-operat tal-infrastruttura tat-toroq, jiġifieri l-ispejjeż ta’ manutenzjoni, l-ispejjeż ta’ kostruzzjoni, l-ispejjeż relatati mas-sistema ta’ ġbir tat-tariffi tat-triq kif ukoll l-ispejjeż tal-pulizija tat-traffiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>By u CZ operaw, sal-<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, kumpannija rregolata mid-dritt Pollakk li teżerċita attivitajiet ta’ trasport bit-triq b’mod partikolari fit-territorju Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, BY u CZ ħallsu, għall-perijodu mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE> sat-<DATE ISO="20110718">18 ta’ Lulju 2011</DATE>, ammont totali ta’ EUR 12 420.53 lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bħala tariffi tat-triq għall-użu tal-awtostradi federali Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li qiesu li din is-somma kienet eċċessiva, BY u CZ ippreżentaw rikors intiż sabiex jiksbu r-rimbors tagħha quddiem il-Verwaltungsgericht Köln (il-Qorti Amministrattiva ta’ Köln, il-Ġermanja), li ċaħditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>By u CZ appellaw minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, billi argumentaw, essenzjalment, li l-modalitajiet ta’ kalkolu li abbażi tagħhom ġew iffissati r-rati tat-tariffi tat-triq li huma kellhom iħallsu wasslu sabiex jiġu stabbiliti rati eċċessivi, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sabiex tiddeċiedi fuq id-domanda li saritilha, il-qorti tar-rinviju tqis li hemm lok li jiġi eżaminat preliminarjament jekk l-Artikolu 7(9) u l-Artikolu 7a(1) u (2) tad-Direttiva 1999/62 emendata għandhomx effett dirett u jekk dawn id-dispożizzjonijiet ġewx trasposti b’mod korrett fid-dritt Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tfakkar, fl-ewwel lok, li, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Rieser Internationale Transporte</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑157/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:76">EU:C:2004:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 ma setax jiġi invokat minn individwi kontra awtorità tal-Istat fil-każ ta’ nuqqas ta’ traspożizzjoni jew ta’ traspożizzjoni inkompleta ta’ din id-direttiva. Madankollu, wara l-emendi magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni għal din id-direttiva bis-saħħa tad-Direttiva 2006/38, hija tqis li l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata għandu effett dirett. Fil-fatt, skont il-qorti tar-rinviju, din id-dispożizzjoni issa tinkludi projbizzjoni li jinqabżu l-ispejjeż skont liema rati ta’ tariffi tat-triq eċċessivi mhux iġġustifikati mill-ispejjeż ta’ infrastruttura huma pprojbiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hija tistaqsi, essenzjalment, fuq il-kwistjoni dwar jekk l-ispejjeż relatati mal-pulizija tat-traffiku, li ttieħdu inkunsiderazzjoni waqt l-istabbiliment tar-rata tat-tariffi tat-triq inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>spejjeż ta’ operat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fis-sens tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, filwaqt li tirrileva li l-modalitajiet ta’ kalkolu tar-rati ta’ tariffi tat-triq stabbiliti fid-dritt Ġermaniż fihom żbalji, b’mod partikolari fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż li jikkorrispondu għar-remunerazzjoni tal-kapital investit fl-akkwist tal-artijiet li fuqhom inbnew l-awtostradi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ksur tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata jistax jiġi kkonstatat fil-każ li l-ispejjeż ta’ infrastruttura jinqabżu bi ftit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fid-dritt nazzjonali, in-natura eċċessiva ta’ rata ta’ tariffa tat-triq tista’ tiġi korretta permezz ta’ kalkolu tal-ispejjeż prodott <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja. Billi tagħmel riferiment għall-punt 138 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑205/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:493">EU:C:2000:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija tistaqsi madankollu jekk tali leġiżlazzjoni nazzjonali hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni. Fil-każ li dan ikun il-każ, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-metodu li għandu jiġi segwit sabiex isir tali kalkolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, l-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Qorti Amministrattiva Superjuri tal-Land ta’ Nordrhein-Westfalen, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>Persuna suġġetta għat-tariffa tat-triq tista’ individwalment tinvoka quddiem il-qrati nazzjonali l-osservanza tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ kalkolu tat-tariffi tat-triq previsti fl-Artikolu 7(9) u fl-Artikolu 7a(1) u (2) tad-Direttiva 1999/62 [emendata] meta, fl-iffissar mil-liġi tar-rati tat-tariffi tat-triq, l-Istat Membru ma jkunx osserva dawn id-dispożizzjonijiet fl-intier tagħhom jew ikun implimentahom b’mod żbaljat għad-dannu tal-persuna suġġetta għat-tariffa tat-triq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-ispejjeż tal-pulizija tat-traffiku jistgħu wkoll jittieħdu inkunsiderazzjoni inkwantu spejjeż tal-operat tan-netwerk ta’ infrastruttura fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 [emendata]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Qbiż tal-ispejjeż ta’ infrastruttura li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fit-tariffa tat-triq medja meqjusa li tvarja</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>aa)</NO.P><TXT>sa 3.8 % b’mod partikolari meta jittieħdu inkunsiderazzjoni spejjeż li, diġà bħala prinċipju, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>bb)</NO.P><TXT>sa 6 %</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>iwassal għal ksur tal-projbizzjoni ta’ qbiż tal-ispejjeż skont l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62/KE kif emendata bid-Direttiva 2006/38/KE bil-konsegwenza li d-dritt nazzjonali f’dan ir-rigward ma huwiex applikabbli?</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-punt (b) tat-tieni domanda</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE> [<NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Awstrija</NAME.CASE>] (<NO.CASE>C-205/98</NO.CASE>, [<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:493">EU:C:2000:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>,] punt 138) għandha tinftiehem fis-sens li qbiż kunsiderevoli tal-ispejjeż ma jistax iktar jiġi paċut minn kalkolu a posteriori tal-ispejjeż, prodott fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja u intiż sabiex jiġi pprovat li r-rata tat-tariffa tat-triq stabbilita bħala riżultat effettivament ma taqbiżx l-ispejjeż li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattv għall-punt (a) tat-tielet domanda:</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Kalkolu tal-ispejjeż a posteriori tal-iskadenza tal-perijodu ta’ kalkolu għandu jsir skont l-ispejjeż reali u d-dħul minn tariffi tat-toroq li effettivament inġabru fl-intier tagħhom, jiġifieri mhux permezz ta’ ipoteżijiet li saru f’dan ir-rigward fil-kalkolu ta’ previżjoni inizjali?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-punt (a) tat-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (a) tat-tieni domanda tagħha, li għandu jiġi eżaminat fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata għandux jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż marbuta mal-pulizija tat-traffiku jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>spejjeż ta’ operat<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata tipprovdi li t-tariffi tat-triq huma bbażati biss fuq il-prinċipju ta’ rkupru tal-ispejjeż ta’ infrastruttura. It-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tispeċifika li t-tariffi tat-triq medji ppeżati għandhom ikunu relatati mal-ispejjeż ta’ kostruzzjoni u mal-ispejjeż ta’ operat, ta’ manutenzjoni u ta’ żvilupp tan-netwerk ta’ infrastruttura kkonċernat. It-tielet sentenza tal-imsemmija dispożizzjoni tispeċifika li t-tariffi tat-triq medji ppeżati jistgħu jinkludu wkoll dħul fuq il-kapital jew marġni ta’ qligħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 7a(1) tad-Direttiva 1999/62 emendata jipprevedi li, meta jiddeterminaw il-livelli ta’ tariffi tat-triq medji ppeżati li għandhom jinġabru fuq in-netwerk tal-infrastruttura kkonċernata jew fuq parti tagħha ddelimitata b’mod ċar, l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni d-diversi spejjeż iddefiniti fl-Artikolu 7(9) ta’ din id-direttiva. Il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 7a jippreċiża li t-tariffi tat-triq huma stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan tal-aħħar u l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li t-tariffi tat-triq medji ppeżati għandhom jiġu ddeterminati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ispejjeż ta’ l-infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> imsemmija fl-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata, li f’dan ir-rigward jirreferi għall-ispejjeż ta’ kostruzzjoni, ta’ operat, ta’ manutenzjoni u ta’ żvilupp tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu qabel kollox jiġi kkunsidrat li l-ispejjeż rilevanti għall-finijiet tar-risposta għal din id-domanda ma humiex dawk relatati mal-kostruzzjoni, mal-manutenzjoni jew mal-iżvilupp tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernat iżda dawk relatati mal-operat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>spejjeż ta’ operat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> imsemmi fit-tieni sentenza tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata, dan jirrigwarda l-ispejjeż li jirriżultaw mill-operat tal-infrastruttura kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija sostnuta bid-dispożizzjonijiet tal-punt 3 tal-Anness III tad-Direttiva 1999/62 emendata, skont liema l-ispejjeż ta’ operat jinkludu l-ispejjeż kollha sostnuti mill-operatur tal-infrastruttura marbuta mal-operat tagħha. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm mill-Artikolu 7a(3) ta’ din id-direttiva jsegwi li l-prinċipji fundamentali stabbiliti fl-Anness III tagħha japplikaw għall-kalkolu ta’ tariffi tat-triq medji ppeżati għas-sistemi ta’ tariffi tat-triq stabbiliti wara l-<DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE>, u li dan l-anness ma huwiex, għaldaqstant, applikabbli fil-kawża prinċipali, huwa madankollu jipprovdi indizji dwar il-portata tal-kunċetti ekwivalenti użati fil-kuntest tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-attivitajiet tal-pulizija jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat li jaġixxi fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika u mhux bħala operatur tal-infrastruttura tat-toroq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-ispejjeż marbuta mal-pulizija tat-traffiku ma jistgħux, għaldaqstant, jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>spejjeż ta’ l-operazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> imsemmija fl-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Interpretazzjoni bħal din hija kkorroborata mix-xogħlijiet preparatorji ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, mill-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda d-Direttiva 1999/62, ippreżentata fit-<DATE ISO="20030723">23 ta’ Lulju 2003</DATE> (COM (2003) 448 final, p. 4), jirriżulta li l-Kummissjoni Ewropea kienet inizjalment ipproponiet li jittieħdu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rati tat-tariffi tat-triq, l-ispejjeż esterni bħall-ispejjeż tal-inċidenti mhux koperti mill-assigurazzjonijiet li jibqgħu responsabbiltà tal-kumpannija kollha kemm hi. Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu, b’mod partikolari, l-ispejjeż amministrattivi tas-servizzi pubbliċi użati fil-kuntest ta’ inċidenti tat-traffiku. Madankollu, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma adottax din il-proposta fid-Direttiva 1999/62 emendata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għall-punt (a) tat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż marbuta mal-pulizija tat-traffiku ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>spejjeż ta’ operat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-punt (b) tat-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (b) tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li t-tariffi tat-triq medji ppeżati jaqbżu l-ispejjeż tal-infrastruttura tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernat b’ 3.8 % jew b’ 6 %, b’mod partikolari minħabba t-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>spejjeż ta’ infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-punti 20 u 22 ta’ din is-sentenza, minn naħa, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata tipprevedi li t-tariffi tat-triq huma bbażati biss fuq il-prinċipju ta’ rkupru tal-ispejjeż ta’ infrastruttura. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-tariffi tat-triq medji ppeżati billi jieħdu inkunsiderazzjoni biss l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ispejjeż ta’ infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, kif elenkati espressament f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata jipprekludi li b’xi mod jinqabżu l-ispejjeż tal-infrastruttura tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernat li jirriżulta minn żbalji ta’ kalkolu mhux negliġibbli jew mit-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż li ma jaqgħux taħt dawk imsemmija f’din id-dispożizzjoni, bħall-ispejjeż marbuta mal-pulizija tat-traffiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-punt (b) tat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li t-tariffi tat-triq medji ppeżati jaqbżu l-ispejjeż tal-infrastruttura tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernat bi 3.8 % jew b’ 6 %, minħabba żbalji ta’ kalkolu mhux negliġibbli jew it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ spejjeż li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>spejjeż ta’ infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk individwu jistax jinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(9) u tal-Artikolu 7a(1) u (2) tad-Direttiva 1999/62 emendata quddiem il-qrati nazzjonali kontra Stat Membru meta dan ma jkunx osserva dawn id-dispożizzjonijiet jew ikun għamel traspożizzjoni skorretta tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi, l-individwi jistgħu jinvokawhom kontra Stat Membru quddiem il-qrati tiegħu, meta dan l-Istat Membru jkun naqas li<?PAGE NO="9"?> jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fit-termini previsti jew meta dan jittrasponiha b’mod skorrett (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ayubi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑713/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:929">EU:C:2018:929</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija inkundizzjonata meta din tistabbilixxi obbligu li ma huwa kkwalifikat b’ebda kundizzjoni u lanqas ma huwa suġġett, fl-implimentazzjoni jew fl-effetti tiegħu, għat-teħid ta’ xi miżura mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mill-Istati Membri. Hija preċiża biżżejjed sabiex tiġi invokata minn individwu u applikata mill-qorti meta tistabbilixxi obbligu f’termini inekwivoċi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gassmayr</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑194/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:386">EU:C:2010:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-punt 42 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Rieser Internationale Transporte</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑157/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:76">EU:C:2004:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li la l-Artikolu 7(h) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/89/KEE tal-<DATE ISO="19931025">25 ta’ Ottubru 1993</DATE> dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ taxxi fuq ċerti vetturi użati għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq u tariffi tat-triq u dazji ta’ użu għall-użu ta’ ċerta infrastruttura (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="279" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1993">ĠU 1993, L 279, p. 32</REF.DOC.OJ>), u lanqas l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 ma setgħu jiġu invokati minn individwi kontra awtorità tal-Istat fil-każ ta’ nuqqas ta’ traspożizzjoni jew ta’ traspożizzjoni inkompleta ta’ dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tal-Artikolu 7(h) tad-Direttiva 93/89, skont liema ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>rati tat-tariffi tat-triq huma marbuta mal-ispejjeż ta’ kostruzzjoni, ta’ operat u ta’ żvilupp tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punti 40 u 41 ta’ din is-sentenza, li din id-dispożizzjoni ma setgħetx titqies li hija inkundizzjonata u suffiċjentement preċiża sabiex tkun tista’ tiġi invokata minn individwi kontra awtorità tal-Istat, għar-raġuni, l-ewwel, li l-imsemmija dispożizzjoni ma kinitx tippreċiża n-natura tar-rabta li għandha teżisti bejn ir-rati ta’ tariffi tat-triq ikkonċernati u l-ispejjeż ta’ kostruzzjoni, ta’ operat u ta’ żvilupp tan-netwerk ta’ infrastruttura kkonċernata, it-tieni, li hija ma kinitx tiddefinixxi dawn it-tliet tipi ta’ spejjeż u, fl-aħħar, it-tielet, li, filwaqt li hija kienet timponi linja gwida ġenerali għall-kalkolu tar-rata ta’ tariffi, hija ma kienet tindika ebda metodu għall-kalkolu konkret u kienet tħalli lill-Istati Membri marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ ħafna f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-punt 41 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li din l-evalwazzjoni kienet tapplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> għall-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62, sa fejn din id-dispożizzjoni kienet ifformulata fi kliem identiku għal dak tal-Artikolu 7(h) tad-Direttiva 93/89, bl-eċċezzjoni tal-fatt li hija ma kinitx tkopri l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>rata ta’ tariffi tat-triq<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, iżda dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ħlas medju ppeżat għall-użu tat-triq<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, mingħajr madankollu ma tiddefinixxih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, bħalma jsegwi mill-punt 22 ta’ din is-sentenza, mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata u mill-Artikolu 7a(1) u (2) ta’ din id-direttiva jirriżulta li t-tariffi tat-triq medji ppeżati għandhom jiġu ddeterminati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ispejjeż ta’ infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Billi jipprevedi li t-tariffi tat-triq huma bbażati biss fuq il-prinċipju ta’ rkupru tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ispejjeż ta’ infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata jippreċiża b’mod ċar in-natura tar-rabta li għandha teżisti bejn ir-rati tat-tariffi tat-triq u l-ispejjeż ta’ infrastruttura kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-qari flimkien tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata jsegwi li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>sistema infrastrutturali kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> msemmija f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar tikkorrispondi għal sistema ta’ infrastruttura li tinsab fis-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>sistema tat-toroq trans-Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li hija ddefinita fl-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva. L-imsemmija direttiva tiddefinixxi wkoll, fl-Artikolu 2 tagħha, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>tariffi tat-triq<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>tariffi tat-triq medji ppeżati<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> kif ukoll ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>spejjeż ta’ kostruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 83 tal-konklużjonijiet tiegħu, in-nuqqasijiet prinċipali enfasizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Rieser Internationale Transporte</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑157/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:76">EU:C:2004:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jipprekludu lill-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 milli jkollu effett dirett, għalhekk ġew mimlija mil-leġiżlatur tal-Unjoni waqt l-emendi magħmula lil din id-direttiva permezz tad-Direttiva 2006/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalkemm id-Direttiva 1999/62 emendata tħalli marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri f’dak li jikkonċerna l-modalitajiet ta’ kalkolu tat-tariffi tat-triq, din iċ-ċirkustanza ma taffettwax in-natura preċiża u inkundizzjonata tal-obbligu li jiġu ddeterminati t-tariffi tat-triq billi jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ispejjeż ta’ infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, imsemmija fl-Artikolu 7(9) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata u l-Artikolu 7a(1) u (2) ta’ din id-direttiva jimponu fuq l-Istati Membri li jintroduċu jew iżommu tariffi tat-triq fuq is-sistema tat-toroq trans-Ewropea obbligu preċiż u inkundizzjonat li jiddeterminaw il-livell ta’ dawn it-tariffi tat-triq billi jieħdu inkunsiderazzjoni biss l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>ispejjeż ta’ infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jiġifieri l-ispejjeż ta’ kostruzzjoni, ta’ operat, ta’ manutenzjoni u ta’ żvilupp tas-sistema ta’ infrastruttura kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li individwu jista’ jinvoka direttament quddiem il-qrati nazzjonali l-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-ispejjeż ta’ infrastruttura msemmija fl-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata, impost minn din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-Artikolu 7a(1) u (2) tagħha, kontra Stat Membru meta dan ma jkunx osserva dan l-obbligu jew ikun għamel traspożizzjoni skorretta tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-aħħar lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Direttiva 1999/62 emendata, moqrija fid-dawl tal-punt 138 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Awstrija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑205/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:493">EU:C:2000:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li rata tat-tariffa tat-triq eċċessiva tkun iġġustifikata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> permezz ta’ kalkolu ġdid tal-ispejjeż ta’ infrastruttura prodott fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja. Fil-każ ta’ risposta negattiva, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk tali kalkolu għandux ikun ibbażat esklużivament fuq l-ispejjeż reali u d-dħul ta’ tariffi tat-triq realment riċevut u mhux fuq l-ipoteżijiet li kienu ġew adottati fil-kalkolu provviżorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 138 ta’ din is-sentenza, li r-Repubblika tal-Awstrija ma setgħetx tiġġustifika ż-żieda tar-rata tat-tariffi tat-triq applikabbli għall-awtostrada kkonċernata bil-produzzjoni ta’ metodu ġdid ta’ kalkolu tal-ispejjeż peress li, minn naħa, hija ma kinitx spjegat sa liema punt dan il-metodu kien iktar xieraq u li, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 7(h) tad-Direttiva 93/89, skont liema r-rati tat-tariffi tat-triq huma marbuta mal-ispejjeż ta’ kostruzzjoni, ta’ operat u ta’ żvilupp tal-infrastruttura kkonċernata, kien jimplika li l-adattazzjoni tar-rata tat-tariffi tat-triq tiġi wara l-kalkolu li jiġġustifikaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Tali kunsiderazzjonijiet japplikaw ukoll f’każ bħal dak fil-kawża prinċipali li fih il-ġustifikazzjoni tar-rati tat-tariffi tat-triq ikkunsidrati bħala eċċessivi ma tirriżultax mill-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ metodoloġija ġdida ta’ kalkolu iżda mill-aġġornament tal-ispejjeż ta’ infrastruttura meħuda inkunsiderazzjoni inizjalment, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li d-Direttiva 1999/62 emendata, moqrija fid-dawl tal-punt 138 tas‑sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Awstrija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑205/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:493">EU:C:2000:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li rata tat-tariffa tat-triq eċċessiva tkun iġġustifikata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> minn kalkolu ġdid tal-ispejjeż ta’ infrastruttura prodotta fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar il-limitazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ din is-sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tillimita l-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din is-sentenza fil-każ li hija tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(9) u tal-Artikolu 7a(1) u (2) tad-Direttiva 1999/62 emendata jipproduċu effett dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sostniet, fl-ewwel lok, li teżisti inċertezza dwar il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>spejjeż ta’ operat<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata, li tirriżulta, fil-parti l-kbira tagħha, mill-aġir adottat mill-Kummissjoni. Fil-fatt, skont ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fl-opinjonijiet tagħha tal-<DATE ISO="20141210">10 ta’ Diċembru 2014</DATE>, skont l-Artikolu 7h(2) tad-Direttiva 1999/62/KE dwar l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ tariffi tat-triq fil-Ġermanja (C(2014)9313 final) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u tas‑<DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>, skont l-Artikolu 7h(2) tad-Direttiva 1999/62/KE dwar l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ tariffi tat-triq fil-Ġermanja (C(2019)60) [traduzzjoni mhux uffiċjali], il-Kummissjoni qieset li l-ispejjeż relatati mal-pulizija tat-traffiku jaqgħu taħt l-imsemmi kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġibdet l-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-konsegwenzi finanzjarji gravi li jirriżultaw mill-applikazzjoni retroattiva ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil regola tad-dritt tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, tikkjarifika u tippreċiża t-tifsira u l-portata ta’ din ir-regola, hekk kif għandha jew kellha tinftiehem u tiġi applikata mill-mument tad-dħul fis-seħħ tagħha. Minn dan jirriżulta li r-regola hekk interpretata tista’ u għandha tiġi applikata mill-qorti anki għal relazzjonijiet ġuridiċi li nħolqu jew ġew stabbiliti qabel is-sentenza li tiddeċiedi dwar it-talba għal interpretazzjoni jekk, barra minn hekk, jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li jippermettu li titressaq tilwima dwar l-applikazzjoni tal-imsemmija regola quddiem il-qrati kompetenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Skanska Industrial Solutions <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑724/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:204">EU:C:2019:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali ħafna li l-Qorti tal-Ġustizzja jista’, skont prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, jkollha tillimita l-possibbiltà li l-persuni kkonċernati jinvokaw dispożizzjoni li hija tkun interpretat bl-għan li jiġu kkontestati relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti b’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>. Sabiex tkun tista’ tingħata tali limitazzjoni, huwa neċessarju li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji essenzjali, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-persuni kkonċernati u r-riskju ta’ diffikultajiet serji (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Skanska Industrial Solutions <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑724/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:204">EU:C:2019:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Iktar speċifikament, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikorriet għal din is-soluzzjoni biss f’ċirkustanzi speċifiċi ħafna, b’mod partikolari meta kien jeżisti riskju ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi gravi dovuti b’mod partikolari għan-numru għoli ta’ relazzjonijiet ġuridiċi kkostitwiti b’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> abbażi tal-leġiżlazzjoni meqjusa bħala validament fis-seħħ u meta kien jidher li l-individwi u l-awtoritajiet nazzjonali kienu ġew imħeġġa sabiex jadottaw aġir mhux konformi mad-dritt tal-Unjoni minħabba inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva għal dak li jirrigwarda l-portata tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, inċertezza li għaliha kien eventwalment ikkontribwixxa l-aġir stess adottat minn Stati Membri oħra jew mill-Kummissjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Skanska Industrial Solutions <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑724/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:204">EU:C:2019:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma pproduċietx provi ta’ natura li jissodisfaw il-kriterju dwar il-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>B’mod partikolari, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 99 u 100 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma esponietx ir-raġunijiet li għalihom l-opinjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, li permezz tagħhom din l-istituzzjoni tat<?PAGE NO="12"?> opinjoni favorevoli għal sistemi ġodda ta’ tariffi tat-triq li jinkludu spejjeż ta’ infrastruttura marbuta mal-pulizija tat-traffiku, ikkontribwixxew sabiex jaffettwaw il-portata tal-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62 emendata b’inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rata tat-tariffi tat-triq inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar il-perijodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE> u t-<DATE ISO="20110718">18 ta’ Lulju 2011</DATE>, kienet ikkalkolata abbażi tal-WKG 2007, li jirrigwarda perijodu ta’ kalkolu bejn is-sena 2007 u s-sena 2012. Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija opinjonijiet tal-Kummissjoni seħħew wara dan il-perijodu ta’ kalkolu, u ma setgħux, għaldaqstant, jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-tariffi tat-triq inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li l-effetti tas-sentenza odjerna jiġu limitati <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19990617">17 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, kif emendata bid-Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20060517">17 ta’ Mejju 2006</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż marbuta mal-pulizija tat-traffiku ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>spejjeż ta’ operat<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62, kif emendata bid-Direttiva 2006/38, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li t-tariffi tat-triq medji ppeżati jaqbżu l-ispejjeż tal-infrastruttura tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernat bi 3.8 % jew b’ 6 %, minħabba żbalji ta’ kalkolu mhux negliġibbli jew it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ spejjeż li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>spejjeż ta’ infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Individwu jista’ jinvoka direttament quddiem il-qrati nazzjonali l-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-ispejjeż ta’ infrastruttura msemmija fl-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62, kif emendata bid-Direttiva 2006/38, impost minn din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-Artikolu 7a(1) u (2) tagħha, kontra Stat Membru meta dan ma jkunx osserva dan l-obbligu jew ikun għamel traspożizzjoni skorretta tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 1999/62, kif emendata bid-Direttiva 2006/38, moqrija fid-dawl tal-punt 138 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Awstrija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑205/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:493">EU:C:2000:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li rata tat-tariffa tat-triq eċċessiva tkun iġġustifikata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> minn kalkolu ġdid tal-ispejjeż ta’ infrastruttura prodotta fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>