23.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/82


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1082

tat-22 ta’ Lulju 2020

li jemenda għat-tliet mija u ħmistax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fil-Il-Ħamis, 16 ta’ Lulju 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“Noor Wali Mehsud (Psewdonimu ta’ kwalità tajba , Abu Mansoor Asim). Titlu: Mufti. Data tat-twelid: 26.6.1978 Post tat-twelid: Gurguray, il-Pakistan. Ċittadinanza: Pakistani. Informazzjoni oħra: Mexxej ta’ Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.7.2020.”;