Official Journal C 261 , 27/08/1997 P. 0017 - 0017
Att tal-kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 li jfassal il-Protokoll dwar l-interpretazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea tad-dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f'materji ċivili jew kummerċjali (97/C 261/02) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (ċ) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni dwar is-servizz fl-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej tad-dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f'materji ċivili jew kummerċjali, Billi l-Artikolu K.3 (2) (ċ) tat-Trattat jipprovdi illi l-konvenzjonijiet imfassla fuq il-bażi ta' l-Artkolu K.3 tiegħu jistgħu jistabbilixxu illi l-Qortital-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-disposizzjonijiet tagħhom skond dawk l-arranġamenti li huma jistgħu jistabbilixxu, Wara li eżamina l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], wara l-konsultazzjoni kondotta mill-Presidenza skond l-Artikolu K.6 tat-Trattat, LI DDEĊIEDA illi huwa hawnhekk imfassal il-Protokoll, li t-test tiegħu huwa mehmuż ma' l-Anness u li ġie ffirmat illum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri; JIRRAKKOMMANDA illi jiġi adottat mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Mejju 1997. Għall-Kunsill Il-President W. Sorgdrager [1] Opinjoni li sar fil-11 ta' April 1997 (s'issa mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). --------------------------------------------------