26.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1426

tal-25 ta' Awwissu 2015

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-aċidu benzojku, it-timol, l-ewġenol u l-piperin bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ li jbidu, speċijiet minuri tat-tjur għas-simna u mrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Product)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-aċidu benzojku, it-timol, l-ewġenol u l-piperin. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-aċidu benzojku, it-timol, l-ewġenol u l-piperin bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ li jbidu, speċijiet minuri tat-tjur għas-simna u mrobbija għall-bajd, li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żooloġiċi”.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tas-7 ta' Marzu 2012 (2) u t-28 ta' Ottubru 2014 (3) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-aċidu benżojku, it-timol, l-ewġenol u l-piperin ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li hija għandha l-potenzjal li ttejjeb l-għalf biex tikseb proporzjon fit-tiġieġ għas-simna. Hija kkunsidrat ukoll li din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd. Billi wieħed jista' jassumi li l-mod ta' azzjoni huwa l-istess fl-ispeċijiet kollha ta' tjur, din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata biex tinkludi l-ispeċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-aċidu benzojku, it-timol, l-ewġenol u l-piperin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2012;10(3):2620.

(3)   EFSA Journal 2014;12(11):3896.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri żootekniċi).

4d10

DSM Nutritional Products AG rappreżentata fl-UE minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o. Il-Polonja

Il-preparazzjoni tal-aċidu benżojku, it-timol, l-ewġenol, u l-piperin

Kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni tal-aċidu benżojku, it-timol, l-ewġenol, u l-piperin li jkollu kontenut ta':

—

aċidu benżojku 80 %-83 %

—

timol 1 %-1,9 %

—

ewġenol 0,5 %-1 %

—

piperin 0,05 %-0,1 %

—

benżilsaliċilat, isoamilsaliċilat u transanetol ≤ 0,6

Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi

aċidu benzojku (purità ≥ 95,5 %): Numru CAS C7H6O2: 65-85-0

timol (1): C10H14O numru CAS 89-83-8

ewġenol (1): C10H12O2 numru CAS 97-53-0

piperin (1): C17H19O3N numru CAS 94-62-2

Isoamilsaliċilat (1) numru CAS 87-20-7

Benżilsaliċilat (1) numru CAS 118-58-1

Transanetol (1) numru CAS 4180-23-8

Metodu analitiku  (2)

Għad-determinazzjoni tal-aċidu benżojku fl-addittiv u fil-pretaħlitiet tal-għalf:

—

Kromatografija Likwida ta' Eżekuzzjoni Għolja tal-Fażi Inversa abbinata ma' detettur tal-UV (RP-HPLC-UV).

Għad-determinazzjoni tal-aċidu benżojku fil-pretaħlita tal-għalf:

—

Spettrometrija ta' Massa b'Dilwizzjoni ta' Isotopi permezz ta' Kromatografija b'fażi Gassuża (GC-IDMS)

Għad-determinazzjoni tat-timol, l-ewġenol u l-piperin fl-addittiv tal-għalf:

—

Kromatografija tal-Gass abbinat ma' Ditekter tal-Jonizzazzjoni tal-Fjamma (GC-FID)

Tiġieġ għat-tismin

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

Speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd

—

—

300

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

2.

L-addittiv m'għandux jitħallat ma sorsi oħra ta' aċidu benżojku jew benżoati.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġjar għandhom jintużaw il-protezzjoni tan-nifs, in-nuċċali u l-ingwanti.

4.

Doża minima rakkomandata 300 mg/kg ta' għalf sħiħ

15.9.2025


(1)  JECFA, Online Edition: “Specifications for Flavourings”. http://www.fao.org/ag/agn/jecfa-flav/index.html#T

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports