|
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 128/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2009 tas-29 ta’ Mejju 2009 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (2), kif ikkoreġut bil-ĠU L 87, 31.3.2009, p. 174, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (3) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/130/KE tal-11 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istabbiliment tal-kriterji għall-eżenzjoni ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, għall-annimali li jipproduċu l-ikel mill-ħtieġa ta’ preskrizzjoni veterinarja (4) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1084/2003 (5) u (KE) Nru 1085/2003 (6) li huma inkorporati fil-Ftehim u għalhekk għandhom jitħassru taħt il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XIII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 15q (id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
(2) |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 15zb (ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat minn:
|
|
(3) |
It-test tal-punti 15r (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1084/2003) u 15s (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2003) għandhom jitħassru. |
|
(4) |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 15zf (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/28/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1394/2007, kif korretti permezz tal-ĠU L 87, 31.3.2009, p. 174 u (KE) Nru 1234/2008, u Direttiva 2006/130/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fis-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikoli 103(1) tal-Ftehim, ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009, liema minn dawn jiġu fl-aktar stadju tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 232, 3.9.2009, p. 18.
(2) ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121.
(3) ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7.
(4) ĠU L 349, 12.12.2006, p. 15.
(5) ĠU L 159, 27.6.2003, p. 1.
(6) ĠU L 159, 27.6.2003, p. 24.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.