Official Journal L 217 , 10/08/1976 P. 0001 - 0005
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0025
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0025
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0129
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1976/76 ta' l-20 ta' Lulju 1976 li japprova l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' ittri li jemenda l-Protokoll 6 li jinsab mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi l-Protokoll 6 li jinsab mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda [1] għandu jiġi emendat u l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li ġie negozjat għal dak il-għan għandu jiġi approvat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li jemenda l-Protokoll 6 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda qiegħed hawnhekk jiġi approvat għan-nom tal-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed hawnhekk jiġi awtorizzat biex jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex ikun vinkolanti fuq il-Komunità. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 1976. Għall-Kunsill Il-President M. van der Stoel [1] ĠU Nru L 301, tal-31.12.1972, pġ. 164. -------------------------------------------------- Brussel, … L-Eċċellenza tiegħek, L-Artikolu 1 (1) tal-Protokoll 6 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda, iffirmat fit-22 ta' Lulju 1972 jipprovdi għal tnaqqis progressiv tad-dazju doganali ta' 15 % applikat għal importazzjonijiet ta' fletti tal-ħut li jaqgħu taħt is-subintestatura 03.01 B II b) tat-Tariffa Doganali Komuni. Skond id-deċiżjoni adottata fl-1972 mill-Kumitat għan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, fletti tal-ħut nejjin miksija bil-panura issa jaqgħu taħt is-subintestaturi 16.04 Ċ u G (ħut ippreparat jew ippreservat). Sabiex jiġi evitat li fletti tal-ħut miksija bil-panura li jaqgħu taħt is-subintestaturi 16.04 Ċ u G jiġu esklużi, bħala riżultat ta' din l-emenda, mill-benefiċċju ta' l-Artikolu msemmi, għandhom isiru emendi ta' forma lit-test ta' dak l-Artikolu. Dawn l-emendi, li huma stabbiliti fl-Anness, huma applikabbli mill-1 ta' Lulju 1976. Inkun rikonoxxenti lejk jekk inti tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek għal dawn l-emendi. Jekk jogħġbok aċċetta, Eċċellenza tiegħek, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għan-nom tal-Kunsill tal- -------------------------------------------------- ANNESS Emendi li għandhom isiru lill-Protkoll 6 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda 1. Fit-tabella stabbilita fl-Artikolu 1 (1), dan li ġej għandu jiġi sottomess għat-test taħt l-intestatura Nru 16.04: Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | 16.04 | Ħut ippreparat jew ippreservat, li jinkludi l-kavjar u sostituti tal-kavjar: A.Kavjar u sostituti tal-kavjarĊ.Aringi:I.Fletti, nejjin, miksija bil-batter jew bil-panura, ffriżatiG.Oħrajn:I.Fletti, nejjin, miksija bil-batter jew bil-panura, ffriżati | 2. Fit-tabella stabbilita fl-Artikolu 1 (3), dan li ġej għandu jiġi sostitwit għat-test taħt l-intestatura Nru 16.04: Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni | 16.04 | Ħut ippreparat jew ippreservat, li jinkludi kavjar u sostituti tal-kavjar: Ċ.Aringi:II.OħrajnEż G.Oħrajn:II.Oħrajn, eskluż coalfish ippreservat, iffumigat | -------------------------------------------------- Brussel, … Sinjur, Għandi l-unur nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek tal-llum: "L-Artikolu 1 (1) tal-Protokoll 6 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda, iffirmat fit-22 ta' Lulju 1972 jipprovdi għal tnaqqis progressiv tad-dazju doganali ta' 15 % applikat għal importazzjonijiet ta' fletti tal-ħut li jaqgħu taħt is-subintestatura 03.01 B II b) tat-Tariffa Doganali Komuni. Skond id-deċiżjoni adottata fl-1972 mill-Kumitat għan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, fletti tal-ħut nejjin miksija bil-panura issa jaqgħu taħt is-subintestaturi 16.04 Ċ u G (ħut ippreparat jew ippreservat). Sabiex jiġi evitat li fletti tal-ħut miksija bil-panura li jaqgħu taħt is-subintestaturi 16.04 Ċ u G jiġu esklużi, bħala riżultat ta' din l-emenda, mill-benefiċċju ta' l-Artikolu msemmi, għandhom isiru emendi ta' forma lit-test ta' dak l-Artikolu. Dawn l-emendi, li huma stabbiliti fl-Anness, huma applikabbli mill-1 ta' Lulju 1976. Inkun rikonoxxenti lejk jekk inti tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek għal dawn l-emendi." Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħi ma' dan ta' hawn fuq. Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Iżlanda -------------------------------------------------- ANNESS Emendi li għandhom isiru lill-Protokoll 6 mal_Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda 1. Fit-tabella stabbilita fl-Artikolu 1 (1), dan li ġej għandu jiġi sostitwit għat-test taħt l-intestatura Nru 16.04: Intestatura CCT nru | Deskrizzjoni | 16.04 | Ħut ippreparat jew ippreservat, inkluż il-kavjar u sostituti tal-kavjar: A.Kavjar u sostituti tal-kavjarĊ.Aringi:I.Fletti, nejjin, miksija bil-batter jew bil-panura, ffriżatiG.Oħrajn:I.Fletti, nejjin, miksija bil-batter jew bil-panura, ffriżati | 2. Fit-tabella stabbilita fl-Artikolu 1 (3), dan li ġej għandu jiġi sostitwit għat-test tat l-intestatura Nru 16.04: Intestatura CCT nru | Deskrizzjoni | 16.04 | Ħut ippreparat jew ippreservat, inkluż il-kavjar u sostituti tal-kavjar: Ċ.Aringi:II.OħrajnEż G.Oħrajn:II.Oħrajn, eskluż coalfish ippreservat, iffumigat | --------------------------------------------------