Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-1 ta’ Diċembru 2008, li tiċħad l-offerta tal-grupp ta’ impriżi Alfastar-Siemens, kompost minn Alfastar Benelux u minn Siemens IT Solutions and Services SA, ippreżentata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti UCA/218/07 għall-manutenzjoni teknika u s-servizzi ta’ help desk u ta’ intervent fuq il-post għall-kompjuters, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU 2008/S 91‑122796), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-1 ta’ Diċembru 2008, li tiċħad l-offerta tal-grupp ta’ impriżi kompost minn Alfastar Benelux u minn Siemens IT Solutions and Services SA, ippreżentata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti UCA/218/07 għall-manutenzjoni teknika u s-servizzi ta’ help desk u ta’ intervent fuq il-post għall-kompjuters, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor hija annullata.

2) It-talba għad-danni hija miċħuda.

3) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.