2004R1289 — MT — 08.07.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1289/2004. ta' l-14 ta' Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta’ l-addittiv “Deccox®” fl-oġġetti ta’ l-ikel, li huwa parti mill-grupp ta’ coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 183M, 5.7.2006, p.55) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 552/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 |
L 158 |
3 |
18.6.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1289/2004.
ta' l-14 ta' Lulju 2004
dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta’ l-addittiv “Deccox®” fl-oġġetti ta’ l-ikel, li huwa parti mill-grupp ta’ coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna addittivi fl-ikel ta’ l-annimali ( 1 ), kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1756/2002 ( 2 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 9g(5)(b) tagħha,
Billi:|
(1) |
Kif previst fl-Artikolu 9g(1) tad-Direttiva 70/524/KEE, coccidiostats imniżżel fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1988 ġew awtorizzati provviżorjament mill-1 ta’ April 1998 u ġew trasferiti għall-Kapitolu I ta’ l-Anness B minħabba l-evalwazjoni tagħhom mill-ġdid bħala addittivi marbuta mal-persuna responsabbli għaċ-ċirkulazzjoni tagħhom. |
|
(2) |
Applikazzjonijiet ġodda għall-awtorizzazzjoni għandhom jiġu sottomessi għall-addittivi msemmija hawn fuq. Minbarra dan, l-Artikolu 9g(4) tad-Direttiva 70/524/KEE kien jeħtieġ li d-dossiers li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2000, bl-iskop ta’ evalwazzjoni mill-ġdid. Id-data kellha tiġi prodotta kif previst fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
L-Artikolu 9g(1) tad-Direttiva 70/524/KEE, jipprovdi li, wara evalwazzjoni mill-ġdid tad-dossiers li ġew sottomessi, l-awtorizzazzjoni provviżorja ta’ l-addittivi kkonċernati titneħħa jew, skond il-każ, tiġi mibdula b’awtorizzazzjoni marbuta mal-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tagħhom għall-medda ta’ żmien ta’ għaxar snin permezz ta’ l-adozzjoni ta’ Regolament li jidħol fis-seħħ mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2003. |
|
(4) |
Il-persuna reponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodott decoquinate (Deccox®), addittiv li huwa parti mill-grupp “Coccidiostats u għal sustanzi mediċinali oħra” mniżżla fil-Kapitolu I ta’ l-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE, ressqet dossier u applikazzjoni li tawtorizza, skond l-Artikolu 9g(2) u (4) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tat-28 ta’ Jannar 2002 li għandu x’jaqsam mal-prinċipji ġenerali u dak li jeħtieġ għal-liġi ta’ l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ħa r-rwol tal-Kumitati Xjentifiċi magħquda mal-Kummissjoni billi ħareġ opinjonijiet xjentifiċi fil-qasam tal-kompetenza tiegħu. Il-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-ikel ta’ l-annimali, ta opinjoni favorevoli għal dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà u ma’ l-effiċjenza tad-Deccox® ibbażat fuq il-decoquinate għat-tiġieġ għas-smien. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni ħadet il-miżuri neċessarji kollha biex tiżgura li l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-prodott decoquinate (Deccox®) titlesta sal-limitu taż-żmien ipprovdut bl-Artikolu 9g(5) tad-Direttiva 70/524/KEE. L-evalwazzjoni mill-ġdid tagħhom uriet li l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 70/524/KEE huma sodisfatti sabiex jinkludu d-Deccox® ibbażat fuq decoquinate fil-Kapitolu I tal-lista mniżżla fl-Artikolu 9t(b) ta’ din id-Direttiva, bħala addittiv marbut mal-persuna reponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni awtorizzata għall-medda ta’ żmien ta’ għaxar snin. |
|
(7) |
L-Artikolu 9g(6) tad-Direttiva 70/524/KEE jagħti lok għall-estenzjoni awtomatika tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi kkonċernati sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni fil-każ li, għal raġunijiet li min għandu l-awtorizazzjoni m’għandux kontroll fuqhom, l-ebda Deċiżjoni ma tista’ tittieħed fuq l-applikazzjoni qabel id-data ta’ l-għeluq ta’ l-awtorizzazzjoni. Din id-dispożizzjoni tapplika għall-awtorizzazzjoni tad-Deccox® ibbażat fuq id-decoquinate. Bosta talbiet għal informazzjoni oħra ġew magħmula waqt il-proċess ta’ evalwazzjoni mill-ġdid, li testendi l-perjodu ta’ evalwazzjoni għar-raġuni li l-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodott ikkonċernat m’għandhiex kontroll fuqu. |
|
(8) |
L-Artikolu 9m tad-Direttiva 70/524/KEE jipprevedi li addittiv jista’ jkompli jiġi awtorizzat sabiex juża l-istokk jekk il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3a(b) u (e) tkompli tintlaħaq. Peress li m’hemmx raġunijiet ta’ sigurtà sabiex jitneħħa mill-ewwel il-prodott decoquinate mis-suq, hu xieraq li l-perjodu transizzjonali ta’ sitt xhur jitħalla għall-iskart ta’ l-istokk eżistenti ta’ l-addittiv. |
|
(9) |
Il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri jeħtieġu li jħarsu lill-ħaddiema mill-espożizzjoni tad-Deccox® ibbażat fuq id-decoquinate. Madankollu, protezzjoni bħal din hi żgurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 3 ). |
|
(10) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta’ l-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE għandu jiġi emendat kif ġej: l-addittiv decoquinate, li huwa parti mill-grupp “Coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra”, għandu jiġi meqrud.
Artikolu 2
L-addittiv decoquinate, li huwa parti mill-grupp “Coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra” mniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hu awtorizzat għall-użu fl-ikel ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Medda ta’ żmien ta’ sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament hu permess biex jiġi użat l-istokk tad-decoquinate.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
DAĦLA TA’ L-ANNESS
|
Numru tar-reġistrazzjoni ta’ addittiv |
Isem u numru ta’ reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv |
Addittiv Isem tal-marka |
Kompożizzjoni, formula kimika,deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
|
mg ta’ sustanza/kg attiva ta’ l-ikel ta’ l-annimal komplet |
|||||||||
|
Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħra |
|||||||||
|
E 756 |
►M1 Alpharma (Belgium) BVBA ◄ |
Decoquinate 60.6 g/kg (Deccox) |
Kompożizzjoni ta’ l-addittivDecoquinate: 60,6 g/k gŻejt tas-soya rfinat bid-deodorant 28,5 g/K gDqiq imħallat mal-granza q.s. 1 KgSostanza attivaDecoquinateC24H35NO5ethyl 6-decycloxy-7-ethoxy-4-hydroxyquinoline-3-carboxylateNumru CAS: 18507-89-6Impuritajiet relatati 6-decyloxy-7-ethoxy-4-hydroxyquinoline-3-carboxylic acid:< 0.5% Methyl-6-decyloxy-7-ethoxy-4-hydroxyquinoline-3-carboxylate:< 1.0% Diethyl 4-decyloxy-3-ethoxyanilinomethylenemalonate: < 0.5% |
Tiġieġ għas-smin |
— |
20 |
40 |
L-użu hu pprojbit għall-inqas 3 ijiem qabel il-qatla |
10 snin (mid-daħla fis-seħħ tar-Regolament) |
( 1 ) ĠU L 271, ta’ l-14.12.1970, p. 1.
( 2 ) ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.
( 3 ) ĠU L 183, tad-29.06.1989, p. 1.