Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0012 - 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2003 tal-20 ta' Ġunju 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/210/KE tal-25 ta' Marzu 2003 li tipprovdi l-marketing temporanju taż-żerriegħa ta' ċerti speċji, li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/244/KE ta' l-4 ta' April 2003 li tipprovdi l-marketing temporanju ta' ċerta żerriegħa ta' l-ispeċje Triticumaestivum, li ma tissodisfax il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 22 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/984/KE) fil-Parti 2 tal-Kapitolu III ta' l-Anness I mal-Ftehim: "23. 32003 D 0210: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/210/KE tal-25 ta' Marzu 2003 li tipprovdi l-marketing temporanju taż-żerriegħa ta' ċerti speċji, li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE (ĠU L 80, tas-27.3.2003, p. 215). 24. 32003 D 0244: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/244/KE ta' l-4 ta' April 2003 li tipprovdi l-marketing temporanju taż-żerriegħa ta' l-ispeċje Triticum aestivum, li ma tissodisfax il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 39)." Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2003/210/KE u 2003/244/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 257, tad-9.10.2003, p. 14. [2] ĠU L 80, tas-27.3.2003, p. 25. [3] ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 39. [4] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------