Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, p. 1) – Impriżi finanzjarji li jeħtieġu l-awtorizzazzjoni ta’ organu pubbliku, b’mod partikolari l-banek u l-kumpanniji tal-assigurazzjoni.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, għal dak li jikkonċerna l-istabbilimenti finanzjarji li jeħtieġu awtorizzazzjoni minn awtorità pubblika, b’mod partikolari ċerti banek u kumpanniji tal-assigurazzjoni, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.