Brussell, 1.2.2021

COM(2021) 34 final

ANNESSI

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq

għall‑ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri (kodifikazzjoni)








🡻 2003/59/KE

ANNESS I

ĦTIĠIJIET MINIMI TA' KWALIFIKA U TAĦRIĠ

Taqsima 1:    Lista ta' suġġetti

L-għarfien li għandu jitqies mill-Istati Membri meta jistabbilixxu l-kwalifika inizjali ta' sewwieq u t-taħriġ perjodiku għandhom jinkludu mill-anqas is-suġġetti f'din il-lista. Sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu għandhom jiksbu il-livell ta' għarfien u kompetenza prattika meħtieġa biex isuqu b'sigurtà sħiħa vetturi tal-kategorija ta' liċenzja ta’ sewqan rilevanti.

🡻 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(a)

Il-livell minimu tal-kwalifika għandu jkun komparabbli mill-inqas mal-livell 2 tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki kif previst fl-Anness II tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 1 .

🡻 2003/59/KE (adattat)

1.Taħriġ avanzat f'sewqan razzjonali imsejjes fuq regolamenti ta' sigurtà

Il-liċenzji ⌦ tas-sewqan ⌫ kollha

1.1.Għan: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tas-sistema ta' trasmissjoni biex kemm jista' jkun isir l-aħjar użu minnha:

kurvi ta' torque, qawwa u konsum speċifiku ta' magna, żona għall-aħjar użu tar‑revolution counter, dijagrammi tal-kopertura tar-rapporti tal-gearbox

🡻 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(a) (adattat)

1.2.Objettiv: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tekniċi u l-operat tal-kontrolli tas‑sikurezza, sabiex ikun hemm kontroll tal-vettura, jitnaqqas it-tkagħbir bl-użu, u biex il-vettura ma taħdimx ħażin:

limiti għall-użu tal-brejkijiet u r-retarder, użu kkombinat tal-brejkijiet u r-retarder, kif isir użu aħjar tal-proporzjon bejn il-veloċità u l-gerijiet, kif isir użu tal-inerzja tal‑vettura, kif jintużaw modi biex tonqos il-veloċità u kif jintużaw il-brejkijiet fuq il‑mogħdijiet għan-niżla, azzjoni fil-każ ta' falliment, użu tal-apparat elettroniku u mekkaniku bħall-Programm Elettroniku tal-Istabbiltà (ESP), is-Sistema Avvanzata tal-Brejk ta' Emerġenza (AEBS), is-Sistema Antilokk tal-Ibbrejkjar (ABS), is‑Sistemi ta' Kontroll tat-Trazzjoni (TCS) u s-Sistemi ta' Monitoraġġ fil-Vettura (IVMS) u oħrajn, approvati għall-użu, apparat ta' assistenza għas-sewwieq jew awtomatizzazzjoni.

1.3.Objettiv: kapaċità li jiġi ottimizzat il-konsum tal-fjuwil:

ottimizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil permezz tal-applikazzjoni tal-għarfien fir‑rigward tal-punti 1.1 u 1.2, l-importanza li jiġi antiċipat il-fluss tat-traffiku, id‑distanza xierqa minn vetturi oħra u l-użu tal-momentum tal-vettura, veloċità stabbli, stil ta' sewqan kalm u pressjoni tat-tajers adattata, u familjarità mas-sistemi tat-trasport intelliġenti li jtejbu l-effiċjenza fis-sewqan u jassistu fl-ippjanar tar‑rotta.

1.4.Objettiv: kapaċità ta' antiċipazzjoni, valutazzjoni u adattament għar-riskji tat‑traffiku:

li wieħed ikun konxju u jadatta għal kundizzjonijiet differenti tat-triq, it-traffiku u t‑temp, jantiċipa l-avvenimenti futuri; li wieħed jifhem kif iħejji u jippjana vjaġġ f'kundizzjonijiet tat-temp mhux tas-soltu; li wieħed ikun familjari ma' kif jintuża t‑tagħmir ta' sikurezza relatat u jifhem meta vjaġġ ikun irid jiġi pospost jew ikkanċellat minħabba kundizzjonijiet tat-temp estremi; li wieħed jadatta għar-riskji tat-traffiku, inkluża l-imġiba perikoluża jew distratta waqt is-sewqan (l-użu ta' apparat elettroniku, l-ikel, ix-xorb, eċċ.); li wieħed jinduna b'sitwazzjonijiet perikolużi u jadatta għalihom, u li wieħed ikun kapaċi jikkontrolla t-tensjoni li tirriżulta minn ⌦ dawk ⌫ is-sitwazzjonijiet, b'mod partikolari b'rabta mad-daqs u l‑piż tal‑vetturi u l‑vulnerabbiltà tal-utenti stradali, bħall-persuni mexjin, iċ-ċiklisti u s‑sewwieqa tal-muturi;

li wieħed jidentifika s-sitwazzjonijiet ⌦ possibbilment ⌫ perikolużiu jinterpreta sew kif dawk is-sitwazzjonijiet possibilment perikolużi jistgħu jirriżultaw f'sitwazzjonijiet fejn wieħed ma jkunx jista' jevita ħabta u jagħżel u jimplimenta azzjonijiet li jżidu l‑marġni tas-sikurezza sa tali punt li ħabta xorta waħda tista' tiġi evitata fil-każ li jseħħu l-perikli potenzjali.

🡻 2003/59/KE

Liċenzji tas-sewqan C, C + E, C1, C1 + E

🡻 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(a)

1.5.Objettiv: kapaċità li l-vettura titgħabba skont ir-regoli tas-sikurezza u l-użu korrett tal‑vettura:

forzi li jaffettwaw lill-vetturi mexjin, użu ta' rapporti tal-gearbox skont it-tagħbija tal‑vettura u l-għamla tat-triq, użu ta' sistemi ta' trażmissjoni awtomatika, kalkolu tat‑tagħbija li tista' jinġarr minn vettura jew grupp ta' vetturi, kalkolu tal-volum totali, distribuzzjoni tat-tagħbija, konsegwenzi ta' tagħbija żejda fuq il-fus, stabbiltà tal‑vettura u ċentru tal-gravità, tipi ta' imballaġġ u paletti;

kategoriji ewlenin ta' merkanzija li jeħtieġu jkunu stivati, u metodi ta' rbit bil-klamp u stivar, użu ta' ċineg għall-istivar, kontroll ta' tagħmir ta' stivar, użu ta' tagħmir ta' tqandil, tqegħid u tneħħija ta' inċirajjet.

🡻 2003/59/KE (adattat)

Liċenzji ⌦ tas-sewqan ⌫ D, D + E, D1, D1 + E

🡻 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(a)

1.6.Objettiv: kapaċità li jkunu assigurati l-kumdità u s-sigurtà tal-passiġġieri:

adattament tal-movimenti trasversali u lonġitudinali, tqassim tat-triq, pożizzjoni fit‑triq, użu bil-mod tal-brejks, id-dinamika tal-isporġenti, l-użu ta' infrastrutturi speċifiċi (żoni pubbliċi, linji tat-triq riżervati), kontroll ta' konflitt bejn sikurezza fis‑sewqan u funzjonijiet oħra tas-sewwieq, interazzjoni mal-passiġġieri, speċifiċitajiet ta' ċerti gruppi ta' passiġġieri (persuni b'diżabbiltà, tfal).

1.7.Objettiv: kapaċità li l-vettura titgħabba skont ir-regoli tas-sikurezza u l-użu korrett tal‑vettura:

forzi li jaffettwaw lill-vetturi mexjin, użu ta' rapporti tal-gearbox skont it-tagħbija tal‑vettura u l-għamla tat-triq, użu ta' sistemi tat-trażmissjoni awtomatika, kalkolu tat‑tagħbija li tista' ġġorr vettura jew grupp ta' vetturi, distribuzzjoni tat-tagħbija, konsegwenzi ta' tagħbija żejda fuq il-fus, stabbiltà tal-vettura u ċentru ta' gravità.

🡻 2003/59/KE (adattat)

2.Applikazzjoni tar-regolamenti

Il-liċenzji kollha ⌦ tas-sewqan ⌫

🡻 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(a)

2.1.Objettiv: għarfien tal-ambjent soċjali tat-trasport stradali u r-regoli li jirregolawh:

perijodi massimi ta' xogħol speċifiċi għall-industrija tat-trasport; prinċipji, applikazzjoni u konsegwenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 2 u (UE) Nru 165/2014 3 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; penali għan-nuqqas ta' użu, użu skorrett u tbagħbis tat-takografu; tagħrif dwar l-ambjent soċjali tat‑trasport stradali: drittijiet u dmirijiet tas-sewwieqa fir-rigward tal-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku.

🡻 2003/59/KE (adattat)

Liċenzji ⌦ tas-sewqan ⌫ C, C + E, C1, C1 + E

🡻 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(a)

2.2.Objettiv: għarfien tar-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' merkanzija:

liċenzji għal operazzjonijiet ta' trasport, dokumenti li jridu jinġarru fil-vettura, projbizzjonijiet dwar l-użu ta' ċerti toroq, tariffi għall-użu tat-toroq, obbligi taħt kuntratti standard għall-ġarr ta' merkanzija, l-abbozzar ta' dokumenti li jikkostitwixxu l-kuntratt ta' trasport, permessi ta' trasport internazzjonali, obbligi skont il‑Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għall-Ġarr Internazzjonali ta' Merkanzija bit‑Triq, abbozz tan-nota ta' kunsinna internazzjonali, qsim ta' fruntieri, kummissjonarji ta' trasport, dokumenti partikolari li jakkumpanjaw il-merkanzija.

🡻 2003/59/KE (adattat)

Liċenzji ⌦ tas-sewqan ⌫ D, D + E, D1, D1 + E

2.3.Għan: li jkunu magħrufa r-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' passiggieri:

ġarr ta' gruppi partikulari ta' passiggieri, tagħmir ta' ⌦ sikurezza ⌫ fuq karozzi tal‑linja, ċinturini ta' sikurezza, tagħbija tal-vettura.

3.Saħħa, sigurtà tat-triq u ta' l-ambjent, servizz u loġistika

Il-liċenzji kollha ⌦ tas-sewqan ⌫

3.1.Għan: biex is-sewwieqa jifhmu r-riskji tat-triq u l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol:

tipi ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol fis-settur tat-trasport, statistika ta' inċidenti tat‑triq, l-involviment ta‘ trakkijiet/coaches, konsegwenzi umani, materjali u finanzjarji.

3.2.Għan: il-kapaċità ta’ prevenzjoni tal-kriminalità u tat-traffikar ta' immigranti illegali:

informazzjoni ġenerali, implikazzjonijiet għas-sewwieqa, miżuri ta' prevenzjoni, lista ta' verifiki, leġislazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-operatur tat-trasport.

3.3.Għan: il-kapaċità ta’ prevenzjoni tar-riskji fiżiċi:

prinċipji ergonomiċi; movimenti u qagħda fiżka li joħolqu riskju, forma fiżika, eżerċizzji ta' mmaniġġjar, protezzjoni personali.

3.4.Għan: li jkun hemm tagħrif dwar l-importanza ta' kapaċità fiżika u mentali:

prinċipji ta' dieta tajba u bilanċjata, l-effetti tal-alkoħol, drogi jew kwalunkwe sustanza oħra li tista' taffettwa l-imġieba, is-sintomi, l-kawżi u l-effetti ta' għejja u tensjoni, il-funzjoni ewlenija taċ-ċiklu bażiku xogħol/serħan.

3.5.Għan: il-kapaċità ta’ valutazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta' emerġenza:

Imġieba f'sitwazzjoni ta' emerġenza: eżami tas-sitwazzjoni, l-evitar ta’ kumplikazzjonijiet wara inċident, sejħa ghal għajnuna, għajnuna lill-midrubin u l‑għoti tal-ewwel għajnuna, reazzjoni f'każ ta' ħruq, evakwazzjoni ta' nies minn karrozza/passiggieri minn karrozza tal-linja, l-iżgurar tas-sikurezza tal-passiggieri kollhaa, reazzjoni f'każ ta' aggressjoni; prinċipji bażiċi għat-tfassil t’ abbozz ta' rapport ta' aċċident.

3.6.Għan: il-kapaċità ta’ mġieba li tgħin iġġib “il quddiem il-fama tal-kumpanija:”

l-imġieba tas-sewwieq u l-fama tal-kumpanija: l-importanza għall-kumpanija tal‑livell ta' servizz mogħti mis-sewwieq, il-funzjonijiet tas-sewwieq, nies li s‑sewwieq ikollu x'jaqsam magħhom, manutenzjoni ta' vetturi, organizzazzjoni tax‑xogħol, effetti kummerċjai u finanzjarji ta' tilwima.

Liċenzji ⌦ tas-sewqan ⌫ C, C + E, C1, C1 + E

🡻 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(a)

3.7.Objettiv: għarfien tal-ambjent ekonomiku tat-trasport stradali tal-merkanzija u l‑organizzazzjoni tas-suq:

trasport stradali b'rabta ma' metodi oħra ta' trasport (kompetizzjoni, spedituri), attivitajiet differenti ta' trasport stradali (trasport għall-kiri jew bi ħlas, f'isem il‑persuna, attivitajiet ta' trasport awżiljari), organizzazzjoni tat-tipi ewlenin ta' kumpannija tat-trasport u attivitajiet ta' trasport awżiljari, speċjalizzazzjonijiet differenti ta' trasport (bawżer, temperatura kkontrollata, merkanzija perikoluża, trasport ta' annimali, eċċ.), tibdil fl-industrija (diversifikazzjoni ta' servizzi mogħtija, trasport stradali u ferrovjarju kkombinat, sottokuntrattar, eċċ.).

🡻 2003/59/KE (adattat)

Liċenzji ⌦ tas-sewqan ⌫ D, D + E, D1, D1 + E

🡻 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(a)

3.8.Objettiv: għarfien tal-ambjent ekonomiku tal-ġarr ta' passiġġieri bit-triq u l‑organizzazzjoni tas-suq:

ġarr ta' passiġġieri bit-triq b'rabta ma' metodi oħra ta' trasport ta' passiġġieri (ferrovija, karozza privata), attivitajiet differenti li jinvolvu ġarr ta' passiġġieri bit‑triq, sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà, qsim ta' fruntieri (trasport internazzjonali), organizzazzjoni tat-tipi ewlenin ta' kumpanniji għall-ġarr ta' passiġġieri bit-triq.

🡻 2003/59/KE

Taqsima 2:    Kwalifika inizjali obbligatorja msemmija fl‑Artiklu 3(1)(a)

ê 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(b)

2.1.Opzjoni li tikkombina kemm l-attendenza għall-kors kif ukoll eżami

Il-kwalifika inizjali trid tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha fil-lista tat-Taqsima 1. Din il‑kwalifika inizjali għandha tkun twila 280 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ irid isuq għal mill-anqas 20 siegħa individwalment f'vettura tal-kategorija kkonċernata li tissodisfa mill-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat‑testijiet kif stabbiliti fid-Direttiva 2006/126/KE.

Waqt li jkun qed isuq individwalment, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ irid ikun akkumpanjat minn għalliem, impjegat minn ċentru tat-taħriġ approvat. Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ jista' jsuq għal massimu ta' tmien sigħat mill-20 siegħa li jsuq individwalment fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-aqwa kwalità sabiex ikun ivvalutat it-taħriġ fis-sewqan razzjonali bbażat fuq regolamenti tas-sikurezza, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-vettura f'kundizzjonijiet differenti tat-triq u l-mod ta' kif dawn jinbidlu skont kundizzjonijiet atmosferiċi differenti, il-ħin tal-jum jew tal-lejl, u l-kapaċità li jiġi ottimizzat il-konsum tal‑fjuwil.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li parti mit-taħriġ tingħata miċ-ċentru tat-taħriġ approvat permezz tal-għodod tal-ICT, bħat-tagħlim elettroniku, filwaqt li jiżguraw li jinżammu l‑kwalità għolja u l-effikaċja tat-taħriġ, u billi jagħżlu s-suġġetti fejn l-għodod tal-ICT ikunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effikaċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu l‑identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi ta' kontroll xierqa. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu taħriġ speċifiku meħtieġ skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni bħala parti mit‑taħriġ. Dan jinkludi, iżda mhux biss, taħriġ meħtieġ skont id-Direttiva 2008/68/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża, taħriġ dwar sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 u taħriġ dwar it-trasport tal-annimali skont ir-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 1/2005 6 .

Fir-rigward tas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(5) it-tul tal-kwalifika inizjali jrid ikun ta' 70 siegħa, inklużi ħames sigħat ta' sewqan individwali.

Fi tmiem dak it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-entità maħtura minnhom għandhom jagħmlu eżami bil-miktub jew orali lis-sewwieq. L-eżami jrid jinkludi mill-anqas mistoqsija waħda dwar kull wieħed mill-għanijiet li jidhru fil-lista tas-suġġetti fit‑Taqsima 1.

ê 2003/59/KE (adattat)

2.2.Opzjoni li tinvolvi eżami

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-entità maħtura minnhom għandhom jorganizzaw l-eżamijiet imsemmija dwar teorija u prattika biex jivverifikaw jekk is‑sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikunx laħaq il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond it-Taqsima 1 għas‑suġġetti u l‑għanijiet li jidhru fil-lista hemmhekk.

(a)l-eżami dwar it-teorija għandu jikkonsisti mill-anqas f'żewġ partijiet:

(i)mistoqsijiet, inklużi mistoqsijiet b'għażliet diversi, mistoqsijiet li jeħtieġu risposta diretta, jew taħlita tat-tnejn;

(ii)analiżi ta' każi speċifiċi.

L-eżami tat-teorija għandu jieħu mhux Ö inqas Õ minn erba' segħat.

(b)l-eżami prattiku għandu jikkonsisti f'żewġ partijiet:

(i)eżami ta' sewqan maħsub biex jivverifika taħriġ razzjonali imsejjes fuq regolamenti tas- Ö sikurezza Õ. L-eżami għandu jsir, meta possibbli, f'toroq lil hinn minn żoni urbani, f'toroq li jippermettu sewqan veloċi u f'awtostradi (jew simili), u fuq kull xorta ta' toroq ewlenin urbani li jippreżentaw kull xorta ta' diffikultajiet li sewwieq aktarx jiltaqa' magħhom. Ikun aħjar jekk l-eżami jsir f'kundizzjonijiet ta' konċentrazzjoni ta' traffiku differenti. Il-ħin ta' sewqan fit‑triq għandu jintuża bl-aħjar mod biex il-kandidat ikun eżaminat fiż-żoni kollha tat-traffiku li aktarx ikun fihom. L-eżami għandu jieħu mhux inqas minn 90 minuta;

(ii)eżami prattiku li jkopri mill-anqas il-punti 1.5, 1.6, 1.7, 3.2, 3.3 u 3.5. L-eżami għandu jieħu mhux inqas minn 30 minuta.

ê 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(b)

Il-vettura użata għall-eżami prattiku trid tissodisfa mill-anqas ir-rekwiżiti għall‑vetturi tat-testijiet stabbiliti fid-Direttiva 2006/126/KE.

ê 2003/59/KE

Jista’ jsir it-tielet eżami, biex jissuplimenta l-eżami prattiku, fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-aħjar kwalità biex ikun verifikat it-taħriġ ta' sewqan razzjonali imsejjes fuq regolamenti ta' sikurezza, b'mod partikolari rigward l-immaniġjar tal‑vettura f'kundizzjonijiet differenti tat-triq u kif dawk il-kundizzjonijiet jinbidlu skond il‑kundizzjonijiet atmosferiċi differenti u l-ħin tal-jum jew tal-lejl.

Mhux stabbiliit kemm għandu jieħu ħin dan l-eżami fakultattiv. Jekk is-sewwieq jagħmel dan l-eżami, il-ħin li jieħu jista' jitnaqqas mid-90 minuta tal-eżami tas‑sewqan imsemmi fil-punt (i), iżda l-ħin imnaqqas m'għandux ikun aktar minn 30 minuta.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 5(5), l-eżami tat-teorija għandu jkun limitat għas-suġġetti, li jissemmew fit-Taqsima 1, li jkunu rilevanti għall-vetturi li għalihom tapplika l-kwalifika inizjali ġdida. Iżda dawk is-sewwieqa għandhom jagħmlu l‑eżami kollu tal-prattika.

ê 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .1(c)

Taqsima 3:    Kwalifika inizjali aċċelerata prevista fl‑Artikolu 3(2)

Il-kwalifika inizjali aċċelerata trid tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha li jidhru fil-lista fit‑Taqsima 1. Għandha tkun twila 140 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ irid isuq għal mill-anqas 10 sigħat individwalment f'vettura tal-kategorija kkonċernata li tissodisfa mill-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat‑testijiet stabbiliti fid-Direttiva 2006/126/KE.

Waqt li jkun qed isuq individwalment, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ irid ikun akkumpanjat minn għalliem, impjegat minn ċentru tat-taħriġ approvat. Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ jista' jsuq għal massimu ta' erba' sigħat mill-10 sigħat ta' sewqan individwali fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-aqwa kwalità sabiex ikun ivvalutat it-taħriġ f'sewqan razzjonali bbażat fuq ir-regolamenti tas-sikurezza, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-vettura f'kundizzjonijiet differenti tat-triq u l-mod kif dawk il-kundizzjonijiet tat-triq jinbidlu skont il‑kundizzjonijiet atmosferiċi differenti, il-ħin tal-jum jew tal-lejl, u l-kapaċità li jiġi ottimizzat il-konsum tal-fjuwil.

Id-dispożizzjonijiet tar-raba' paragrafu tal-punt 2.1 għandhom japplikaw ukoll għall‑kwalifika inizjali aċċelerata.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(5), it-tul tal-kwalifika inizjali aċċelerata jrid ikun ta' 35 siegħa, inklużi sagħtejn u nofs ta' sewqan individwali.

Fi tmiem dak it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-entità maħtura minnhom għandhom jagħmlu eżami bil-miktub jew orali lis-sewwieq. L-eżami jrid jinkludi mill-anqas mistoqsija waħda dwar kull wieħed mill-għanijiet li jidhru fil-lista tas-suġġetti fit‑Taqsima 1.

Taqsima 4:    Taħriġ perjodiku obbligatorju previst fl‑Artikolu 3(1)(b)

Il-korsijiet ta' taħriġ perjodiku obbligatorji għandhom jiġu organizzati minn ċentru approvat tat-taħriġ. Għandhom ikun twal 35 siegħa kull ħames snin, mogħtija f'perijodi ta' mill-anqas seba' sigħat, li jistgħu jinqasmu fuq mhux inqas minn jumejn konsekuttivi. Kull meta jintuża t‑tagħlim elettroniku, iċ-ċentru tat-taħriġ approvat għandu jiżgura li tinżamm il-kwalità xierqa tat‑taħriġ, inkluż billi jagħżel is-suġġetti fejn l-għodod tal-ICT jistgħu jintużaw bl‑aktar mod effikaċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu l‑identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi ta' kontroll xierqa. It-taħriġ permezz tat‑tagħlim elettroniku ma għandhux ikun iktar minn 12-il siegħa. Mill-inqas wieħed mill‑perijodi tal-kors tat-taħriġ għandu jkopri suġġett marbut mas-sikurezza stradali. Il‑kontenut tat-taħriġ għandu jqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi għall-operazzjonijiet tat‑trasport imwettqa mis-sewwieq u l‑iżviluppi legali u teknoloġiċi rilevanti u għandu, kemm jista' jkun, iqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi tas‑sewwieq. Fuq medda ta' 35 siegħa għandha tiġi koperta firxa ta' suġġetti differenti, inkluż taħriġ ripetut fejn jintwera li s‑sewwieq ikun jeħtieġ taħriġ korrettiv speċifiku.

Taħriġ speċifiku mitmum u meħtieġ minn leġislazzjoni oħra tal-Unjoni jista’ jitqies mill‑Istati Membri għal massimu ta' wieħed mill-perijodi stipulati ta' seba' sigħat. Dan jinkludi, iżda mhux biss, taħriġ meħtieġ skont id-Direttiva 2008/68/KE dwar it‑trasport ta' merkanzija perikoluża, taħriġ dwar it-trasport tal-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2005, u, għall‑ġarr tal-passiġġieri, taħriġ fis-sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà skont ir‑Regolament (UE) Nru 181/2011. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t‑taħriġ speċifiku mitmum kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/68/KE għat-trasport ta' merkanzija perikoluża jgħodd għal tnejn mill-perijodi ta' seba' sigħat, sakemm dak ikun l‑uniku taħriġ ieħor meqjus fit-taħriġ perjodiku.

ê 2003/59/KE

Taqsima 5:    Approvazzjoni tal-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku

5.1.Iċ-ċentri ta' taħriġ li jieħdu sehem fil-kwalifika inizjali u fit-taħriġ perjodiku għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L‑approvazzjoni tista' tingħata biss wara li ssir applikazzjoni bil-miktub. Ma' l‑applikazzjoni għandu jiġu preżentati dokumenti li jinkludu:

5.1.1.kwalifika adegwata u programm ta' taħriġ li jispeċifika s-suġġetti mgħallma u li jistabbilixxi l-pjan propost ta' implimentazzjoni u l-metodi ta' tagħlim;

5.1.2.il-kwalifiki u l-oqsma ta' attività tal-għalliema;

5.1.3.informazzjoni dwar il-post fejn isiru l-korsijiet, materjal għat-tagħlim, ir‑riżorsi disponibbli għal xogħol prattiku, u l-flotta ta' vetturi użati;

5.1.4.il-kondizzjonijiet li għandhom għall-parteċipazzjoni fil-korsijiet (numru ta' parteċipanti).

5.2.L-awtorità kompetenti għandha tagħti approvazzjoni bil-miktub soġġetta għall‑kondizzjonijiet li ġejjin:

5.2.1.it-taħriġ għandu jingħata skond id-dokumenti li jiġu preżentati mal‑applikazzjoni;

5.2.2.l-awtorità kompetenti għandha tkun tista' tibgħat persuni awtorizzati biex jassistu fil-korsijiet ta' taħriġ taċ-ċentri approvati, u għandha tkun tista' ssegwi mill-qrib dawk iċ-ċentri, fir-rigward tar-riżorsi użati u t-tmexxija tajba tal‑korsijiet ta' taħriġ u l-eżamijiet;

5.2.3.l-approvazzjoni tista' titneħħa jew tiġi sospiża jekk il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni ma jibqgħux jitħarsu.

Iċ-ċentru approvat għandu jiggarantixxi li l-għalliema jkollhom għarfien tajjeb tar‑regolamenti u l-kondizzjonijiet ta' taħriġ l-iktar riċenti. Bħala parti minn proċedura speċifika ta' għażla, l-għalliema għandhom jipprovdu ċertifikat li juri l‑għarfien tagħhomtass‑suġġetti kif ukoll tal-metodi tat-tagħlim. Rigward il-parti prattika tat‑taħriġ, l‑għalliema għandhom jipprovdu ċertifikat ta' esperjenza bħala sewwieqa professjonali jew esperjenza ta' sewqan simili, bħal dik ta' għalliema tas‑sewqan ta' vetturi kbar.

Il-programm ta' tagħlim għandu jkun konformi mal-approvazzjoni u għandu jkopri s‑suġġetti li jidhru fil-lista fit-Taqsima 1.

_____________

🡻 2003/59/KE (adattat)

ANNESS II

ê 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .2(a) (adattat)

ARRANĠAMENTI GĦALL-MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA GĦAL KARTA TA' KWALIFIKA TAS- Ö SEWWIEQ Õ

🡻 2003/59/KE (adattat)

🡺1 2004/66/KE Art. 1 u l-Anness

🡺2 2006/103/KE Art. 1 u l‑Anness .A (6)

🡺3 2013/22/UE Art. 1 u l-Anness

1.Il-karatteristiċi fiżiċi tal-karta ⌦ ta’ kwalifika tas-sewwieq ⌫ għandhom ikunu konformi mal-istandards 7810 u 7816-1 tal‑ISO.

Il-metodi għall-verifika tal-karatteristiċi fiżiċi tal-karta ⌦ ta’ kwalifika tas‑sewwieq ⌫ biex ikun żgurat li jkunu konsistenti mal-is-standards internazzjonali għandhom ikunu skond l-istandard 10373 tal-ISO.

2.Il-karta ⌦ ta’ kwalifika tas-sewwieq ⌫ għandha żewġ naħat:

in-naħa 1 fiha:

(a)it-titolu 'karta ta' kwalifika tas-sewwieq' stampata b'ittri kbar fil-lingwa jew fil‑lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-karta ⌦ ta’ kwalifika tas‑sewwieq ⌫;

(b)l-isem tal-Istat Membru li joħroġ il-karta ⌦ ta’ kwalifika tas-sewwieq ⌫ (mhux obbigatorja);

(ċ)🡺1 il-marka li tiddistingwi l-Istat Membru li joħroġ il-karta ta’ kwalifika tas‑sewwieq, stampata bħala negattiva f'rettangolu ikħal u mdawra minn 12‑il stilla safra; il-marki li jiddistingwu huma kif ġej:

B

:

il-Belġju

🡺2 BG 🡸 🡸

🡺2 : 🡸

🡺2 Il-Bulgarija 🡸

CZ

:

⌦ iċ-Ċekja ⌫

DK

:

id-Danimarka

D

:

il-Ġermanja

EST

:

l-Estonja

IRL

:

l-Irlanda

GR

:

il-Greċja

E

:

Spanja

F

:

Franza

🡺3 HR 🡸

🡺3 : 🡸

🡺3 il-Kroazja 🡸

I

:

l-Italja

CY

:

Ċipru

LV

:

il-Latvja

LT

:

il-Litwanja

L

:

il-Lussemburgu

H

:

l-Ungerija

M

:

Malta

NL

:

⌦ in-Netherlands ⌫

A

:

l-Awstrija

PL

:

il-Polonja

P

:

il-Portugall

🡺2 RO 🡸

🡺2 : 🡸

🡺2 Ir-Rumanija 🡸

SLO

:

is-Slovenja

SK

:

is-Slovakkja

FIN

:

il-Finlandja

S

:

l-Isvezja

(d)informazzjoni speċifika tal-karta ⌦ ta’ kwalifika tas-sewwieq ⌫, innumerata kif ġej:

1.kunjom tat-titulari;

2.isem tat-titulari;

3.data u post tat-twelid tat-titulari;

4.(a)data tal-ħruġ;

(b)data ta' skadenza;

(ċ)l-isem tal-awtorità emittenti (jista' jkun stampat fuq in-naħa 2);

(d)numru differenti min-numru tal-liċenzja tas-sewqan għal finijiet amministrattivi (mhux obbligatorja);

5.(a)numru tal-liċenzja tas-sewqan;

(b)numru tas-serje;

6.ritratt tat-titulari;

7.firma tat-titulari;

8.post ta' residenza jew indirizz postali tat-titulari (mhux obbligatorja);

ê 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .2(b)

9.il-kategoriji ta' vetturi li għalihom is-sewwieq jissodisfa r-rekwiżiti tal‑kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku;

🡻 2003/59/KE (adattat)

🡺1 2004/66/KE Art. 1 u l-Anness

🡺2 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .2(b)

(e)🡺1 🡺2 it-titolu “mudell tal-Unjoni Ewropea” fil-lingwa jew lingwi tal-Istat Membru li joħroġ il-karta u l-intestatura “⌦ karta ⌫ ta' kwalifika tas‑⌦ sewwieq ⌫” fil‑lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-Unjoni, stampati bil-kulur ikħal biex jiffurmaw l-isfond tal- ⌦ karta ta’ kwalifika tas-sewwieq ⌫: 🡸 🡸

ê 2006/103/KE Art. 1 u l‑Anness .A (6)

карта за квалификация на водача

ê 2003/59/KE

tarjeta de cualificación del conductor

osvědčení profesní způsobilosti řidiče

chaufføruddannelsesbevis

Fahrerqualifizierungsnachweis

juhi ametipädevuse kaart

δελτίο επιμόρφωσης οδηγού

driver qualification card

carte de qualification de conducteur

cárta cáilíochta tiomána

ê 2013/22/UE Art. 1 u l-Anness

kvalifikacijska kartica vozača

ê 2003/59/KE

carta di qualificazione del conducente

vadītāja kvalifikācijas apliecība

vairuotojo kvalifikacinė kortelė

gépjárművezetői képesítési igazolvány

karta ta' kwalifika tas-sewwieq

kwalificatiekaart bestuurder

karta kwalifikacji kierowcy

carta de qualificação do motorista

ê 2006/103/KE Art. 1 u l‑Anness .A (6)

cartela de pregătire profesională a conducătorului auto

🡻 2003/59/KE (adattat)

🡺1 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .2(b)

preukaz o kvalifikácii vodiča

kartica o usposobljenosti voznika

kuljettajan ammattipätevyyskortti

yrkeskompetensbevis för förare;

(f)il-kuluri ta' referenza:

–ikħal: Pantone Reflex blue,

–isfar: Pantone yellow;

in-naħa 2 fiha:

(a)🡺1 9.il-kategoriji ta' vetturi li għalihom is-sewwieq jissodisfa r‑rekwiżiti tal-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku;

10.il-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, “95”, previst fl-Anness I għad‑Direttiva 2006/126/KE; 🡸

11.spazju riservat fejn l-Istat Membru li joħroġ il-karta ⌦ ta’ kwalifika tas-sewwieq ikun ⌫ jista' jdaħħal dettalji amministrattivi essenzjali jew dettalji relatati mas-⌦ sikurezza ⌫ fit-triq (mhux obbligatorja). Jekk id-dettalji jkunu relatati ma' titolu li jidher f'dan l-Anness, dawk id-dettalji għandhom jiġu wara numru tal‑intestatura korrispondenti;

(b)tifsir tad-dettalji numerati li jidhru fuq in-naħat 1 u 2 tal-karta ta’ kwalifika tas-sewwieq (mill-anqas l-intestaturi 1, 2, 3, 4(a), 4(b), 4(ċ), 5(a), 5(b) u 10).

ê 2013/22/UE Art. 1 u l-Anness (adattat)

Jekk xi Stat Membru jkun jixtieq jifformula dawk l-entrati f’lingwa nazzjonali li mhix il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il‑Franċiz, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Kroat, il‑Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l‑Olandiż, il‑Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is‑Sloven, it-Taljan u l‑Ungeriż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-karta Ö ta’ kwalifika tas‑sewwieq Õ billi juża waħda minn dawk il-lingwi, mingħajr preġudizzju għad‑dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan l-Anness.

ê 2003/59/KE (adattat)

3.Sigurtà, inkluża l-protezzjoni ta' data

L-għan tad-diversi dettalji li jiffurmaw il-karta Ö ta’ kwalifika tas-sewwieq Õ huwa li jkunu eliminati kull falsifikazzjoni u tbagħbis u li jinkixef kull attentat tagħhom.

L-Istat Membru għandu jisgura li l-livell ta' sigurtà tal-karta Ö ta’ kwalifika tas‑sewwieq Õ ikun jixbaħ mill-inqas il-livell ta' sigurtà tal-liċenzja tas-sewqan.

4.Dispożizzjonijiet Partikulari

Wara li jikkonsultaw mal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jżidu kuluri jew marki, bħal bar code, simboli nazzjonali u elementi ta' sigurtà, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l‑oħra ta' dan l-Anness.

B'konnessjoni mar-rikonixximent reċiproku tal-karti Ö ta’ kwalifika tas-sewwieq Õ, il‑bar code tista ma tinkludix informazzjoni ħlief dik li diġà tidher fuq il-karta ta' kwalifika tas-sewwieq jew li hi essenzjali għall-proċess tal-ħruġ tal-karta.

ê 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .2(d)

5.Dispożizzjonijiet tranżitorji

Il-kards ta' kwalifika tas-sewwieq maħruġa qabel it-23 ta' Mejju 2020 għandhom jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

ê 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .2(c)

MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA GĦAL KARTA TA' KWALIFIKA TAS‑SEWWIEWQ

🡻 2003/59/KE

🡺1 2018/645 Art. 1.7 u l‑Anness .2(c)

🡺1 🡸

_____________

🡻 2018/645 Art. 1.7 u l-Anness .3

ANNESS III

TABELLA TA' KORRISPONDENZA GĦAR-REFERENZI GĦAL ĊERTI KATEGORIJI TA' LIĊENZJI TAS-SEWQAN

Referenza f'din id-Direttiva

Referenza fid-Direttiva 2006/126/KE

C + E

CE

C1 + E

C1E

D + E

DE

D1 + E

D1E

_____________

🡹 

ANNESS IV

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma lista bl-emendi suċċessivi tagħhom
(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill
(
ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE
(
ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35)

Il-punt IV.2 tal-Anness biss

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE
(
ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344)

Il-punt A.6 tal-Anness biss

Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(
ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1)

Il-punt 9.11 tal-Anness biss

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/22/UE
(
ĠU L 158, 10.6.2013, p. 356)

Il-punt A.4 tal-Anness biss

Id-Direttiva (UE) 2018/645 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(
ĠU L 112, 2.5.2018, p. 29)

L-Artikolu 1 u l-Anness biss

Ir-Regolament (UE) 2019/1243 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(
ĠU L 198, 25.7.2019, p. 241)

Il-punt IX.5 tal-Anness biss

Parti B

Il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta’ applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva

Limiti taż-żmien għat‑traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

2003/59/KE

10 ta' Settembru 2006

mill-10 ta' Settembru 2008, fir‑rigward tal‑kwalifika inizjali meħtieġa biex jinstaqu vetturi li għalihom huma meħtieġa liċenzji tas-sewqan tal‑kategoriji D1, D1 + E, D u D + E

mill-10 ta' Settembru 2009, fir‑rigward tal‑kwalifika inizjali meħtieġa biex jinstaqu vetturi li għalihom huma meħtieġa liċenzji tas-sewqan tal-kategoriji C1, C1 + E, C u C + E

(UE) 2018/645

23 ta' Mejju 2020, ħlief għall‑punt 6 tal-Artikolu 1

23 ta' Mejju 2021 fir-rigward tal-punt 6 tal-Artikolu 1

_____________

ANNESS V

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 2003/59/KE

Din id-Direttiva

Artikoli 1 sa 7

Artikoli 1 sa 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju u l-punt (a)

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

–

Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(3), (4) u (5)

Artikolu 8(3), (4) u (5)

Artikoli 9 u 10

Artikoli 9 u 10

Artikolu 10a

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 11a

Artikolu 13

Artikolu 13

–

Artikolu 14

–

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

–

Anness IV

–

Anness V

_____________

(1)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1).
(2)    Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l‑armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r‑Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat‑trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(4)    Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' merkanzija perikoluża (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
(5)    Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id‑drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
(6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r‑Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).