|
16.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/4 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/109 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-11 ta’ Jannar 2023
li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta’ 27 Imħallef fil-Qorti Ġenerali skadew fil-31 ta’ Awwissu 2022, inkluż dak tas-Sa Beatrix RICZIOVÁ, li nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali, fuq proposta tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2022/1046 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (1). Għandha tiġi nnominata persuna biex timtela din il-kariga għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2028. |
|
(2) |
Is-Sa Beatrix RICZIOVÁ ġiet innominata bil-ħsieb li jiġġedded il-mandat tagħha bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali. |
|
(3) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ din il-kandidata għall-qadi tad-dmirijiet ta’ Mħallef fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Beatrix RICZIOVÁ hija b’dan maħtura Mħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2028.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2023.
Il-President
L. DANIELSSON
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1046 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tad-29 ta’ Ġunju 2022 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 77).