|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6250 |
19.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12122 – COMPASS / VERMAAT)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6250)
1.
Fis-6 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Il-Grupp Compass PLC (“Compass”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Vincent Topco B.V., kumpanija azzjonarja tal-grupp ta’ kumpaniji Vermaat (“Vermaat”, in-Netherlands). |
Compass se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Vermaat kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Compass tipprovdi servizzi tal-ikel esternalizzati u servizzi ta’ konċessjoni lil klijenti f’diversi setturi. Hija tipprovdi wkoll ċerti servizzi anċillari ta’ appoġġ bħal servizzi ta’ ġestjoni tal-faċilitajiet u ta’ tindif, kif ukoll servizzi ta’ akkwist tal-ikel. Hija attiva fl-UE, fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit. |
|
— |
Vermaat tipprovdi servizzi tal-ikel esternalizzati u servizzi ta’ konċessjoni lil klijenti f’diversi setturi. Vermaat hija primarjament attiva fin-Netherlands u, sa ċertu punt, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Belġju. Hija topera wkoll għadd limitat ta’ ħwienet ta’ konvenjenza tal-ikel taħt l-ismijiet STACH, AH to go (taħt franchise) u La Place (bħala impriża konġunta) fin-Netherlands. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12122 — COMPASS / VERMAAT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea/ European Commission |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni/Directorate-General for Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6250/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)