2011R0532 — MT — 02.03.2012 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 146, 1.6.2011, p.7) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 |
L 38 |
36 |
11.2.2012 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2011
tal-31 ta’ Mejju 2011
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE ( 2 ). |
|
(2) |
L-idroklorur tar-robenidina, numru CAS 25875-50-7, kien awtorizzat għal għaxar snin skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala koċċidiostat fl-għalf għall-użu fuq fniek għat-tgħammir permezz tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999 ( 3 ) u għall-użu fuq dundjani u tiġieġ għat-tismin u fniek għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 ( 4 ). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal evalwazzjoni mill-gdid tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf għall-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin, bit-talba biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “koċċidiostati u istomonostati”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Marzu 2011 li, skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, l-idroklorur tar-robenidina ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-addittiv huwa effettiv fil-kontroll tal-koċċidijosi fil-fniek għat-tismin u għat-tgħammir ( 5 ). Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat. |
|
(6) |
Bħala konsegwenza ta’ awtorizzazzjoni ġdida mogħtija b’dan ir-Regolament, l-annotazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 2430/1999 dwar l-idroklorur tar-robenidina għall-fniek għat-tgħammir, tħassret. |
|
(7) |
Bħala konsegwenza ulterjuri ta’ din l-awtorizzazzjoni l-ġdida, l-annotazzjoni għall-idroklorur għar-robenidina fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 għandha tiġi emendata. |
|
(8) |
Peress li l-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ma għandhomx x’jaqsmu ma’ raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata permess għal perjodu ta’ tranżizzjoni għar-rimi ta’ ħażniet eżistenti ta’ pretaħlitiet u għalf kompost li fih din il-preparazzjoni, kif awtorizzat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999 għall-użu fuq fniek għat-tgħammir u permezz tar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 għall-użu fuq fniek għat-tismin. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness I, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “koċċidiostati u istomonostati”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999, titħassar l-annotazzjoni fin-numru ta’ reġistrazzjoni tal-addittiv E 758, dwar l-idroklorur tar-robenidina għall-fniek għat-tgħammir.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Pretaħlitiet u għalf kompost immarkati skont id-Direttiva 70/524/KEE u li fihom l-idroklorur tar-robenidina, kif awtorizzat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999 għall-użu fuq fniek għat-tgħammir u permezz tar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 għall-użu fuq fniek għat-tismin, jista’ jibqa’ jitpoġġa fis-suq u jintuża sa ma jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
Limiti Massimi ta’ Residwi (LMR) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali |
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 % |
||||||||||
|
Koċċidiostati u istomonostati |
||||||||||
|
5 1 758 |
►M1 Pfizer Ltd. ◄ |
Idroklorur tar-robenidina 66 g/kg (Cycostat 66G) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Idroklorur tar-robenidina: 66 g/kg Linjosulfonat: 40 g/kg Sulfat tal-kalċju diidrat: 894 g/kg Sustanza attiva Idroklorur tar-robenidina, C15H13Cl2N5. HCl, Numru CAS: 25875-50-7, 1,3-bis [amino (klorobenżilidina-p)]-idroklorur tal-gwanidina: > 97 % Impuritajiet relatati: N,N’,N”-Tris[(p-Cl-benżilidina)amino]gwanidina(TRIS): ≤ 0,5 % Bis-4[4-Cl-benżilidina]idrażina (AZIN): ≤ 0,5 % Metodi analitiċi (1) Determinazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina fl-għalf: kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja f’fażi kuntrarja abbinata ma’ spettrometrija ultravjola (HPLC/UV) skont il-Metodu E fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2). |
Fniek għat-tgħammir |
— |
50 |
66 |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost fil-forma ta’. 2. L-idroklorur tar-robenidina ma għandux jitħallat ma’ koċċidiostati oħra; 3. Għas-sigurtà: għandu jintlibes apparat għall-protezzjoni tan-nifs kif ukoll nuċċali, u għandhom jintużaw l-ingwanti 4. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippjana u jwettaq programm ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq dwar ir-reżistenza għall-Eimeria spp. 5. L-użu huwa pprojbit sa mill-inqas ħamest ijiem qabel it-tbiċċir |
il-21 ta' Ġunju 2021 |
200 μg/kg piż bil-kontenut ta’ ilma għall-fwied u kliewi 100 μg/kg piż bil-kontenut tal-ilma għat-tessuti l-oħra kollha |
|
Fniek għat-tismin |
50 |
66 |
||||||||
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx (2) ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1. |
||||||||||
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 jinbidel b’dan li ġej:
“ANNESS
|
Numru tar-reġistrazzjoni tal-addittiv |
Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-addittiv |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
►M1 Limiti Massimi ta’ Residwi (LMR) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali ◄ |
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ oġġetti tal-għalf sħaħ |
||||||||||
|
Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħrajn |
||||||||||
|
E 758 |
Alpharma Belgium BVBA |
Idroklorur tar-robenidina 66 g/kg ►M1 (Robenz 66 G) ◄ |
Kompożizzjoni tal-addittiv Idroklorur tar-robenidina: 66 g/kg Linjosulfonat: 40 g/kg Sulfat tal-kalċju diidrat: 894 g/kg Sustanza attiva Idroklorur tar-robenidina, C15H13Cl2N5. HCl, 1,3-bis [amino (klorobenżilidina-p)]-idroklorur tal-gwanidina numru CAS: 25875-50-7, Impuritajiet relatati: N,N’,N''-Tris[(p-Cl-benżilidina)amino]gwanidina(TRIS): ≤ 0,5 % Bis-4[4-Cl-benżilidina]idrażina (AZIN): ≤ 0,5 % |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
30 |
36 |
L-użu huwa pprojbit sa’ mill-inqas ħamest ijiem qabel it-tbiċċir |
fid-29 ta’ Ottubru 2014. |
►M1 800 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ fwied imxarrab. 350 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ kliewi mxarrba. 200 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ muskoli mxarrba. 1 300 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ ġilda/xaħam imxarrba. ◄ |
|
Dundjani |
30 |
36 |
L-użu huwa pprojbit sa mill-inqas ħamest ijiem qabel it-tbiċċir |
fid-29 ta’ Ottubru 2014. |
►M1 400 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ ġilda/xaħam. 400 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ fwied imxarrab. 200 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ kliewi mxarrba. 200 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ muskoli mxarrba. ◄ ” |
|||||
( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
( 2 ) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
( 3 ) ĠU L 296, 17.11.1999, p. 3.
( 4 ) ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37.
( 5 ) EFSA Journal 2011;9(3):2102.