|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6724 |
16.12.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2561, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2567, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
(C/2025/6724)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2561 (2), u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2567 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti.
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2022/2309 jirrikjedi li l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi elenkati jridu jirrapportaw, fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness Ia, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu, huma l-proprjetà, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser jitqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2022/2309.
(1) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135.
(2) ĠU L, 2025/2561, 15.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2561/oj.
(3) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 17.
(4) ĠU L, 2025/2567, 15.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2567/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6724/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)