|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5521 |
12.9.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11632 – ALTEN / WORLDGRID)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5521)
1.
Fl-4 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ALT 08 SARL (“ALT 08”, Franza), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Alten SA (“Alten”, Franza), |
|
— |
In-negozju Worldgrid, inkluż Worldgrid France SAS u entitajiet u assi oħra ta’ Worldgrid (“Worldgrid”, Franza), li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn Atos SE (Franza). |
ALT 08 se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Worldgrid.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Alten tipprovdi servizzi dinjija tal-inġinerija u tal-IT lil klijenti korporattivi, tat-telekomunikazzjoni u tas-servizzi ewlenin għall-proġetti tagħhom b’dimensjoni teknoloġika fid-Diviżjonijiet Tekniċi, tar-Riċerka, tal-Iżvilupp u tas-Sistemi tal-Informazzjoni. |
|
— |
Worldgrid tispeċjalizza fi proġetti ta’ integrazzjoni u soluzzjonijiet tal-enerġija intelliġenti f’ħin reali għall-kumpaniji tal-enerġija u tal-utilitajiet tul il-ktajjen tal-valur tal-enerġija, l-ilma, iż-żejt u l-gass. Hija attiva fis-servizzi tal-IT u tat-teknoloġija operazzjonali, prinċipalment fl-Ewropa, b’mod partikolari fi Franza, fil-Ġermanja u fi Spanja, u fir-Renju Unit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11632 – ALTEN / WORLDGRID
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5521/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)