<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRT12011MTA.0300094501.case.xml"><NO.CASE>T-50/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009TJ0050</NO.CELEX><NO.SEQ>0005.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>II-949</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>II-973</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110315">15.3.2011</DATE> — KAWŻA T-50/09</LEFT><RIGHT>IFEMY’S vs UASI — DADA &amp; CO. KIDS (DADA &amp; CO. KIDS)</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-50/09,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ifemy’s Holding GmbH,</HT> stabbilita f’München (il-Ġermanja), irrappreżentata minn H.-G. Augustinowski, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)</HT>, irrappreżentat minn A. Folliard-Monguiral, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI kienet</P><P><HT TYPE="BOLD">Dada &amp; Co. Kids Srl</HT>, stabbilita fi Prato (l-Italja),</P></INTERVENERS></PARTIES><?PAGE NO="II-950"?><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE> (Każ R 911/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ifemy’s Holding GmbH et Dada &amp; Co. Kids Srl,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn N. J. Forwood (Relatur), President, J. Schwarcz u A. Popescu, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20090203">3 ta’ Frar 2009</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-UASI ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20090518">18 ta’ Mejju 2009</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20090626">26 ta’ Ġunju 2009</DATE> li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni sabiex tiġi ddepożitata replika,</VISA><VISA>wara li rat in-nuqqas ta’ talba għall-iffissar ta’ seduta mressqa mill-partijiet f’termini ta’ xahar li jibda jiddekorri min-notifika lill-parti tal-egħluq tal-proċedura bil-miktub u peress li ddeċidiet, fuq rapport tal-Imħallef relatur u skont l-Artikolu 135a tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tiddeċiedi mingħajr fażi orali tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="II-951"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060524">24 ta’ Mejju 2006</DATE>, Dada &amp; Co. Kids Srl (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>applikanta<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>) ippreżentat applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif emendat [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- <DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2009" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1">ĠU L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>)].</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija t-trade mark figurattiva Dada &amp; Co. kids.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni jaqgħu fil-klassi 25 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti u ta’ Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni tat-Trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat, u jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ħwejjeġ, żraben, xedd ir-ras<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="II-952"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulletin tat-trade marks Komunitarji</HT> Nru 2006/043, tat-<DATE ISO="20061023">23 ta’ Ottubru 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20061201">1 ta’ Diċembru 2006</DATE>, ir-rikorrenti, Ifemy’s Holding GmbH, ressqet oppożizzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 207/2009), kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, għall-prodotti kollha msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq it-trade mark Ġermaniża verbali DADA, irreġistrata fl-<DATE ISO="20010410">10 ta’ April 2001</DATE> taħt in-numru 30114449, li jindika b’mod partikolari l-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 25 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni segwenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ħwejjeġ, żraben, xedd ir-ras<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-motiv invokat insostenn tal-oppożizzjoni kien probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009].</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070724">24 ta’ Lulju 2007</DATE>, l-applikanta talbet li r-rikorrenti tipproduċi l-prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti skont l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20070830">30 ta’ Awwissu 2007</DATE>, l-UASI stieden lir-rikorrenti tipproduċi l-imsemmija prova f’terminu ta’ xahrejn, jiġifieri mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="II-953"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet permezz ta’ fakx ittra lill-UASI fejn b’mod partikolari elenkat id-dokumenti li jipprovaw l-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti. Id-dokumenti inkwistjoni madankollu ma ġewx annessi ma’ dan il-faks.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20071109">9 ta’ Novembru 2007</DATE>, l-UASI rċieva bil-posta l-verżjoni oriġinali ta’ din l-ittra kif ukoll il-202 paġni korrispondenti għad-dokumenti li din tirreferi għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20071123">23 ta’ Novembru 2007</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni indikat lir-rikorrenti li d-dokumenti mibgħuta fid-<DATE ISO="20071109">9 ta’ Novembru 2007</DATE> ma kinux se jittieħdu inkunsiderazzjoni, peress li ma ġewx iddepożitati fit-terminu previst.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20071220">20 ta’ Diċembru 2007</DATE>, ir-rikorrenti sostniet mal-UASI li, f’każ ta’ trażmissjoni mhux sħiħa, dan kellu jinforma lill-emittent u jistiednu jerġa’ jibgħat mill-ġdid. Hija indikat ukoll li hija kienet qed tistenna tali stedina, u sostniet li l-komunikazzjoni tagħha permezz ta’ faks kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>manifestament mhux sħiħa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20080319">19 ta’ Marzu 2008</DATE>, ir-rikorrenti insistiet mal-UASI sabiex il-provi tal-użu tat-trade mark preċedenti jittieħdu inkunsiderazzjoni, billi invokat b’mod partikolari r-Regola 80(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-<DATE ISO="19961213">13 ta’ Diċembru 1996</DATE>, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).</TXT></NP><?PAGE NO="II-954"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20080416">16 ta’ April 2008</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ċaħdet l-oppożizzjoni minħabba li r-rikorrenti ma kinitx pproduċiet il-prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti fit-terminu previst.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat appell quddiem l-UASI, skont l-Artikoli 57 sa 62 tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009), mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni. Minn naħa hija takkuża lid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li, fid-deċiżjoni tagħha, identifikat b’mod żbaljat l-applikant tat-trade mark Komunitarja u, min-naħa l-oħra, invokat b’mod partikolari, ksur tar-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/>), ir-Raba’Bord tal-Appell tal-UASI ċaħad dan l-appell. B’mod partikolari, il-Bord tal-Appell irrileva, fil-punt 15 tad-deċiżjoni tiegħu, li kien irrelevanti li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ssemmi lil<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>DADA &amp; CO. MEN SRL<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/>minflok<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>DADA &amp; CO. KIDS SRL<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/> bħala applikanta. Dan kien żball żgħir tal-kitba u din id-deċiżjoni kienet effettivament innotifikata lir-rappreżentati tal-applikanta u lir-rikorrenti, skont ir-Regola 77 tar-Regolament Nru 2868/95. Dan indika wkoll, fil-punt 21 ta’ din id-deċiżjoni, li l-UASI sempliċement applika f’dan il-każ ir-Regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95 u, fil-punti 23 sa 25 tal-imsemmija deċiżjoni, li l-prattika tal-UASI ma kinitx diskriminatorja peress li kienet konformi mad-dispożizzjonijiet legali u li kienu jeżistu mezzi oħra ta’ rikors. Fl-aħħar nett hija indikat, fil-punt 26 tad-deċiżjoni kkontestata, li t-trażmissjoni permezz ta’ faks ma kinitx mhux sħiħa skont ir-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95, peress li, fil-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ir-rikorrenti ma kellhiex l-intenzjoni li tibgħat u ma kinitx ipprovat tibgħat il-202 paġni korrispondenti għall-provi tal-użu tat-trade mark preċedenti msemmija fl-ittra tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-955"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-UASI jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment tliet motivi. L-ewwel wieħed huwa bbażat fuq il-ksur tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>rekwiżiti formali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/>, tal-Artikolu 77a(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 80(1) tar-Regolament Nru 207/2009), tar-Regola 50(2) tar-Regolament<?PAGE NO="II-956"?> Nru 2868/95 u tal-prinċipju tal-istat tad-dritt. It-tieni wieħed huwa bbażat fuq il-ksur tar-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95. It-tielet wieħed huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ kompetizzjoni leali, hekk kif ddefiniti mill-Artikolu 2 KE u 3 KE u mill-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>rekwiżiti formali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/>, tal-Artikolu 77a(1) tar-Regolament Nru 40/94, tar-Regola 50(2) tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-prinċipju tal-istat tad-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tilmenta kontra l-Bord tal-Appell peress li ma annullatx id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, meta din identifikat, b’mod żbaljat, terza persuna, jiġifieri Dada &amp; Co. Men Srl, proprjetarja ta’ trade mark Komunitarja oħra, bħala l-applikanta għal trade mark Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ tali annullament, bħal issa jeżistu simultanjament, żewġ deċiżjonijiet mogħtija favur żewġ persuni distinti u kull waħda minnhom tagħti titolu enforzabbli kontra r-rikorrenti, f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż, jiġifieri d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-UASI jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-957"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont ir-Regola 50(2) tar-Regolament Nru 2868/95, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti inkwistjoni, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandha tinkludi, b’mod partikolari, l-ismijiet tal-partijiet u tar-rappreżentanti tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti manifestament ma tistax tinvoka l-ksur ta’ din id-dispożizzjoni, peress li l-Bord tal-Appell identifika korrettament l-ismijiet tal-partijiet u tar-rappreżentanti tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 77a(1) tar-Regolament Nru 40/94, meta l-UASI jdaħħal fir-reġistru jew jieħu deċiżjoni li jkun fiha żball proċedurali manifest attribwibbli lilu, għandu jiżgura li jikkanċella tali reġistrazzjoni jew li d-deċiżjoni tiġi revokata.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 77a(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 80(3) tar-Regolament Nru 207/2009), l-imsemmi artikolu ma jimminax id-dritt li għandhom il-partijiet li jippreżentaw rikors skont l-Artikoli 57 u 63 (li saru l-Artikoli 58 u 65 tar-Regolament Nru 207/2009) u lanqas il-possibbiltà, skont il-metodi u l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Nru 2868/95, li jiġu korretti żbalji lingwistiċi ovvji li jinsabu fid-deċiżjonijiet tal-UASI.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont ir-Regola 53 tar-Regolament Nru 2868/95, meta l-UASI jikkonstata, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet ikkonċernati, żball lingwistiku, żball ta’ traskrizzjoni jew żball manifest f’deċiżjoni, għandu jiżgura li dan l-iżball jiġi rettifikat mid-dipartiment jew mid-diviżjoni kompetenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-958"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-fajl tal-UASI jirriżulta li, fid-deċiżjoni tagħha, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni identifikat l-isem tal-kumpannija applikanta għal trade mark Komunitarja b’mod żbaljat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>DADA &amp; CO. MEN SRL<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija deċiżjoni identifikat b’mod korrett l-indirizz u r-rappreżentant legali tal-applikanta, kif ukoll ir-referenza mogħtija għall-każ. L-att ta’ notifika ta’ din id-deċiżjoni jidentifika korrettament l-applikanta u din in-notifika saret lir-rappreżentant legali debitament magħżul minnha. L-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġie ukoll innotifikat mill-UASI lill-imsemmi rappreżentant legali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kuntrarjament għal dak li jsostni l-UASI, l-iżball allegat jivvizzja d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni stess, u mhux in-notifika tagħha, b’mod li l-ġurisprudenza li tgħid li l-irregolaritajiet li jivvizzjaw il-proċedura ta’ notifika ta’ deċiżjoni huma esterjuri għall-att u għalhekk ma jistgħux jivvizzjaw id-deċiżjoni hija irrelevanti [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19720714">14 ta’ Lulju 1972</DATE>, Imperial Chemical Industries vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="48/69" PAGE.ECR="619" YEAR="1972">48/69, Ġabra p. 619</REF.DOC.ECR>, punt 39; sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19980528">28 ta’ Mejju 1998</DATE>, W vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-78/96+T-170/96" PAGE.ECR="II-745" PAGE.SUM="I-A-239" YEAR="1998">T-78/96 u T-170/96, ĠabraSP p. I-A-239 u II-745</REF.DOC.ECR>, punt 183, u tat-<DATE ISO="20020702">2 ta’ Lulju 2002</DATE>, SAT.1 vs UASI (SAT.2), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-323/00" PAGE.ECR="II-2839" YEAR="2002">T-323/00, Ġabra p. II-2839</REF.DOC.ECR>, punt 12].</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li l-iżball ta’ identifikazzjoni li sar mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ma għandu l-ebda konsegwenza proċedurali u ma jistax jiġi kkwalifikat bħala żball proċedurali, fis-sens tal-Artikolu 77a(1) tar-Regolament Nru 40/94. Konsegwentement, l-imsemmija dispożizzjoni hija inapplikabbli għall-fatti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta pjuttost, b’mod partikolari fil-punt 29 iktar ’il fuq, li l-iżball ta’ identifikazzjoni li sar mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għandu jiġi kkwalifikat bħala żball ta’ traskrizzjoni jew żball manifest, fis-sens tal-Artikolu 77a(3) tar-Regolament Nru 40/94 u tar-Regola 53 tar-Regolament Nru 2868/95. Konsegwentement, tali żball seta’ skont dawn id-dispożizzjonijiet, jiġi<?PAGE NO="II-959"?> rranġat, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet interessati, mid-dipartiment jew mid-diviżjoni kompetenti tal-UASI, mingħajr ma jkun hemm bżonn li dan jinvalida jew jirrevoka d-deċiżjoni li kienet ivvizzjata bih.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, mill-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 64(1) tar-Regoalament Nru 207/2009) jirriżulta li meta l-Bord tal-Appell jiddeċiedi fuq il-mertu tal-appell, dan jista’ b’mod partikolari, jeżerċita l-kompetenzi tal-istanza li tkun ħadet id-deċiżjoni appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Bord tal-Appell ma għamilx żball u ma kisirx id-dispożizzjonijiet invokati fil-kuntest ta’ dan il-motiv meta filwaqt li eżerċita l-kompetenza tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, ikkonstata l-iżball ta’ traskrizzjoni jew l-iżball manifest imwettaq minn din u ordna r-rettifika tagħha skont l-Artikolu 77a(3) tar-Regolament Nru 40/94 u r-Regola 53 tar-Regolament Nru 2868/95. Il-konstatazzjoni u r-rettifika ta’ dawn l-iżbalji li saru fil-punti 9 u 15 tad-deċiżjoni kkontestata ma jimplikawx, fil-fatt, l-annullament jew ir-revoka tad-deċiżjoni mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti mqassar fil-punt 22 iktar ’il fuq, ġustament l-UASI rrifjutah filwaqt li osserva li din ma tbati l-ebda danni minħabba l-eżistenza ta’ żewġ deċiżjonijiet li joħolqu titolu fil-konfronti tagħha. Fil-fatt, id-deċiżjoni kkontestata ssostitwiet id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, għal dak li jikkonċerna l-kundanna għall-ispejjeż, kif jirriżulta mill-punt 3 tad-dispożittiv tagħha u skont id-dispożizzjonijiet msemmija fil-punt 32 tal-motivi tagħha. Għalhekk, il-kumpannija Dada &amp; Co. Men Srl, imsemmija bi żball fid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, ma tista’ teżiġi l-ebda titolu kontra r-rikorrenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-960"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-bqija, ir-rikorrenti ma żviluppat l-ebda lment jew argument ieħor f’relazzjoni mal-ksur allegat tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>rekwiżiti formali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/> u tal-prinċipju tal-istat tad-dritt. Għalhekk, dan jidher li ma ġiex stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dak kollu li jippreċedi jirriżulta li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>— L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li komunikazzjoni permezz ta’ faks li tibda bil-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>nixtiequ nipproduċu l-provi segwenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/>, imma li ma tinkludi l-ebda waħda mill-provi inkwistjoni, hija manifestament mhux sħiħa, fis-sens tar-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95. Għaldaqstant, hija tqis li l-UASI kellu jinfurmaha u jistedinha tittrażmetti mill-ġdid il-komunikazzjoni tagħha, skont din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>L-affermazzjoni tal-Bord tal-Appell li tgħid li r-rikorrenti qatt ma kellha l-intenzjoni li tibgħat komunikazzjoni sħiħa permezz ta’ faks hija sempliċi spekulazzjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha. Ir-rikorrenti llimitat ruħha sabiex issostni, insostenn tar-rikors tagħha, li, peress li kien hemm iktar minn 200 paġna li ntbagħtu permezz ta’ faks, kien impossibbli li tali komunikazzjoni ssir mingħajr problemi.</TXT></NP><?PAGE NO="II-961"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>L-affermazzjoni tal-Bord tal-Appell bbażata fuq il-letterhead tal-faks tal-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE> hija wkoll spekulattiva u infondata.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-UASI jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>— Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Meta komunikazzjoni li tasal b’telecopier ma tkunx sħiħa jew tkun ma tinqarax, jew fejn l-[UASI] għandu dubji raġonevoli dwar il-preċiżjoni tat-trasmissjoni, l-Uffiċċju għandu jinforma lil min bagħtha b’dan u għandu jistiednu, f’perjodu ta’ żmien li għandu jkun speċifikat mill-Uffiċċju, sabiex jerġa’ jittrasmetti l-oriġinal permezz ta’ telecopy jew li jagħti l-oriġinal skond ir-Regola 79(a). Fejn din it-talba tiġi mħarsa fil-perjodu ta’ żmien speċifikat, id-data meta tasal it-trasmissjoni l-ġdida jew l-oriġinal għandha titqies li hija d-data ta’ meta waslet il-komunikazzjoni oriġinali [...]. Fejn it-talba ma tiġix imħarsa fiż-żmien speċifikat, il-komunikazzjoni għandha titqies li ma tkunx waslet.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tingħata l-possibbiltà lil min jibgħat il-komunikazzjonijiet permezz ta’ faks lill-UASI li jibgħat mill-ġdid id-dokumenti tiegħu jew li jipprovdi l-oriġinali lill-UASI wara li jiskadi t-terminu għall-oppożizzjoni, meta tkun teżisti waħda mis-sitwazzjonijiet msemmija fl-imsemmija regola, sabiex ikunu jistgħu jirrimedjaw għall-irregolaritajiet li jirriżultaw mill-imsemmija sitwazzjonijiet [sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>, Black &amp; Decker vs UASI — Atlas Copco (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta’ għodda<?PAGE NO="II-962"?> bl-elettriku safra u sewda <HT TYPE="ITALIC">et</HT>), T-239/05, T-240/05, T-245/07 sa T-247/05, T-255/05, T-274/05 sa T-280/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 60].</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Kif irrileva ġustament l-UASI, l-imsemmija dispożizzjoni hija intiża għalhekk għall-każijiet fejn element oġġettiv dwar ċirkustanzi tekniċi partikolari jew anomali, indipendenti mill-volontà tal-parti inkwistjoni, ifixkel lil din milli tikkomunika d-dokumenti permezz ta’ faks b’mod sodisfaċenti.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi ppreċiżat li r-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95 ma ssemmix il-każ fejn in-natura mhux sħiħa jew l-illeġġibbiltà tal-komunikazzjoni permezz ta’ faks tirriżulta biss mill-volontà ta’ min jibgħat, li jagħżel deliberatament li ma jagħmilx komunikazzjoni sħiħa u leġġibbli, meta teknikament kien f’pożizzjoni li jagħmel dan.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi wkoll, kif jikkonferma r-rikors għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>jerġa’ jittrasmetti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>, li r-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95 tipprevedi l-identità bejn id-dokumenti li l-komunikazzjoni tagħhom permezz ta’ faks ma kinitx sħiħa jew ma kinitx tinqara u d-dokumenti trażmessi sussegwentement fil-forma oriġinali jew permezz ta’ faks, fuq stedina tal-UASI, u tipprekludi għalhekk kwalunkwe korrezzjoni, tibdil jew żieda ta’ provi ġodda f’din l-okkażjoni. Kwalunkwe interpretazzjoni oħra tippermetti lill-partijiet għal proċedura quddiem il-UASI li jaqbżu t-termini li jkunu ngħatawlhom, li manifestament ma huwiex l-għan intiż mir-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Huwa konformament għal dawn il-prinċipji li għandu jiġi vverifikat jekk, f’dan il-każ, il-komunikazzjoni rċevuta permezz ta’ faks fil-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE> għandhiex tiġi kkunsidrata bħala mhux sħiħa, fis-sens tar-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95.</TXT></NP><?PAGE NO="II-963"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi miċħud mill-ewwel l-argument tar-rikorrenti li jgħid li komunikazzjoni permezz ta’ faks li tibda bil-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>nixtiequ nipproduċu l-provi segwenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>, imma li ma tinkludi l-ebda waħda mill-provi inkwistjoni, hija manifestament mhux sħiħa, fis-sens tar-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95. Fil-fatt, tali komunikazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata mhux sħiħa, skont il-prinċipji msemmija fil-punti 44 u 45 iktar ’il fuq, biss jekk min jibgħatha effettivament kellu l-intenzjoni u pprova jikkomunika permezz ta’ faks il-provi inkwistjoni. Jekk, min-naħa l-oħra, min jibgħat kellu l-intenzjoni li jibgħat permezz ta’ faks sempliċi ittra li telenka l-provi kollha li ried jinvoka, u sussegwentement bagħthom annessi mal-oriġinali ta’ din l-ittra mibgħuta bil-posta, ma jistax jinvoka favur tiegħu r-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95, skont il-prinċipju mfakkar fil-punt 46 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-fajl tal-UASI jirriżulta li l-ittra kkomunikata permezz ta’ faks fl-aħħar ġurnata tat-terminu mogħti mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, jiġifieri l-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, kienet tinkludi ħames paġni, li kienet dokument sħiħ u koerenti, debitament iffirmat mill-awtur tiegħu, u li ma kellha l-ebda referenza għal xi anness jew dokument anness. Mill-fajl jirriżulta wkoll li kull waħda mill-ħames paġni ta’ din l-ittra mibgħuta b’faks lill-UASI wara li dan irċeviha, kellha miktub: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Seite: [ċifra li tvarja bejn 001 sa 005] von 005<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma kkontestatx formalment, quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u wara quddiem il-Bord tal-Appell, li hija kienet bagħtet biss din l-ittra permezz ta’ faks, fil-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, u li l-provi tal-użu ġenwin, mibgħuta bil-posta fl-istess ħin bħall-oriġinali tal-imsemmija ittra, waslu għand l-UASI fid-<DATE ISO="20071109">9 ta’ Novembru 2007</DATE>, jiġifieri disat ijiem wara li skada t-terminu mogħti. Mingħajr ma lanqas biss allegat li kienet ukoll ipprovat tibgħat dawn il-provi permezz ta’ faks, u mingħajr ma tat l-iċken spjegazzjoni rigward iċ-ċirkustanzi eżatti li ntbagħtet fihom il-komunikazzjoni permezz ta’ faks, fil-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, hija limitat ruħha sabiex<?PAGE NO="II-964"?> tgħid li, peress li din il-komunikazzjoni kienet tikkonsisti f’200 paġna mibgħuta permezz ta’ faks, kien impossibbli li tasal mingħajr problemi. Ir-rikorrenti naqset ukoll milli tipproduċi r-rapport ta’ trażmissjoni tal-faks tal-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, jew kwalunkwe rapport ieħor jew riċevuta li tista’ tistabbilixxi, skont il-każ, li kienet ipprovat tintbagħat komunikazzjoni permezz ta’ faks tal-provi, fil-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, imma falliet.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ tali indiċi suffiċjentement preċiżi u konkordanti, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe spjegazzjoni kuntrarja plawsibbli mogħtija mir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell kellu raġun jikkonkludi mhux biss li l-ittra ta’ ħames paġni kienet intbagħtet permezz ta’ faks u li l-202 paġni l-oħra kienu ntbagħtu sussegwentement, f’data mhux determinata, unikament bil-posta, imma wkoll li r-rikorrenti qatt ma kellha l-intenzjoni li tibgħat dawn il-202 paġni permezz ta’ faks.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-preżenza ta’ dawn l-istess indikazzjonijiet, ir-rikorrenti ma setetx tillimita ruħha sabiex issostni, quddiem il-Qorti Ġenerali, li din il-konklużjoni tal-Bord tal-Appell hija sempliċi spekulazzjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha. Sabiex tippermetti lill-Qorti Ġenerali tifforma l-konvinzjoni tagħha, hija għandha tforni spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni ta’ natura li tikkontesta l-possibbiltà tal-fatt allegat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/00 P+C-205/00 P+C-211/00 P+C-213/00 P+C-217/00 P+C-219/00 P" PAGE.ECR="I-123" YEAR="2004">C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123</REF.DOC.ECR>, punt 79).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi konkluż li r-rikorrenti baqgħet ma stabbilietx li kienet ipprovat tittrażmetti permezz ta’ faks, fil-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, il-provi ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-965"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-komunikazzjoni rċevuta mill-UASI permezz ta’ faks fil-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE> ma tistax tikkwalifika bħala mhux sħiħa, fis-sens tar-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95, b’mod li l-imsemmija dispożizzoni hija fi kwalunkwe każ inapplikabbli għall-fatti tal-każ inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ kompetizzjoni leali, hekk kif ddefiniti mill-Artikoli 2 KE u 3 KE u l-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 40/94.</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-prattika tal-UASI tiddiskrimina, kuntrarjament għat-Trattat, kontra persuni stabbiliti fir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>reġjuni ’l bogħod mill-Ewropa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/>, li għandhom nettament inqas ħin minn dawn stabbiliti fi Spanja sabiex jibagħtulu l-komunikazzjonijiet tagħhom fit-termini, normalment ta’ xahrejn, li jingħataw. Sabiex ikun ċert li ittra tasal fil-ħin u utilment, fil-każ kuntrarju, tar-<HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT>, persuna li ma toqgħodx viċin is-sede tal-UASI fil-fatt għandha tibgħatha bejn wieħed u ieħor ġimgħatejn qabel ma jistkadi t-terminu, meta r-residenti fi Spanja jistgħu jibbenefikaw mit-terminu fit-totalità tiegħu. Barra minn hekk, din il-prattika tista’ tħajjar lill-persuni interessati jersqu viċin is-sede tal-UASI jew li jużaw uffiċji ta’ avukati iktar viċini tiegħu, li jikkostitwixxi ostaklu għal-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP><?PAGE NO="II-966"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>L-argument tal-UASI li jgħid li kullħadd huwa liberu li jibgħat il-komunikazzjonijiet tiegħu permezz ta’ faks huwa żbaljat. Minn naħa, ċerti dokumenti, b’mod partikolari dawk bil-kulur, ma jistgħux jiġu trażmessi permezz ta’ faks. Min-naħa l-oħra, bħal f’dan il-każ, ċerti komunikazzjonijiet huma kbar wisq sabiex jintbagħtu mingħajr problemi permezz ta’ faks.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tenfasizza li jeżistu numru ta’ alternattivi, ibbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, għall-prattika tal-UASI. Pereżempju, l-UASI jista’ bħall-Qorti Ġenerali, jawtorizza l-komunikazzjonijiet bil-posta, jew inkella jieħu inkunsiderazzjoni tad-data ta’ meta jintbagħat il-faks u jaċċetta l-provi ta’ użu ġenwin mibgħuta fit-terminu previst, imma li jiġu rċevuti wara li dan jiskadi.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Bħala risposta għall-argument tal-Bord tal-Appell li jgħid li r-rikorrenti kellha mezzi ta’ rikors li ma użatx, din issostni, l-ewwel nett, li, skont il-prattika tal-UASI, talba għal proroga tat-terminu skont ir-Regola 71(1) tar-Regolament Nru 2868/95 mhux neċessarjament kienet se tintlaqa’. It-tieni nett, is-segwitu tal-proċedimenti; permezz tal-ħlas ta’ taxxa, skont l-Artikolu 78a tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 82 tar-Regolament Nru 207/2009), kien ikun impossibbli, peress li l-imsemmi artikolu ma huwiex applikabbli għat-terminu previst fl-Artikolu 43 ta’ dan l-istess regolament. It-tielet nett, ir-<HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> skont l-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 207/2009) jista’ jingħata biss f’numru limitat ħafna ta’ ipoteżi u għalhekk ma jistax jikkostitwixxi alternattiva valida. Barra minn hekk, ma teżisti l-ebda raġuni sabiex rikorrent jirrinunzja għad-drittijiet tiegħu u jħallas taxxa addizzjonali minħabba<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>prattika diskriminatorja<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/> tal-UASI.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li r-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95 tipprovdi li minn jagħmel oppożizzjoni għandu jipproduċi l-prova ta’ użu ġenwin qabel ma jiddekorri t-terminu mogħti, imma mhux li dawn il-provi għandhom jaslu għand l-UASI qabel din id-data. Hija tenfasizza li din ir-Regola għandha tiġi<?PAGE NO="II-967"?> interpretata fid-dawl tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, u li għandha tkun konformi ma’ dawn il-prinċipji.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>L-UASI jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Skont it-termini tar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Fejn il-parti li qed topponi trid tipprovdi l-prova ta’ l-użu jew turi li hemm raġunijiet tajba għal non-użu, l-[UASI] għandu jistiednu biex jipprovdi l-provi meħtieġa fi żmien perjodu speċifikat minnu. Jekk il-parti li qed topponi ma tipprovdix tali provi qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien, l-[UASI] għandu jirrifjuta l-oppożizzjoni.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li t-terminu li tipprovdi huwa ta’ natura imperattiva, li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni mill-UASI ta’ kwalunkwe prova prodotta tardivament [ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20021023">23 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Institut für Lernsysteme vs UASI — Educational Services (ELS), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-388/00" PAGE.ECR="II-4301" YEAR="2002">T-388/00, Ġabra p. II-4301</REF.DOC.ECR>, punt 28].</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>L-istess bħat-termini ta’ lment u ta’ appell, tali terminu huwa ta’ ordni pubbliku u ma jistax jitħalla għad-dispożizzjoni tal-partijiet u tal-imħallef li għandu jivverfika, anki <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk ġiex osservat. Dan it-terminu għandu jirrispondi għall-eżiġenza ta’ ċertezza legali u għall-bżonn li tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti<?PAGE NO="II-968"?> tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19710707">7 ta’ Lulju 1971</DATE>, Müllers vs CES, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="79/70" PAGE.ECR="689" YEAR="1971">79/70, Ġabra p. 689</REF.DOC.ECR>, punt 18; tal-<DATE ISO="19870204">4 ta’ Frar 1987</DATE>, Cladakis vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="276/85" PAGE.ECR="495" YEAR="1987">276/85, Ġabra p. 495</REF.DOC.ECR>, punt 11, u tad-<DATE ISO="20000629">29 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Politi vs Fondation européenne pour la formation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-154/99 P" PAGE.ECR="I-5019" YEAR="2000">C-154/99 P, Ġabra p. I-5019</REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-verifika tal-osservanza ta’ dan it-terminu, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra, bħall-UASI, li r-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-prova hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[pprovduta]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/> mhux meta tintbagħat lill-UASI, imma meta tasal għandu.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fil-fatt, din l-interpretazzjoni hija kkonfermata, fis-sens litterali, permezz tal-użu tal-verb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>jipprovdi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/> il-prova lill-UASI, fil-formulazzjoni tar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95. Dan il-verb fil-fatt jagħti l-idea ta’ spostament jew ta’ trasferiment tal-prova sal-post fejn huwa stabbilit l-UASI, u għalhekk l-enfasi huwa fuq ir-riżultat tal-azzjoni pjuttost milli fuq l-oriġini tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>It-tieni nett, minkejja li la r-Regolament Nru 40/94 u lanqas ir-Regolament Nru 2868/95 ma jinkludu dispożizzjoni ekwivalenti għall-Artikolu 43(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li jipprovdi li hija biss id-data tal-preżentata fir-reġistru li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward tat-termini ta’ proċedura, din l-interpretazzjoni hija konformi mal-istruttura ta’ dawn iż-żewġ regolamenti, fejn ħafna dispożizzjonijiet partikolari tagħhom jipprovdu li, fir-rigward tat-termini ta’ proċedura, id-data li għandha tiġi attribwita lil att hija dik ta’ meta ġie rċevut, u mhux dik ta’ meta jkun intbagħat. L-istess jgħodd, pereżempju, għar-Regola 70(2) tar-Regolament Nru 2868/95, li tgħid li, f’każ ta’ notifika ta’ att ta’ proċedura li jibda jiddekorri terminu, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>riċeviment<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/> tad-dokument nnotifikat jibda jiddekorri t-terminu. L-istess jgħodd għar-Regola 72 tar-Regolament Nru 2868/95, li tgħid li, jekk terminu jiskadi f’ġurnata meta l-UASI ma jkunx jista’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jirċievi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/> dokumenti, it-terminu huwa pprorogat sal-ewwel ġurnata meta l-UASI jkun jista’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>jirċieivi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/>, u r-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95, li tgħid li d-data ta’ meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tasal<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/> it-trażmissjoni l-ġdida<?PAGE NO="II-969"?> jew l-oriġinali ta’ dokument hija kkunsidrata bħala d-data ta’ meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>tasal [tkun waslet]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026"/> il-komunikazzjoni oriġinali, meta din tkun mhux sħiħa.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-UASI josserva ġustament li nstabet soluzzjoni analoga, fil-qasam tal-kawżi tas-servizz pubbliku Komunitarju, permezz ta’ ġurisprudenza stabbilita li interpretat l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens li l-ilment huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ippreżentat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027"/> mhux meta jintbagħat lill-istituzzjoni, imma meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>jasal<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028"/> għand din tal-aħħar (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19811126">26 ta’ Novembru 1981</DATE>, Michel vs Il-Parlament, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="195/80" PAGE.ECR="2861" YEAR="1981">195/80, Ġabra p. 2861</REF.DOC.ECR>, punti 8 u 13; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19910925">25 ta’ Settembru 1991</DATE>, Lacroix vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-54/90" PAGE.ECR="II-749" YEAR="1991">T-54/90, Ġabra p. II-749</REF.DOC.ECR>, punti 28 u 29; digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-<DATE ISO="20060515">15 ta’ Mejju 2006</DATE>, Schmit vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="F-3/05" PAGE.ECR="II-A-1-33" PAGE.SUM="I-A-1-9" YEAR="2006">F-3/05, ĠabraSP p. I-A-1-9 u II-A-1-33</REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, din l-interpretazzjoni hija l-iktar waħda li tista’ tissodisfa l-eżiġenza ta’ ċertezza legali. Hija tiggarantixxi fil-fatt determinazzjoni ċara u osservanza stretta tal-bidu tad-dekorrenza u tat-tmiem tat-terminu msemmi fir-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-ħames nett, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, din l-interpretazzjoni tissodisfa wkoll il-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, sa fejn tippermetti metodi identiċi tal-kalkolu tat-termini għall-partijiet kollha, tkun xi tkun ir-residenza jew in-nazzjonalità tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jew ta’ nondiskriminazzjoni jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenza<?PAGE NO="II-970"?> tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Campoli vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-71/07 P" PAGE.ECR="I-5887" YEAR="2008">C-71/07 P, Ġabra p. I-5887</REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ċertament huwa minnu, kif jammetti l-UASI, li l-partijiet stabbiliti jew residenti f’distanza kbira minn Alicante (Spanja) jistgħu jkunu żvantaġġati meta mqabbla ma’ oħra, stabbiliti jew residenti viċin din il-belt, meta jikkomunikaw miegħu bil-posta.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt biss li ż-żmien sakemm tasal ittra permezz tal-posta jvarja skont il-pajjiż minn fejn intbagħtet l-ittra ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li l-kunsiderazzjoni tad-data meta ġew rċevuti l-provi prodotti skont ir-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95 toħloq diskriminazzjoni bejn il-persuni kkonċernati, skont il-pajjiż fejn jinsabu meta jibagħtu dawn il-provi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Lofaro vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-293/07 P" PAGE.ECR="II-B-1-531" PAGE.SUM="I-B-1-85" YEAR="2008">T-293/07 P, ĠabraSP p. I-B-1-85 u II-1-531</REF.DOC.ECR>, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fil-fatt, skont il-punt 1.2 tal-Linji Ġwida dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI, adottati f’Novembru 2005, it-termini stabbiliti mill-UASI huma, bħala regola, ta’ xahrejn. Fir-rigward tal-produzzjoni tal-prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti, dan it-terminu huwa normalment biżżejjed sabiex jippermetti lill-parti li topponi turi d-diliġenza kollha meħtieġa minn persuna normalment informata, tkun fejn tkun fuq it-territorju tal-Unjoni li tiġbor u tikkomunika l-provi, speċjalment peress li l-persuna interessata għandha tistenna li tintalab tali komunikazzjoni mill-parti l-oħra, skont l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-fatt li ż-żmien sabiex ittra tasal Alicante bil-posta jvarja skont il-pajjiż minn fejn intbagħtet huwa sa ċertu punt ikkumpensat bil-possibbiltà għal kull parti<?PAGE NO="II-971"?> kkonċernata, meta l-fatti jkunu jiġġustifikaw dan, li titlob proroga tat-terminu, skont ir-Regola 71(1) tar-Regolament Nru 2868/95. Barra minn hekk, ir-Regola 72(4) tal-imsemmi regolament tipprovdi li, jekk, każijiet eċċezzjonali, bħal katastrofi naturali jew strajk, jinterrompu jew ifixklu l-komunikazzjonijiet bejn il-partijiet fil-proċedimenti u l-UASI, il-president ta’ dan jista’ jiddeċiedi li għall-partijiet għall-proċedimenti li għandhom ir-residenza tagħhom jew l-uffiċju rreġistrat f’dan l-Istat Membru jew li għażlu rappreżentanti li għandhom l-uffiċju rreġistrat tagħhom f’dan l-Istat Membru kkonċernat, it-termini kollha li, normalment, jiskadu fil-ġurnata meta seħħew dawn il-fatti, jew wara, skont kif jiddetermina, huma prorogati sad-data li jagħżel.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, id-diskriminazzjoni allegata hija fi kwalunkwe każ innewtralizzata bil-possibbiltà offerta lill-persuni kollha li jikkomunikaw mal-UASI permezz ta’ faks, skont ir-Regola 80 tar-Regolament Nru 2868/95. Peress li b’dan il-mod il-komunikazzjoni hija immedjata, it-teħid inkunsiderazzjoni tad-data ta’ meta ġew rċevuti l-provi ma huwiex ta’ natura li tiżvantaġġa lill-persuni skont il-pajjiż fejn jinsabu meta ssir il-komunikazzjoni ta’ dawn il-provi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Lofaro vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ma tistax tillimita ruħha sabiex tippretendi li l-komunikazzjonijiet voluminużi ma jistgħux jintbagħtu mingħajr problemi permezz ta’ faks. Mhux biss din l-affermazzjoni ma ġiet bl-ebda mod sostnuta, iżda hija kontradetta, fil-fatt, bid-data mibgħuta mill-UASI, b’mod partikolari dawk relatati mal-każ li wassal għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20090325">25 ta’ Marzu 2009</DATE> Anheuser-Busch/OHMI — Budějovický Budvar (BUDWEISER) (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-191/07" PAGE.ECR="II-691" YEAR="2009">T-191/07, Ġabra p. II-691</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eventwalità ta’ problema matul komunikazzjoni permezz ta’ faks, li għandha l-konsegwenza li dak li jiġi riċevut permezz ta’ faks ma huwiex sħiħ jew ma<?PAGE NO="II-972"?> jinqarax, hija preċiżament prevista mir-Regola 80(2) tar-Regolament Nru 2868/95, li tippermetti f’dan il-każ lill-parti vittma ta’ din il-problema li tikseb terminu ġdid. Barra minn hekk fis-sentenza Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta’ għodda bl-elettriku safra u sewda, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni huwa estiż għall-komunikazzjonijiet permezz ta’ faks ta’ dokumenti bil-kulur.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikorrenti ma tistax issostni li l-Bord tal-Appell kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi qies id-data meta rċeviet il-komunikazzjoni tagħha sabiex jivverifika l-osservanza tat-terminu mogħti, skont ir-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li l-ksur allegat tal-prinċipju ta’ kompetizzjoni leali huwa bbażat fuq il-premessa ta’ tali ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, dan ma ġiex stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Għall-bqija, ir-rikorrenti ma żviluppat l-ebda lment jew argument ieħor relatat mal-ksur allegat tal-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 40/94. Għalhekk, dan ma ġiex stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Minn dak kollu li jippreċedi jirriżulta li t-tielet motiv għandu jiġi miċħud u, miegħu, ir-rikors fl-intier tiegħu, mingħajr ma hemm bżonn li jiġi deċiż dwar l-ammissibbiltà tar-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-973"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Peress illi r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż skont it-talba tal-UASI.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ifemy’s Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Forwood</P><P>Schwarcz</P><P>Popescu</P><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>