11.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1924

tal-10 ta’ Ottubru 2022

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Fid-19 ta’ Diċembru 2002, wara lment iippreżentat mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”) u mill-Indoneżja (“l-investigazzjoni oriġinali”) (2). Bir-Regolament (KE) Nru 435/2004 (3), il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju, li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja (“il-miżuri oriġinali”).

(2)

Il-miżuri oriġinali sussegwentement kienu soġġetti għal żewġ rieżamijiet ta’ skadenza (4) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“ir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti”) u għal rieżami interim parzjali (5) skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(3)

Il-miżuri oriġinali applikaw għall-importazzjonijiet kollha taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja, bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju prodott mill-produtturi esportaturi Ċiniżi Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited (il-kumpaniji jappartjenu għall-istess grupp u jissejħu wkoll “Fang Da”). Rata tad-dazju żero kienet oriġinarjament determinata għal dawn il-kumpaniji, peress li ma nstab l-ebda dumping (6).

(4)

F’konformità mar-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO fil-kawża Messiku — Miżuri Anti-dumping Definittivi fuq iċ-Ċanga u r-Ross (7), Fang Da ma ġiex eżaminat fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti tal-miżuri kif impost mir-Regolament (KE) Nru 435/2004 u ma kienx soġġett għall-miżuri fis-seħħ wara dawn ir-rieżamijiet.

(5)

Fit-12 ta’ Awwissu 2015, wara lment ippreżentat mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni taċ-ċikalamt tas-sodju li joriġina mir-RPĊ, limitat għall-grupp Fang Da (8). Permezz tar-Regolament (UE) 2016/1159 (9), il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ u prodott minn Fang Da.

(6)

B’riżultat ta’ dan, ir-rata tad-dazju applikabbli għall-Indoneżja varjat minn EUR 0,24/kg sa EUR 0,27/kg, u għar-RPĊ, minn EUR 0,23/kg sa EUR 1,17/kg (“il-miżuri fis-seħħ”).

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(7)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (10), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(8)

It-talba għal rieżami tressqet fl-14 ta’ April 2021 minn Productos Aditivos S.A. (“l-applikant”), l-uniku manifattur taċ-ċiklamat tas-sodju fl-Unjoni u li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni taċ-ċiklamat tas-sodju. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ u r-rikorrenza tad-dumping mill-Indoneżja kif ukoll il-kontinwazzjoni tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni (11) kkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu mill-Indoneżja.

(9)

L-applikant jitlob ir-rieżami ta’ skadenza tal-miżuri imposti kemm skont ir-Regolament (UE) 2016/1159 kif ukoll skont ir-Regolament (UE) 2016/1160 (12).

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(10)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fis-16 ta’ Lulju 2021, bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Din ippubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.4.   Perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu kkunsidrat

(11)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “RIP”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.5.   Partijiet interessati

(12)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikant, lill-produtturi magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

(13)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw fuq il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Il-partijiet ma talbux seduta.

1.6.   Kummenti dwar il-bidu

(14)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mill-Gvern tal-Indoneżja (“GTI”). Il-GTI saħaq li peress li d-dazji anti-dumping ilhom fis-seħħ mill-2004, kwalunkwe dannu kkawżat mill-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami ġie rrimedjat bis-sħiħ. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li f’każ li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha b’dannu, fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, inkluż dannu kkawżat mill-industrija tal-Unjoni stess, bħal ġestjoni ħażina jew preferenza tal-konsumatur, li jista’ jiddetermina li l-utenti jkunu jippreferu l-prodott importat aktar milli l-prodott domestiku, u jenħtieġ li l-Kummissjoni tinvestiga dawn il-fatturi.

(15)

Il-Kummissjoni tinnota li l-GTI ma ppreżenta l-ebda evidenza b’appoġġ għall-pretensjoni tiegħu u għalhekk ġiet miċħuda bħala mhux issostanzjata. B’hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-talba pprovdiet biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta f’kontinwazzjoni u rikorrenza ta’ dumping u f’kontinwazzjoni u rikorrenza ta’ dannu, u b’hekk tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-pretensjonijiet imressqa mill-GTI, filwaqt li ma kinux sostanzjati, ġew eżaminati fid-dettall matul l-investigazzjoni, u huma indirizzati aktar hawn taħt.

1.7.   Kampjunar

(16)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.7.1.   Kampjunar tal-importaturi

(17)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(18)

Peress li importatur mhux relatat wieħed biss ippreżenta ruħu bl-informazzjoni meħtieġa, ma kienx neċessarju li jiġu kampjunati l-importaturi mhux relatati.

1.7.2.   Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati

(19)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ u fl-Indoneżja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjonijiet tar-RPĊ u tal-Indoneżja għall-Unjoni Ewropea rispettivament biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li setgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(20)

L-ebda produttur esportatur fil-pajjiżi kkonċernati ma pprovda l-informazzjoni mitluba u l-ebda wieħed ma qabel li jiġi inkluż fil-kampjun.

1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(21)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, lill-Gvern tar-RPĊ (“GTĊ”).

(22)

Il-Kummissjoni bagħtet links għall-kwestjonarji lill-uniku produttur tal-Unjoni u lill-importatur mhux relatat li pprovda l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta’ Bidu. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (14) fil-jum tal-bidu.

(23)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mill-uniku produttur tal-Unjoni, importatur mhux relatat wieħed u żewġ utenti tal-Unjoni.

1.9.   Verifika

(24)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku, twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Produttur tal-Unjoni

—

Productos Aditivos S.A., Montcada i Reixac, Spanja.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(25)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri ċ-ċiklamat tas-sodju, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2929 90 00 (il-kodiċi TARIC 2929900010) (“il-prodott taħt rieżami”).

(26)

Iċ-ċiklamat tas-sodju huwa prodott ta’ komodità użat bħala addittiv alimentari u huwa użat b’mod mifrux bħala dolċifikant mill-agroindustrija, kif ukoll mill-produtturi ta’ dolċifikanti tal-kċina li huma baxxi fil-kaloriji u djetetiċi. Jintużaw ukoll volumi żgħar mill-industrija farmaċewtika.

(27)

Iċ-ċiklamat tas-sodju huwa sustanza pura kimikament. Madankollu, bħalma huwa l-każ għal kull sustanza kimika pura, jista’ jinkludi proporzjon żgħir ta’ impuritajiet fl-ammonti ta’ mg/kg tal-prodott. Il-kontenut tal-impuritajiet, li huwa determinat mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jiddefinixxi l-kwalità taċ-ċiklamat tas-sodju. Iċ-ċiklamat tas-sodju jista’ jinstab f’żewġ forom differenti: idrat (HC), bi 15 % ta’ ndewwa; u anidru (AC), b’kontenut ta’ ndewwa ta’ mhux aktar minn 1 %. Dawn iż-żewġ forom taċ-ċiklamat tas-sodju għandhom l-istess karatteristiċi u użi ewlenin; dawn ivarjaw biss fil-grad ta’ ħlewwa tagħhom; it-tip HC huwa inqas ħelu minħabba l-kontenut tal-ilma. Il-prezzijiet ivarjaw minħabba l-istess raġuni. It-tip AC jiswa aktar flus milli fil-forma HC. Għalhekk, jenħtieġ li ż-żewġ forom jiġu kkunsidrati bħala prodott wieħed għall-finijiet ta’ dan il-proċediment.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(28)

Il-prodott ikkonċernat f’din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja.

2.3.   Prodott simili

(29)

Bl-istess mod kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

—

il-prodott ikkonċernat;

—

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiżi kkonċernati; u

—

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(30)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Ir-RPĊ

3.1.1.   Kummenti preliminari

(31)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ.

(32)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju mir-RPĊ komplew f’livelli għoljin. Skont Comext (15), l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju mir-RPĊ irrappreżentaw bejn [51 % u 66 %] tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbla ma’ bejn 38 % u 45 % fis-suq tal-Unjoni matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, filwaqt li għall-Indoneżja bejn 0 % u 2 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbla ma’ 0 % u 1 % tas-suq tal-Unjoni matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. F’termini assoluti, il-volumi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ (għajr l-importazzjonijiet mill-esportatur Fang Da) u mill-Indoneżja kienu f’livelli simili fir-rieżami ta’ skadenza attwali meta mqabbla mar-rieżami ta’ skadenza preċedenti.

(33)

Kif imsemmi fil-premessa (23), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, fil-31 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(34)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni (jiġifieri, l-applikant) u informazzjoni minn sorsi oħra disponibbli għall-pubbliku, b’mod partikolari l-Global Trade Atlas (“GTA”) (16).

3.1.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ

(35)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(36)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(37)

Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, fl-10 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(38)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, it-Tajlandja tista’ tkun pajjiż rappreżentattiv xieraq possibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li jiġi ddeterminat il-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi xierqa possibbli oħra f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(39)

Fit-8 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni informat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, ix-xogħol u l-enerġija użati fil-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Arġentina, il-Malażja u t-Tajlandja bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar l-Ewwel Nota.

(40)

Fil-5 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni informat b’nota oħra (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. Fit-Tieni nota, il-Kummissjoni identifikat lill-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti bbażati fuq id-data tal-kumpanija Ajinomoto (Malaysia) Berhad (“Ajinomoto Malaysia”), manifattur tal-ikel, tal-ħwawar u tad-dolċifikanti sintetiċi fil-Malażja. Ma wasal l-ebda kumment.

3.1.3.   Valur normali

(41)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(42)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “(f)‘każ li jiġi ddeterminat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

(43)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi Ċiniżi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.1.3.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(44)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar l-aċesulfam K (17) li joriġina mir-RPĊ, il-Kummissjoni sabet li fis-setturi kimiċi u petrokimiċi fir-RPĊ kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. F’dik l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa wkoll.

(45)

F’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali mill-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (18).

(46)

B’mod partikolari, fl-investigazzjoni dwar l-aċesulfam K, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (19).

(47)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li l-GTĊ kien ukoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (20).

(48)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta wkoll fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi nominati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (21).

(49)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (22).

(50)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-kimika fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku (23), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-kumpaniji fir-RPĊ (24).

(51)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tal-kimika fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami.

(52)

Il-Kummissjoni wettqet l-analiżi abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fir-rapport tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina (25) (“ir-Rapport”), li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli.

(53)

It-talba f’dan il-każ irreferiet għar-Rapport, b’mod partikolari għall-Kapitolu 16 li jiddeskrivi s-settur Ċiniż tal-kimika.

(54)

Il-Kummissjoni ssupplimentat aktar l-informazzjoni li tinsab fit-talba bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(55)

Fis-settur tal-kimika, jippersisti grad sinifikanti ta’ sjieda u kontroll mill-GTĊ (26) fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn kwalunkwe esportatur Ċiniż tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon preċiż ta’ produtturi privati u dawk tal-Istat taċ-ċiklamat tas-sodju ma setax jiġi ddeterminat aktar.

(56)

Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet li għadd ta’ produtturi Ċiniżi taċ-ċiklamat tas-sodju huma proprjetà tal-Istat, bħal Tianjin North Food Co. Ltd., li huwa 100 % kkontrollat minn Tianjin Bohai Light Industry Investment Group Co., li huwa proprjetà tal-Istat (27).

(57)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-Partit Komunist Ċiniż (“CCP”) u l-kumpaniji li jimmanifatturaw l-prodott taħt rieżami. Sabiex jingħata eżempju, f’Tianjin North Food Co. Ltd. li jissemma hawn fuq, il-President tal-Bord tad-Diretturi fl-istess ħin għandu l-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-organizzazzjoni tal-Partit tal-Kumpanija (28).

(58)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-kimika huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida politika. Bħal fi kwalunkwe settur ieħor fir-RPĊ, dawn il-produtturi huma ristretti li jospitaw attivitajiet tal-bini tal-Partit u jżommu affiljazzjoni mill-qrib mas-CCP u mal-ideoloġija tiegħu. L-eżempji li ġejjin juru x-xejra ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ li qed jiżdied fis-settur taċ-ċiklamat tas-sodju wkoll.

(59)

L-ewwel nett, l-investigazzjoni żvelat attivitajiet ta’ bini tal-Partit f’Tianjin Bohai Light Industry Group. Is-sit web tal-kumpanija, b’referenza għal laqgħa f’April 2021 tal-Kumitat Dixxiplinari tal-Grupp, jiddikjara li “l-Kumitat Dixxiplinari tal-Kumpanija tal-Grupp organizza laqgħa tal-grupp ta’ koordinazzjoni għall-promozzjoni ta’ ġestjoni onesta li tirrappreżenta l-istil tal-Partit u ħidma kontra l-korruzzjoni, bl-għan li jiġi inċentivat feedback mill-ispezzjoni ċentrali responsabbli mill-ispezzjoni u l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ rettifika, biex jiġu implimentati bir-reqqa l-kompiti ewlenin tal-Kumitat Dixxiplinari Muniċipali u tat-Tim ta’ Spezzjoni u Superviżjoni Dixxiplinari tal-Kumitat Muniċipali tal-Partit SASAC fl-2021 u li jingħata widen lill-kollegi responsabbli rilevanti tad-Dipartiment tal-Iżvilupp Strateġiku tal-Kumpanija tal-Grupp, id-Dipartiment ta’ Ġestjoni Finanzjarja, id-Dipartiment tal-Ġestjoni tal-Operazzjonijiet, u d-Dipartiment tal-Ġestjoni tal-Konformità fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riforma ta’ sjieda mħallta tal-intrapriżi tal-Istat” (29).

(60)

L-alleanza għat-tmexxija tas-CCP hija kkonfermata wkoll mir-referenza li ġejja relatata maċ-ċelebrazzjonijiet tal-100 anniversarju tal-Partit fi ħdan il-Grupp f’Lulju 2021: “Kulħadd esprima li huwa meħtieġ li wieħed jisma’ b’mod leali l-kliem tal-Partit, li jkun grat għall-Partit, u jsegwi l-Partit. “Smajt id-diskors importanti tas-Segretarju Ġenerali fil-laqgħa ta’ ċelebrazzjoni, u kont eċċitat ħafna. Jien dejjem se ngħaddi lil ħaddieħor l-ispirtu kbir tat-twaqqif tal-Partit, nimplimenta l-intenzjoni oriġinali, inwettaq il-missjoni b’mod kuraġġuż, sabiex inżid il-kontribut dovut tiegħi għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-Grupp”, qal Gao Lei, membru eċċellenti tal-Partit Komunista tal-Grupp Boqing u viċi direttur tad-Dipartiment tal-Ġestjoni tal-Konformità tal-Grupp” (30).

(61)

L-interferenzi tas-CCP ma humiex limitati għal kumpaniji tal-Istat. L-investigazzjoni wriet li r-rwol ta’ sorveljanza u r-rwol ta’ gwida politika tal-Partit jestendu wkoll għal kumpaniji privati. Dan l-eżempju jipprovdi artiklu ppubblikat mill-amministrazzjoni tad-distrett ta’ Jianan (31), li jikkonċerna ż-Żona Nazzjonali ta’ Żvilupp Ekonomiku u Teknoloġiku ta’ Xuchang (32): “Is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit Muniċipali, mar fiż-Żona Nazzjonali ta’ Żvilupp Ekonomiku u Teknoloġiku ta’ Xuchang biex jinvestiga l-kostruzzjoni ta’ proġetti ewlenin […] [Huwa] fittex fid-dettall dwar ordnijiet, akkwist ta’ partijiet, eċċ. […] Fis-sit tal-proġett ta’ Ruida Food Additives Co. Ltd., b’output annwali ta’ 15 000 tunnellata ta’ ċiklamat tas-sodju, l-investituri minn Tianjin Pharmaceutical Group (SOE) ripetutament faħħru lil Xuchang għall-ambjent kummerċjali tajjeb tiegħu. [Is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit Muniċipali] esprima t-tama li Tianjin Pharmaceutical Group isaħħaħ il-fiduċja tiegħu fl-investiment u jieħu lil Xuchang bħala l-punt ta’ appoġġ. […] Bħala żona avvanzata tal-agglomerazzjoni tal-manifattura u punt reġjonali tat-tkabbir ekonomiku, iż-Żona Nazzjonali ta’ Żvilupp Ekonomiku u Teknoloġiku ta’ Xuchang trid timplimenta bir-reqqa l-ħsieb ekonomiku ta’ Xi Jinping għal era ġdida ta’ ekonomija soċjalista b’karatteristiċi Ċiniżi, timplimenta bis-sħiħ u b’mod akkurat il-kunċett il-ġdid ta’ żvilupp, iżżomm ħsieb ċar f’kull ħin, u ttejjeb is-sens ta’ responsabbiltà u ta’ kriżi. Abbażi tax-xejra l-ġdida ta’ żvilupp ta’ “ċirkolazzjoni doppja”, issaħħaħ l-ippjanar ta’ industriji ewlenin u tiffoka fuq it-tisħiħ tal-potenzjal ta’ żvilupp.” Ir-referenza diretta għall-produttur ta’ sjieda privata taċ-ċiklamat tas-sodju Xuchang Ruida Food additives, 100 % proprjetà ta’ Ruida Bio-Technology (33) (34)fil-kuntest tal-politiki industrijali tas-CCP li ż-żona industrijali hija mistennija ssegwi b’mod korrett turi l-influwenza tal-Partit fuq l-imġiba kummerċjali ta’ operaturi ekonomiċi individwali, irrispettivament mit-tip ta’ sjieda.

(62)

Barra minn hekk, ġie stabbilit li fis-settur taċ-ċiklamat tas-sodju hemm fis-seħħ politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku. L-addittivi alimentari, bħall-prodott taħt rieżami, jitqiesu bħala essenzjali għall-politika dwar is-sikurezza alimentari u huma riflessi kif xieraq fit-13-il Pjan ta’ Ħames snin dwar l-Innovazzjoni Teknoloġika tal-Ikel (35). Id-dolċifikanti sintetiċi kimiċi huma elenkati wkoll fil-verżjoni tal-2019 tal-Katalogu ta’ Gwida għal aġġustament strutturali tal-industrija (36), u għalhekk huma soġġetti għall-politiki rispettivi tal-gvern fis-seħħ.

(63)

L-Istat jinterferixxi wkoll fis-swieq tal-inputs użati għall-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju, b’mod partikolari fis-swieq tal-elettriku. Filwaqt li l-elettriku huwa wieħed mill-inputs ewlenin fil-manifattura taċ-ċiklamat tas-sodju, il-prezzijiet tal-elettriku ma humiex ibbażati fuq is-suq fir-RPĊ u huma affettwati wkoll minn distorsjonijiet sinifikanti (permezz tal-iffissar tal-prezzijiet ċentrali, id-differenzjazzjoni tal-prezzijiet u l-prattiki diretti tax-xiri tal-enerġija), kif stabbilit fir-Rapport (37).

(64)

Filwaqt li s-suq tal-enerġija fiċ-Ċina għadda minn għadd ta’ bidliet u riformi, xi prezzijiet rilevanti għas-sistema tal-enerġija għadhom ma humiex ibbażati fuq is-suq. Il-gvern jirrikonoxxi li l-prezzijiet għadhom fil-biċċa l-kbira kkontrollati mill-Istat: “Il-ġestjoni attwali tal-prezzijiet tal-elettriku għadha bbażata fuq il-prezzijiet tal-gvern. L-aġġustamenti fil-prezzijiet spiss ma jlaħħqux mal-bidliet fil-kostijiet u l-kostijiet tal-użu tal-elettriku huwa diffiċli li jiġu riflessi fil-ħin u b’mod raġonevoli […] Għadu ma ġiex stabbilit mekkaniżmu kompetittiv effettiv għall-bejgħ tal-elettriku, it-tranżazzjonijiet tas-suq bejn l-intrapriżi u l-utenti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku huma limitati u huwa diffiċli li jiġi involut ir-rwol deċiżiv tas-suq fl-allokazzjoni tar-riżorsi” (38).

(65)

Din id-dgħufija tas-suq ikkaġunata mill-Istat hija fl-oriġini ta’ aktar tentattivi biex jiġi ġestit is-suq, li hija riflessa f’għadd ta’ dokumenti amministrattivi sussegwenti. Pereżempju, f’Novembru 2020, l-NDRC ħarġet in-Notice on promoting the signing of mid to long-term 2021 electricity contracts (39).

(66)

Id-dokument jagħti struzzjonijiet biex “id-dipartimenti kompetenti tal-gvernijiet lokali […] jagħmlu sforz biex jiżgura li l-volum tal-elettriku kkuntrattat ma jkunx inqas minn 80 % tal-volum medju matul l-aħħar tliet snin”, u fir-rigward tal-ipprezzar biex “jiġi stabbilit mekkaniżmu għas-soluzzjoni tad-devjazzjoni […] fir-regolamenti tas-suq lokali biex jiġu indirizzati d-devjazzjonijiet bejn il-volum tal-enerġija kkuntrattat u l-implimentazzjoni reali” u biex “jittejjeb il-mekkaniżmu tal-prezz tat-tranżazzjoni fuq terminu medju u dak twil. Il-lokalitajiet kollha għandhom jimplimentaw b’mod strett il-prezzijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija kif approvati mill-gvern.”

(67)

In-Notifika fiha wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-implimentazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ traċċar għall-progress fl-iffirmar tal-kuntratt, jew bit-tisħiħ tal-monitoraġġ, tat-tixrid u tal-infurzar tal-kuntratti (40).

(68)

Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku fis-settur tal-kimika msemmi hawn fuq fil-premessa (49) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami.

(69)

Is-settur tal-kimika huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (50). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fir-RPĊ).

(70)

Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-kimika ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (50). Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(71)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa numru ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt rieżami jixtru jew jikkuntrattaw għal dawn l-inputs, il-prezzijiet li jitħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għal distorsjonijiet; huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital; u huma soġġetti għas-sistema ta’ pjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(72)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport.

(73)

Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-ammont ta’ ħaddiema, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

(74)

F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

(75)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-ammont ta’ ħaddiema, ma humiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles minħabba li dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati.

(76)

Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(77)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.1.3.2.   Pajjiż rappreżentattiv

3.1.3.2.1.   Rimarki ġenerali

(78)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

—

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (41).

—

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (42).

—

Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

—

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(79)

Kif spjegat fil-premessi (39) u (40), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tat-8 ta’ Marzu 2022 u t-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-5 ta’ Mejju 2022. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lill-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

3.1.3.2.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(80)

Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni spjegat li ċ-ċiklamat tas-sodju ma kienx jidher li ġie prodott fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ f’konformità mal-kriterji msemmija fil-premessa (78). Ġie prodott biss fir-RPĊ, fl-Indoneżja u fl-UE.

(81)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni qieset jekk kienx hemm produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur bħall-prodott taħt rieżami. Konsegwentement, il-Kummissjoni indikat li se tqis il-produzzjoni ta’ dolċifikanti, aromatizzanti u addittivi alimentari, li kienu prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħaċ-ċiklamat tas-sodju, biex tistabbilixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(82)

Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Arġentina, il-Malażja u t-Tajlandja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri kollha huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġu manifatturati l-prodotti fl-istess kategorija ġenerali.

3.1.3.2.3.   Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(83)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat kumpanija fl-Arġentina, kumpanija fil-Malażja u erba’ kumpaniji fit-Tajlandja li għalihom l-informazzjoni finanzjarja għall-prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt rieżami kienet faċilment disponibbli fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet (43) jew fis-sit web tal-kumpanija.

(84)

Fir-rigward tal-Arġentina, il-Kummissjoni sabet informazzjoni finanzjarja disponibbli faċilment għal produttur wieħed tal-prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt rieżami, Laboratorios Argentinos Farmesa, ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħaċ-ċiklamat tas-sodju, fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet għall-2020, iżda ma sabitx rapporti finanzjarji ppubblikati.

(85)

Fir-rigward tal-Malażja, il-Kummissjoni sabet rapporti finanzjarji ppubblikati faċilment disponibbli għal produttur wieħed tal-prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt rieżami, Ajinomoto Malaysia, għas-snin finanzjarji li ntemmu fil-31 ta’ Marzu 2018, 2019, 2020 u 2021 (44), kif ukoll data finanzjarja faċilment disponibbli għal dik il-kumpanija fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet.

(86)

Fir-rigward tat-Tajlandja, il-Kummissjoni sabet data finanzjarja faċilment disponibbli għal tliet produtturi ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali, bħall-prodott taħt rieżami, fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet, għal wieħed minnhom is-sena finanzjarja ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2020 u għat-tnejn l-oħra s-sena finanzjarja ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2021. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet ukoll data faċilment disponibbli għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2021 għal Ajinomoto Company (Thailand) Ltd. Madankollu, l-informazzjoni finanzjarja ta’ Ajinomoto Company (Thailand) Ltd ġiet inkorporata fir-rapport annwali tal-Ajinomoto Group mingħajr l-ebda dikjarazzjoni separata għall-Ajinomoto Company (Thailand). Id-data għat-tliet kumpaniji l-oħra Tajlandiżi ma ntużatx peress li d-data tagħhom jew ma koprietx ħafna mill-PIR u/jew ma għamlux il-kontijiet awditjati sħaħ tagħhom disponibbli fuq is-siti web tagħhom.

(87)

Fid-dawl ta’ dan ta’ fuq, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-kumpanija Malażjana Ajinomoto Malaysia tkun l-aktar sors xieraq biex jiġu stabbiliti l-SG&A u l-profitti għall-kalkolu tal-valur normali. Ir-rapporti finanzjarji awditjati li jikkoinċidu mal-perjodu ta’ rieżami b’9 xhur huma faċilment disponibbli għal Ajinomoto Malaysia u jippermettu kalkolu affidabbli tal-SGA u tal-marġni ta’ profitt għall-kalkolu tal-valur normali. Barra minn hekk, Ajinomoto Malaysia hija kumpanija kbira u għandha produzzjoni sinifikanti ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt rieżami. Min-naħa l-oħra, kif spjegat hawn fuq, l-informazzjoni għal Ajinomoto Company (Thailand) ġiet konsolidata fil-livell tal-grupp mingħajr l-ebda dikjarazzjoni separata tad-data finanzjarja għal Ajinomoto Thailand.

(88)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data finanzjarja ta’ Ajinomoto Malaysia, li kienet tinkludi aromatizzanti u addittivi alimentari, kienet xierqa għall-fini ta’ dan ir-rieżami.

(89)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni fl-Arġentina, fil-Malażja u fit-Tajlandja. Ġie nnotat li għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju, perċentwal sinifikanti tal-importazzjonijiet ta’ materja prima fl-Arġentina, fil-Malażja u fit-Tajlandja oriġina miċ-Ċina. Il-kwantitajiet Ċiniżi kienu sinifikanti għall-karbonju attiv għat-tliet pajjiżi kollha. Għall-aċidu sulfamiku, il-kwantitajiet kienu sinifikanti għall-Arġentina u għat-Tajlandja. Għaċ-ċikloeżilammina, il-kwantitajiet kienu sinifikanti għall-Malażja u għat-Tajlandja. Minbarra dan, il-kwantitajiet huma sinifikanti għall-aċidu idrokloriku għat-Tajlandja. Dan kien ukoll il-każ għal pajjiżi rappreżentattivi possibbli oħra bħall-Brażil, il-Filippini, il-Perù, ir-Russja, il-Każakistan, it-Turkija u l-Afrika t’Isfel, li għalihom il-Kummissjoni ma setgħetx issib produtturi ta’ prodotti simili b’informazzjoni finanzjarja faċilment disponibbli. Il-Messiku u l-Kolombja rrapportaw volum raġonevoli ta’ importazzjonijiet ta’ dawn il-fatturi ta’ produzzjoni minn pajjiżi oħra. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx issib produtturi ta’ prodotti simili b’informazzjoni finanzjarja faċilment disponibbli f’dawn il-pajjiżi.

(90)

Għalhekk, filwaqt li l-volum għoli ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ għall-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq jista’ jkollu effett distorsiv fuq il-prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, meta jitqies li l-investigazzjoni attwali hija rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li ma teħtieġx kalkolu preċiż tal-marġni tad-dumping, iżda pjuttost li tiġi stabbilita l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorreza tad-dumping, il-Kummissjoni qieset li, f’dan il-każ, tista’ tuża l-prezz tal-importazzjoni minn pajjiżi oħra skont il-metodoloġija ddikjarata fil-premessa (100), minkejja l-volum għoli ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ.

(91)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, bit-Tieni Nota l-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li hija kellha l-ħsieb li tuża lill-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija Ajinomoto (Malaysia) Berhad, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(92)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Ajinomoto (Malaysia) Berhad bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv. Ma wasal l-ebda kumment.

3.1.3.2.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(93)

Wara li ġie stabbilit li l-Malażja kien il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza tar-Regolament bażiku.

3.1.3.2.5.   Konklużjoni

(94)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Malażja ssodisfat il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.1.3.3.   Sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(95)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-ammont ta’ ħaddiema użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produttur esportatur u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

(96)

Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Istitut tal-Informazzjoni u tal-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (ILMIA) (45) biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-manodopera u tal-elettriku ppubblikati mill-kumpanija tal-elettriku Tenaga Nasional Berhad (TNB) fis-sit web tagħha (46) għall-kostijiet tal-elettriku. Għall-istatistika tal-prezzijiet tal-gass, tuża d-data ppubblikata mill-Kummissjoni Malażjana tal-Enerġija (Suruhanjaya Tenaga) fis-sit web tagħha (47) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tagħha.

3.1.3.3.1.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.1.3.3.1.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(97)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti ppreżentata mill-applikant u miġbura matul iż-żjara ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità fil-Malażja

Valur mingħajr distorsjoni

Unità ta’ kejl

Materja prima

Aċidu Idrokloriku

28061000

28061010

28061020

3,29 CNY

kg

Aċidu Sulfamiku

28111920

7,09 CNY

kg

Ċikloeżilammina

29213000

26,97 CNY

kg

Idrossidu tas-Sodju

28151200

1,15 CNY

kg

Karbonju Attivat (Karbonju)

38021000

18,89 CNY

kg

Manodopera

Manodopera diretta u indiretta fis-settur tal-manifattura

[MHUX APPLIKABBLI]

53,6 CNY

Fis-siegħa

Enerġija

Elettriku

[MHUX APPLIKABBLI]

0,54 CNY

kwh elettriku

Gass

[MHUX APPLIKABBLI]

0,13 CNY

kwh gass

(98)

Il-Kummissjoni inkludiet ukoll valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-metodoloġija biex jiġi stabbilit dan l-ammont hija spjegata kif xieraq fil-premessa (106).

Materja prima

(99)

L-istruttura tal-kost taċ-ċiklamat tas-sodju hija ddeterminata prinċipalment mill-kostijiet tal-materja prima, jiġifieri diversi sustanzi kimiċi, kif ukoll mill-enerġija.

(100)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrappurtat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessi (44) sa (77) din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi r-RPĊ kif ukoll Membri mhux tad-WTO, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqgħu rappreżentattivi.

(101)

Normalment, jenħtieġ li ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tas-sejba fil-premessa (114), kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tal-firxa eżatta tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Tali aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, għalhekk, tal-marġni tad-dumping.

Manodopera

(102)

Il-Kummissjoni użat l-istatistika ppubblikata mill-Istitut tal-Informazzjoni u tal-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (ILMIA) (49) fil-Malażja biex tiddetermina l-pagi fil-Malażja billi tuża l-informazzjoni għall-kost lavorattiv medju għal kull impjegat fis-settur tal-manifattura għall-perjodu tal-investigazzjoni.

Elettriku

(103)

Il-prezzijiet għall-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Malażja huma ppubblikati mill-kumpanija tal-elettriku Tenaga Nasional Berhad (TNB) fuq is-sit web tagħha (50). L-aktar rati reċenti ġew ippubblikati fl-1 ta’ Jannar 2014 u kienu għadhom applikabbli fil-PIR. Sabiex tistabbilixxi l-kost tal-elettriku għal kull kWh, il-Kummissjoni użat ir-rata tat-tariffa E1 applikabbli għat-tariffa industrijali ġenerali ta’ vultaġġ medju, li tqieset xierqa għall-industrija taċ-ċiklamat tas-sodju.

Gass naturali

(104)

Il-prezz tal-gass naturali għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Malażja huwa ppubblikat mill-Kummissjoni Malażjana tal-Enerġija (Suruhanjaya Tenaga) fuq is-sit web tagħha (51) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tagħha. Il-Kummissjoni użat id-data tal-prezzijiet medji tal-gass industrijali kkonvertiti f’kWh li jkopru l-PIR.

3.1.3.3.1.2.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament

(105)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(106)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data inkluża fit-talba għal rieżami, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura. Dan il-perċentwal imbagħad ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura sabiex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura.

(107)

Biex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq id-data tas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020 għal Ajinomoto Malaysia. Il-Kummissjoni għamlet din id-data disponibbli għall-partijiet interessati fit-Tieni Nota.

3.1.3.4.   Kalkolu tal-valur normali

(108)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(109)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju. Dawn il-proporzjonijiet ta’ konsum ipprovduti mill-applikant ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmoltiplikat l-proporzjonijiet tal-konsum bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Malażja.

(110)

Ladarba ġew stabbiliti l-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Ajinomoto (Malaysia) għas-sena li ntemmet f’Marzu 2021 kif irrapportat fil-kontijiet awditjati tal-kumpanija (52). Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

—

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li b’kollox kienu jammontaw għal [2 % - 4 %] tal-kostijiet diretti tal-manifattura,

—

SG&A, li rrappreżentaw 34,7 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”) ta’ Ajinomoto Malaysia), u

—

Profitti, li ammontaw għal 19,8 % tal-COGS kif miksuba minn Ajinomoto Malasja.

(111)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.1.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(112)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tal-bażi tad-data Comext CIF (Eurostat) aġġustata għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz CIF tnaqqas bil-kost tat-trasport (bil-baħar), tal-assigurazzjoni u tat-trasport domestiku.

3.1.5.   Tqabbil

(113)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq.

3.1.6.   Marġni tad-dumping

(114)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ogħla minn 100 %. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami.

3.2.   L-Indoneżja

3.2.1.   Kummenti preliminari

(115)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju mill-Indoneżja prattikament sparixxew u għalhekk dan il-volum negliġibbli ma setax jifforma l-bażi għas-sejbiet ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping. Il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fit-taqsima li jmiss.

4.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

4.1.   Ir-RPĊ

(116)

Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, kif iddikjarat fil-premessa (114), il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, jekk il-miżuri jitħassru fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ.

(117)

B’konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi/produtturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq is-sejbiet tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti msemmi fil-premessa (5), l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami, l-informazzjoni faċilment disponibbli, u l-GTA. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi, u l-kapaċità ta’ assorbiment possibbli ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi.

4.1.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(118)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi/produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għar-riċerka tagħha stess, id-data miġbura fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, id-data disponibbli fit-talba għar-rieżami u għall-istatistika. Il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża nżammet fil-livell ta’ 75 000-80 000 tunnellata fis-sena f’dawn l-aħħar għaxar snin (53).

(119)

Il-Kummissjoni ma setgħetx issib informazzjoni faċilment disponibbli rigward id-domanda fir-RPĊ għaċ-ċiklamat tas-sodju. Abbażi tal-GTA, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi ammontaw għal madwar 23 000 tunnellata fis-sena matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Il-kapaċità ta’ riżerva tal-produttur esportatur li kkoopera fl-investigazzjoni anti-dumping li twettqet fl-2016 (54) kienet ta’ [5 % -15 %]. Dan huwa approċċ konservattiv peress li ma huwiex probabbli li l-użu tal-kapaċità mal-pajjiż kollu jkun daqstant għoli. Abbażi ta’ dan, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli oħra, anki jekk l-użu tal-kapaċità Ċiniża jkun daqstant għoli, il-Kummissjoni qieset li l-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża kienet [5 % - 15 %] jew [3 750 – 12 000] li hija [1,05 – 2,5] darbiet ogħla mid-domanda totali fl-Unjoni.

4.1.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni u prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi

(120)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi kienet evidenti minħabba l-preżenza kontinwa u massiva tagħhom, anki b’miżuri anti-dumping – li laħqu [51 % - 66 %] tas-sehem mis-suq tal-Unjoni matul il-PIR kif imsemmi fit-tabella 3.

(121)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jżidu saħansitra aktar il-bejgħ għall-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat il-livelli tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq oħra ta’ pajjiżi terzi.

(122)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni użat il-GTA. Instab li l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ([1 807 – 2 650] EUR/tunnellata) kien ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (1 373 EUR/tunnellata). Għalhekk, peress li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti, ikun hemm inċentiv ekonomiku għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jibagħtu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni minflok lejn pajjiżi terzi, jekk il-miżuri jiskadu. F’każ bħal dan, il-produtturi Ċiniżi jkunu jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet ogħla minn dawk lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn, iżda xorta taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

4.1.3.   Kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi

(123)

Kif diġà ġie indikat fir-Regolament (UE) 2016/1160, iċ-ċiklamat tas-sodju huwa pprojbit għall-użu fi prodotti tal-ikel, tax-xorb u dawk farmaċewtiċi f’għadd ta’ swieq kbar ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-Istati Uniti. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni fil-fajl li tindika tkabbir mistenni ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn għaċ-ċiklamat tas-sodju, u lanqas ma kien hemm xi indikazzjoni fil-fajl tad-daqs tas-suq domestiku Ċiniż u t-tkabbir mistenni tiegħu.

(124)

Għalhekk, huwa stmat li l-kapaċità tal-assorbiment ta’ swieq għajr is-suq tal-Unjoni hija pjuttost baxxa u għalhekk, l-Unjoni tkun suq attraenti, kieku l-miżuri jitħallew jiskadu.

4.1.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping

(125)

Abbażi tal-kapaċità żejda msemmija hawn fuq fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, kif muri mill-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ pajjiżi terzi u mill-kapaċità ta’ assorbiment baxx ta’ swieq oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda tal-esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(126)

Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-PIR u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu, kif spjegat fil-premessa (125), il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping.

4.2.   L-Indoneżja

(127)

Il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, jekk il-miżuri jitħassru. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll il-kapaċità ta’ assorbiment possibbli ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi.

(128)

Kif imsemmi fil-premessa (20), l-ebda wieħed mill-esportaturi mill-Indoneżja ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tal-Indoneżja li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tal-produtturi esportaturi fl-Indoneżja. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(129)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, inkluża l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni ta’ rieżami, statistika dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni u informazzjoni oħra faċilment disponibbli.

4.2.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja

(130)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-Indoneżja, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għad-data miġbura fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, id-data disponibbli fit-talba għal rieżami u l-GTA. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għal produttur esportatur Indoneżjan partikolari, il-kapaċità Indoneżjana ġiet stmata fit-tieni rieżami ta’ skadenza bħala mill-inqas 10 000 tunnellata (55). Skont it-talba għal rieżami, il-kapaċità tal-produzzjoni fl-Indoneżja baqgħet l-istess. Abbażi tal-GTA, jista’ jiġi stabbilit li l-esportazzjonijiet Indoneżjani lejn pajjiżi terzi ammontaw għal madwar 2 500 tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Abbażi ta’ dan, il-kapaċità ħielsa tal-Indoneżja għas-suq domestiku tagħha u s-suq tal-Unjoni tista’ tiġi stmata għal 7 500 tunnellata. Din l-istima tista’ titqies bħala konservattiva minħabba li fl-ewwel rieżami ta’ skadenza, fl-2008, il-kapaċità totali Indoneżjana kienet stmata li kienet 18 000 tunnellata.

(131)

Peress li ma hemm l-ebda data disponibbli rigward il-bejgħ domestiku mill-produtturi Indoneżjani, il-kapaċità ħielsa (disponibbli) li tista’ tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni tista’ biss tiġi stmata bejn wieħed u ieħor. Fit-tieni rieżami ta’ skadenza, il-bejgħ domestiku mill-kumpaniji Indoneżjani kien stmat għal 2 000 tunnellata (56), li fuq l-istima tal-kapaċità attwali tal-produtturi Indoneżjani xorta jħalli kapaċità ħielsa ta’ 5 500 tunnellata għas-suq tal-Unjoni. Dan jirrappreżenta iktar minn [115 % – 154 %] tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li hemm kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fl-Indoneżja biex jiżdied il-bejgħ lejn is-suq tal-Unjoni b’mod sinifikanti f’każ li l-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

4.2.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni u prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi

(132)

Abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni u tal-istatistika tal-GTA, il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ([1 807 – 2 650] EUR/tunnellata) kien ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni mill-Indoneżja lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (EUR 1 526/tunnellata). Għalhekk, ikun hemm inċentiv ekonomiku għall-produtturi esportaturi Indoneżjani biex jibagħtu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni minflok lejn pajjiżi terzi, jekk il-miżuri jiskadu. F’każ bħal dan, ikunu jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet ogħla minn dawk lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn, iżda xorta taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(133)

Barra minn hekk, sabiex ikollha indikazzjoni tal-prezzijiet probabbli lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri, il-Kummissjoni qabblet ukoll il-prezz tal-esportazzjoni Indoneżjan lejn pajjiżi terzi mal-valur normali Indoneżjan.

(134)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-Indoneżja, il-Kummissjoni ddeterminat il-valur normali abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza u informazzjoni oħra faċilment disponibbli. Fit-talba, il-valur normali nħadem abbażi tal-komponenti tal-kost tal-produttur tal-Unjoni bħall-materja prima, il-manodopera, l-enerġija u l-ilma, il-manutenzjoni, id-deprezzament u l-ispejjeż ġenerali. Il-kostijiet totali kkalkolati b’dan il-mod żdiedu bi profitt. Il-Kummissjoni aġġustat il-komponenti tal-kost għall-inflazzjoni bejn il-perjodu ta’ referenza użat fit-talba għal rieżami (jiġifieri l-2020) u l-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Barra minn hekk, il-Kummissjoni aġġustat il-kostijiet tal-materja prima u lavorattivi abbażi ta’ informazzjoni faċilment disponibbli.

(135)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mill-Indoneżja, il-Kummissjoni użat informazzjoni oħra disponibbli biex tistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni. Intużat statistika tal-esportazzjoni Indoneżjana disponibbli fil-GTA biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni. Intuża l-prezz medju tal-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi kollha. Il-prezz frank abbord mill-GTA tnaqqas mill-kost tat-trasport domestiku (57) biex jiġi aġġustat għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(136)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(137)

Fuq din il-bażi, id-differenza fil-prezz li nstabet bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera, kienet ta’ 29,6 %, li kienet ogħla mill-ogħla marġni tad-dumping stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali (18,1 %).

(138)

Dan jissuġġerixxi li jekk il-miżuri jiskadu, il-marġni tad-dumping probabbli jkun ogħla milli fl-investigazzjoni oriġinali.

4.2.3.   Kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi

(139)

Kif imsemmi fil-premessa (131), il-kapaċità ħielsa stmata taċ-ċiklamat tas-sodju fl-Indoneżja hija ta’ 5 500 tunnellata, aktar mid-doppju tal-volum totali tal-esportazzjonijiet mill-Indoneżja lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi naqset b’25 % u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li tindika tkabbir mistenni ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi għaċ-ċiklamat tas-sodju (u lanqas ma kien hemm xi indikazzjoni tat-tkabbir mistenni tas-suq domestiku Indoneżjan). F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota wkoll li, kif imsemmi fil-premessa (123), iċ-ċiklamat tas-sodju huwa pprojbit għall-użu f’bosta swieq kbar ta’ pajjiżi terzi. Fuq din il-bażi, huwa meqjus li l-kapaċità ta’ assorbiment tas-swieq ta’ pajjiżi terzi hija pjuttost baxxa, u għalhekk, l-Unjoni tkun suq attraenti, jekk il-miżuri jitħassru.

4.2.4.   Konklużjoni

(140)

Fid-dawl tal-valutazzjoni li saret fil-premessi (130) sa (139), b’mod partikolari l-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti tal-esportaturi Indoneżjani, il-kapaċità ta’ assorbiment baxx tas-swieq ta’ pajjiżi terzi u l-prezzijiet għoljin tal-bejgħ fl-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq terzi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indoneżja x’aktarx jerġgħu jseħħu jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

5.   DANNU

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(141)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn produttur wieħed fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dan il-produttur jikkostitwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(142)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ġiet stabbilita għal madwar [1 462 – 1 827] tunnellata.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(143)

Iċ-ċiklamat tas-sodju huwa prodott biss fl-Unjoni, fir-RPĊ u fl-Indoneżja. Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni flimkien mal-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indoneżja, abbażi tal-Eurostat.

(144)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Il-konsum totali tal-Unjoni

[3 629 - 4 838 ]

[3 564 – 4 752 ]

[4 001 – 5 335 ]

[3 583 – 4 778 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

98

110

99

Suq kaptiv

[22 - 29 ]

[23 - 30 ]

[13 - 17 ]

[16 - 22 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

104

59

76

Suq ħieles

[3 607 – 4 809 ]

[3 541 – 4 722 ]

[3 988 – 5 318 ]

[3 567 – 4 756 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

98

111

99

Konsum ristrett vs konsum fis-suq ħieles

0,60  %

0,64  %

0,32  %

0,46  %

Sors: Il-Eurostat u t-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(145)

Il-konsum tal-Unjoni taċ-ċiklamat tas-sodju fis-suq ħieles kien pjuttost stabbli bejn l-2018 u l-2019. Dan żdied matul l-2020 minħabba l-COVID-19 li kkawża lill-kumpaniji jżidu l-istokkijiet tagħhom, b’mod partikolari matul l-ewwel nofs tas-sena. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, il-konsum tal-Unjoni reġa’ lura għal-livell tal-2018.

(146)

Hemm ukoll konsum ristrett żgħir ħafna fl-Unjoni li jirrappreżenta inqas minn 0,7 % tal-konsum tas-suq ħieles matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Il-konsum ristrett naqas b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat.

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

5.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(147)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-Eurostat u tad-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni.

(148)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

1 371

1 472

2 402

2 370

Indiċi (FY2018 = 100)

100

107

175

173

Sehem mis-suq

[29  % -38  %]

[32  % -41  %]

[46  % -60  %]

[51  % -66  %]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

109

158

175

Volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja

113

19

24

5

Indiċi (FY2018 = 100)

100

17

21

4

Sehem mis-suq

[2,3  % -3,1  %]

[0,4  % -0,5  %]

[0,4  % -0,6  %]

[0,11  % -0,14  %]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

17

19

4

Sors: Il-Eurostat u t-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(149)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b’mod sinifikanti bi 73 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

(150)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja naqas b’mod sinifikanti fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat u kien negliġibbli fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami.

(151)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b’75 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni osservat li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied għad-detriment tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kif deskritt fil-premessi (168) sa (170).

5.3.2.   Proċedura ta’ proċessar attiv

(152)

Iċ-ċiklamat tas-sodju ġie importat mir-RPĊ kemm taħt ir-reġim normali kif ukoll taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv. Fir-rigward tal-Indoneżja, iċ-ċiklamat tas-sodju ġie importat biss taħt ir-reġim normali.

(153)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ taħt ir-reġim normali u taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) mir-RPĊ taħt ir-reġim normali u taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ taħt ir-reġim normali

1 206

1 204

2 157

2 116

Indiċi (FY2018 = 100)

100

100

179

175

Sehem mis-suq

[26  % -33  %]

[26  % -34  %]

[41  % -54  %]

[45  % -59  %]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

102

162

177

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv

166

268

246

254

Indiċi (FY2018 = 100)

100

162

148

153

Sehem mis-suq

[2  % -6  %]

[3  % -10  %]

[3  % -8  %]

[3  % -10  %]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

165

134

155

Sors: Il-Eurostat u t-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(154)

Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, 12 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ ġew importati permezz tal-proċedura ta’ proċessar attiv. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tagħhom żdied bi 53 %.

5.3.3.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz

(155)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat.

(156)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Ir-RPĊ

1 901

1 889

1 678

1 608

Indiċi (FY2018 = 100)

100

99

88

85

L-Indoneżja

1 907

1 864

1 750

2 012

Indiċi (FY2018 = 100)

100

98

92

105

Sors: Il-Eurostat (mingħajr importazzjonijiet taħt proċessar attiv)

(157)

Il-prezz tal-importazzjoni mir-RPĊ kellu xejra ta’ tnaqqis tal-perjodu ta’ analiżi u naqas bi 15 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

(158)

Il-prezz tal-importazzjoni mill-Indoneżja naqas bi 8 % bejn l-2018 u l-2020. Għall-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni tinnota li l-volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja kien negliġibbli, u għalhekk, il-prezz tagħhom ma jistax jitqies bħala rappreżentattiv.

(159)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Indoneżjani kif iddikjarat fil-premessi (33) u (128), il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami billi qabblet il-prezz tal-bejgħ medju ponderat tal-produttur uniku tal-Unjoni mitlub lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, u l-prezzijiet tal-esportazzjoni medji ponderati mill-bażi tad-data 14(6), inkluż id-dazju anti-dumping, b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-prezz tal-volumi taċ-ċiklamat tas-sodju importat taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv ma kienx ikkunsidrat, peress li dawn il-volumi ma humiex rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Unjoni.

(160)

Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi uniċi tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Għar-RPĊ, dan wera marġni ta’ twaqqigħ ta’ [17 % - 26 %].

(161)

Kif spjegat fil-premessa (150), il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja kien negliġibbli u għalhekk ma ġie kkalkolat l-ebda marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz għall-Indoneżja.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr mir-RPĊ u mill-Indoneżja

(162)

L-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ u l-Indoneżja jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ minn 1 % sa 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Billi ċ-ċiklamat tas-sodju huwa prodott biss fir-RPĊ, fl-Indoneżja u fl-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li dawn l-importazzjonijiet kienu kklassifikati ħażin bħala ċiklamat tas-sodju, jew li l-oriġini tagħhom kienet iddikjarata ħażin. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ma qisitx aktar dawn l-importazzjonijiet fl-analiżi tad-dannu tagħha.

5.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Rimarki ġenerali

(163)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

5.5.2.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(164)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

[2 343 – 2 928 ]

[2 184 – 2 730 ]

[2 147 – 2 684 ]

[1 462 – 1 827 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

93

92

62

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

[4 000 – 5 000 ]

[4 000 – 5 000 ]

[4 000 – 5 000 ]

[4 000 – 5 000 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità

[44  % -70  %]

[41  % -66  %]

[40  % -64  %]

[27  % -44  %]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

93

92

62

Sors: It-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(165)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti bi 38 % matul il-perjodu kkunsidrat, f’konformità mat-tnaqqis fil-bejgħ deskritt fil-premessi (168) sa (170).

(166)

Fid-dawl tat-tnaqqis fil-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda inċentiv biex tespandi l-kapaċità. Għalhekk, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni nżammet fl-istess livell matul il-perjodu kkunsidrat.

(167)

L-użu tal-kapaċità naqas bi 38 %, f’konformità mat-tnaqqis tal-volum tal-produzzjoni annwali deskritt fil-premessa (165).

5.5.3.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(168)

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Volum tal-bejgħ (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni

[2 145 - 2 776 ]

[2 077 - 2 689 ]

[1 705 - 2 206 ]

[1 350 - 1 747 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

97

79

63

Sehem mis-suq

[57  % -66  %]

[56  % -65  %]

[41  % -48  %]

[36  % -42  %]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

99

72

64

Sors: It-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(169)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kellu xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu kollu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-volum tal-bejgħ naqas b’mod sinifikanti b’37 %.

(170)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll b’mod sinifikanti b’36 % matul il-perjodu kkunsidrat favur l-importazzjonijiet Ċiniżi kif deskritt fil-premessa (149).

5.5.4.   Tkabbir

(171)

Kif iddikjarat hawn fuq, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti b’37 %, li ssarraf f’telf tas-sehem mis-suq ta’ 36 %.

5.5.5.   Impjiegi u produttività

(172)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Għadd ta’ impjegati

[15 - 22 ]

[15 - 22 ]

[15 - 22 ]

[15 - 22 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

100

100

100

Produttività (tunnellati/impjegat)

[119 - 152 ]

[111 - 141 ]

[109 - 139 ]

[74 - 95 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

93

92

62

Sors: It-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(173)

Mill-2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni żammet l-għadd ta’ impjegati tagħha kostanti.

(174)

Fl-istess ħin, f’konformità mat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni, il-produttività naqset bi 38 % tal-istess perjodu.

5.5.6.   Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(175)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, minħabba l-importazzjonijiet kontinwi tal-volum sinifikanti ta’ ċiklamat tas-sodju bi prezzijiet oġġett ta’ dumping ta’ importazzjonijiet minn produtturi Ċiniżi.

(176)

Il-prezzijiet mhux ġusti kontinwi mill-esportaturi mir-RPĊ għamluha impossibbli wkoll li l-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-prattiki ta’ dumping tal-passat.

5.5.7.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(177)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produttur uniku tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni

[1 749 – 2 565 ]

[1 797 – 2 636 ]

[1 817 – 2 664 ]

[1 807 – 2 650 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

103

104

103

Kost unitarju tal-produzzjoni

Indiċi (FY2018 = 100)

100

106

97

115

Sors: It-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(178)

Il-prezz medju tal-bejgħ tal-unitajiet tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdied ftit bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(179)

Il-kost tal-produzzjoni varja matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel żdied b’6 % bejn l-2018 u l-2019, u mbagħad naqas bi 3 % fl-2020 meta mqabbel mal-2018, minħabba t-tnaqqis fil-prezz ta’ bosta materja prima ewlenija. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied bi 15 % minħabba l-kostijiet fissi wara t-tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-produzzjoni kif iddikjarat fil-premessa (165).

5.5.8.   Kostijiet lavorattivi

(180)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi uniċi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej, matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

[28 234 – 41 409 ]

[33 039 – 48 457 ]

[32 903 – 48 258 ]

[31 458 – 46 138 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

117

117

111

Sors: It-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(181)

Il-kostijiet lavorattivi tal-industrija tal-Unjoni segwew ir-rekwiżiti tal-liġi Spanjola. Il-kostijiet medji lavorattivi għal kull impjegat żdiedu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

5.5.9.   Inventarji

(182)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi uniċi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Inventarji

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

[165 - 238 ]

[115 - 166 ]

[419 - 606 ]

[157 - 227 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

70

255

95

Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

[6  % -9  %]

[5  % -7  %]

[17  % -25  %]

[10  % -14  %]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

75

278

153

Sors: It-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(183)

L-inventarji varjaw matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel naqsu bi 30 % bejn l-2019 u l-2018 u mbagħad żdiedu b’155 % fl-2020 meta mqabbel mal-2018. Din iż-żieda fl-inventarji kienet dovuta għall-fatt li l-industrija tal-Unjoni żammet il-volum tal-produzzjoni tagħha fi kważi l-istess livell tas-sena ta’ qabel, minkejja t-telf fil-volum tal-bejgħ sabiex tieħu vantaġġ mit-tnaqqis fil-prezz tal-materja prima u tipproduċi b’kost aktar baxx tal-produzzjoni. B’mod ġenerali, il-livelli tal-istokks naqsu b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

5.5.10.   Profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(184)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-uniku produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

Indiċi (FY2018 = 100)

- 100

- 196

230

- 440

Fluss ta’ flus (EUR)

[- 203 365 ; -67 788 ]

[- 332 146 ; - 110 715 ]

[8 815 – 2 938 ]

[- 838 886 ; - 279 629 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

- 100

- 163

104

- 413

Investimenti (EUR)

[0 - 50 000 ]

[0 - 50 000 ]

[0 - 50 000 ]

[0 - 50 000 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

100

100

100

Redditu fuq l-investimenti

[-41  %; -14  %]

[-90  %; -30  %]

[22  %; 65  %]

[- 139  %; -46  %]

Indiċi (FY2018 = 100)

- 100

- 221

261

- 344

Sors: It-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(185)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-uniku produttur tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat minn dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf, bl-eċċezzjoni tal-2020 meta l-kost unitarju tal-produzzjoni naqas temporanjament minħabba t-tnaqqis fil-prezz ta’ bosta materja prima. Madankollu, fil-PIR, il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied għal livelli saħansitra ogħla mis-snin preċedenti.

(186)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li jiffinanzja l-attivitajiet tiegħu stess. Il-fluss ta’ flus kien negattiv matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2020, f’konformità mal-profittabbiltà. Il-bejgħ taċ-ċiklamat tas-sodju ma jiġġenerax flus suffiċjenti. Sabiex ikun jista’ jżomm il-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju fis-suq tal-Unjoni, l-uniku produttur tal-Unjoni qed jiffinanzja l-attività tiegħu taċ-ċiklamat tas-sodju mill-bejgħ ta’ prodotti oħra.

(187)

Fid-dawl tat-telf imġarrab matul kważi l-perjodu kollu kkunsidrat u l-fluss ta’ flus negattiv, l-industrija tal-Unjoni għamlet investimenti baxxi.

(188)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan segwa l-istess xejra bħall-profittabbiltà.

5.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(189)

Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping prinċipalment miċ-Ċina komplew f’volum sinifikanti u f’xejra li qed tiżdied.

(190)

L-industrija tal-Unjoni tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Kważi l-indikaturi kollha wrew xejra negattiva.

(191)

Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-bejgħ minħabba l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, li żiedu s-sehem mis-suq tagħhom u ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tirreġistra telf kważi matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

(192)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami.

6.   KAWŻALITÀ

(193)

Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufin setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjoni oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-konsum.

6.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(194)

Fir-rigward tar-RPĊ, l-investigazzjoni żvelat li l-volum tal-importazzjonijiet baqa’ ogħla b’mod sinifikanti mil-livelli de minimis matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Instab li dawn l-importazzjonijiet waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi [17 % - 26 %] b’dazji anti-dumping u b’[27 % - 36 %] mingħajr id-dazju anti-dumping. Barra minn hekk, billi l-industrija tal-Unjoni qed tagħmel telf u minħabba l-profitt fil-mira ta’ 10 % kif stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali (58), jidher b’mod ċar li l-importazzjonijiet Ċiniżi qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet dannużi u bi prezzijiet li qed jonqsu. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi jżidu s-sehem mis-suq tagħhom b’mod sinifikanti għat-telf tal-industrija tal-Unjoni.

(195)

Fir-rigward tal-Indoneżja, l-investigazzjoni żvelat li l-importazzjonijiet kienu negliġibbli bejn l-2019 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami.

(196)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat minn importazzjonijiet mir-RPĊ u ma setax ġie kkawżat mill-importazzjonijiet mill-Indoneżja minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom.

6.2.   Effetti ta’ fatturi oħra

6.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(197)

Kif iddikjarat fil-premessa (162), iċ-ċiklamat tas-sodju huwa prodott biss fir-RPĊ, fl-Indoneżja u fl-Unjoni, u għalhekk ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ ċiklamat tas-sodju minn pajjiżi terzi oħra lejn l-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

6.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(198)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi uniċi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produttur tal-Unjoni

 

2018

2019

2020

Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

[35 - 51 ]

[32 - 47 ]

[43 - 64 ]

[44 - 64 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

92

124

126

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[2 739 – 3 652 ]

[2 695 – 3 593 ]

[2 797 – 3 729 ]

[2 684 – 3 579 ]

Indiċi (FY2018 = 100)

100

98

102

98

Sors: It-tweġiba għall-Kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni

(199)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-esportazzjoni żdied b’26 %. Madankollu, dawn baqgħu f’volumi baxxi minħabba l-prezzijiet baxxi tal-esportaturi Ċiniżi u Indoneżjani fi swieq oħra.

(200)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ lil pajjiżi terzi kienu ogħla mill-prezzijiet medji tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

6.2.3.   Konsum

(201)

Minkejja konsum stabbli tal-Unjoni kif iddikjarat fil-premessa (145), l-importazzjonijiet Ċiniżi rnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq tagħhom għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(202)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ.

7.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW RIKORRENZA TA’ DANNU

7.1.   Probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu mir-RPĊ

(203)

Fil-premessa (192) il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kkawżat minn dawk l-importazzjonijiet f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(204)

F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni: il-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni.

(205)

Kif spjegat fil-premessi minn (116) sa (124), abbażi tal-kapaċità żejda fir-RPĊ u l-attraenza għolja tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda tal-esportazzjonijiet.

(206)

Fir-rigward tal-effett probabbli ta’ tali importazzjonijiet, il-Kummissjoni eżaminat il-livelli tal-prezzijiet probabbli tagħhom jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami mingħajr dazju anti-dumping bħala indikazzjoni raġonevoli. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni stabbiliet twaqqigħ sinifikanti tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ta’ [27 % - 36 %].

(207)

Fil-fatt, l-importazzjonijiet Ċiniżi daħlu fl-Unjoni bi prezzijiet dannużi matul il-perjodu kkunsidrat, li jipprevjenu lill-industrija tal-Unjoni milli tikseb livell xieraq ta’ profitt (10 %), filwaqt li kkawżaw telf tal-industrija matul l-perjodu kkunsidrat kważi kollu, kif innotat fil-premessa (185). Dawk l-importazzjonijiet mhux biss għamlu pressjoni fuq il-prezzijiet tal-Unjoni, iżda ħadu wkoll il-volumi mill-industrija tal-Unjoni billi żiedu b’mod sinifikanti s-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(208)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li diġà kienet qed iġġarrab dannu materjali, tiddeterjora aktar jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Tabilħaqq, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping bi prezzijiet dannużi x’aktarx li jeżerċitaw pressjoni ta’ tnaqqis ulterjuri fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Huwa probabbli ħafna li l-industrija tal-Unjoni tkun obbligata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, li jwassal għal aktar telf tal-profittabbiltà u, x’aktarx, telf sinifikanti fuq perjodu ta’ żmien qasir.

(209)

Inkella, kwalunkwe tentattiv biex jiżdiedu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livelli profittabbli min-naħa tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li jwassal għal telf tal-volumi tal-bejgħ u sehem mis-suq għall-importazzjonijiet bi prezz baxx. Minħabba l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkunu jistgħu jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom fuq perjodu ta’ żmien qasir u jiksbu sehem akbar mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Huwa probabbli ħafna li l-industrija tal-Unjoni titlef l-ekonomiji ta’ skala, li jwassal għal żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni u konsegwentement jikkawża aktar tnaqqis fil-profittabbiltà għall-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju.

(210)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, bil-probabbiltà kollha dan jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ b’livelli ta’ prezzijiet dannużi, u b’hekk jaggrava aktar id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju.

7.2.   Probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-Indoneżja

(211)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (192) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Fil-premessa (196) il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni osservat matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami ma setax kien ikkawżat minn importazzjonijiet mill-Indoneżja minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom preżenti fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indoneżja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(212)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Indoneżjani, il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni.

(213)

Kif spjegat fil-premessi minn (130) sa (132), abbażi tal-kapaċità żejda sostanzjali tal-produtturi Indoneżjani, il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Indoneżjani, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà qawwija li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda tal-esportazzjonijiet.

(214)

Il-Kummissjoni eżaminat il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet Indoneżjani jekk il-miżuri jitħallew jiskadu abbażi tal-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indoneżjani matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami lejn pajjiżi terzi u l-effett tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni Indoneżjan lejn pajjiżi terzi waqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’aktar minn 50 %. Dan juri li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-produtturi Indoneżjani jkollhom inċentiv biex jesportaw lejn l-Unjoni u b’livelli ta’ prezzijiet dannużi, biex b’hekk tiżdied il-pressjoni tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, li mbagħad jew titlef il-volum tal-bejgħ jew inkella tkun obbligata tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħhom.

(215)

Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, jiġifieri l-preżenza ta’ kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Indoneżjani, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-livelli mistennija tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indoneżja bi prezzijiet dannużi u x’aktarx jerġa’ jkun hemm dannu kawża ta’ dan.

8.   INTERESS TAL-UNJONI

(216)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija, tal-importaturi/tan-negozjanti u tal-utenti tal-Unjoni.

(217)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(218)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u dannu għar-RPĊ u ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu għall-Indoneżja, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

8.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(219)

L-investigazzjoni stabbiliet li matul il-perjodu kkunsidrat kważi kollu, minkejja l-miżuri eżistenti kontra l-Indoneżja u r-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni baqgħet tagħmel telf u tilfet il-produzzjoni,il- volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni. Matul l-istess perjodu l-importazzjonijiet mir-RPĊ baqgħu sinifikanti u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Kif huwa spjegat hawn fuq, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, hemm probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet Ċiniżi jkomplu jiżdiedu u l-importazzjonijiet Indoneżjani jerġgħu jibdew bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Dan x’aktarx iwassal għal aktar deterjorament tas-sitwazzjoni diġà prekarja tal-industrija tal-Unjoni, u fl-aħħar mill-aħħar jista’ jġegħelha twaqqaf il-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju kompletament, li jirriżulta f’telf ta’ impjiegi u sorsi alternattivi ta’ provvista fl-Unjoni.

(220)

Jekk il-miżuri jinżammu, huwa mistenni li l-Industrija tal-Unjoni tkun kapaċi żżid il-prezzijiet, il-produzzjoni u l-volum tagħha, u gradwalment terġa’ tibda tagħmel profitt.

(221)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ kontra r-RPĊ u l-Indoneżja tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

8.2.   Interess ta’ importaturi/negozjanti mhux relatati

(222)

Importatur wieħed ippreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. Huwa sostna li fid-dawl tad-daqs limitat tan-negozju taċ-ċiklamat tas-sodju fil-fatturat totali tiegħu, ma kellux pożizzjoni definittiva dwar il-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping. Ġie ddikjarat ukoll li l-fattur deċiżiv prinċipali għall-attività tiegħu kien li jkollu aċċess għal sors affidabbli ta’ provvista li tkun tista’ tiggarantixxi standard ta’ kwalità għolja tal-prodott. L-attività totali ta’ dan l-importatur kienet kumplessivament profittabbli.

(223)

Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, l-importaturi ma kkooperawx u ġie konkluż li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-importaturi, kien raġonevoli li wieħed jassumi li ċ-ċiklamat tas-sodju ma kienx jirrappreżenta proporzjon ewlieni tal-fatturat tal-importaturi/tan-negozjanti, u li ma kien hemm l-ebda fattur li jissuġġerixxi li l-importaturi/in-negozjanti jiġu affettwati b’mod sproporzjonat f’każ li l-miżuri jinżammu.

(224)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jinżammu, l-impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-importaturi x’aktarx ma jkunx sinifikanti.

8.3.   Interess tal-utenti

(225)

Żewġ utenti kkooperaw biss parzjalment f’din l-investigazzjoni. Wieħed minn dawn l-utenti kien qed jixtri kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-esportaturi Ċiniżi, u l-ieħor mill-industrija tal-Unjoni biss. Iż-żewġ utenti kienu profittabbli u wieħed biss minnhom iddikjara li kien kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri.

(226)

Fl-investigazzjoni preċedenti, ġie stabbilit li, b’mod ġenerali, iċ-ċiklamat tas-sodju kien jirrappreżenta proporzjon baxx tal-kost tal-produzzjoni tal-utenti, u għal din ir-raġuni, l-effett tal-impożizzjoni tal-miżura anti-dumping ma kienx sinifikanti.

(227)

Fid-dawl tal-osservazzjoni ta’ hawn fuq li fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Unjoni tista’ tiġi sfurzata twaqqaf il-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju u minħabba l-eżistenza ta’ ftit produtturi biss taċ-ċiklamat tas-sodju globalment, l-utenti x’aktarx li jibbenefikaw mill-miżuri sakemm iżommu l-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju fl-Unjoni u l-għażla għall-utenti li jiksbu ċ-ċiklamat tas-sodju minn produtturi differenti f’kompetizzjoni ma’ xulxin.

(228)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jinżammu, l-impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ dawn l-operaturi x’aktarx li ma jkunx sinifikanti.

8.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(229)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet serji għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja.

9.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(230)

Abbażi tal-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u dannu għar-RPĊ, u l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu għall-Indoneżja, kif ukoll l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li l-miżuri anti-dumping fuq iċ-ċiklamat tas-sodju mir-RPĊ u mill-Indoneżja jinżammu.

(231)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(232)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(233)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(234)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja, u li jiġi manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(235)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (59). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(236)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60), meta jkollu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(237)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-GTI.

(238)

Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni, il-GTI sostna li peress li l-miżuri ilhom fis-seħħ mill-2004, huwa żvela li l-applikant kien qed ifittex protezzjoni żejda mill-Kummissjoni u jekk l-applikant kien għadu qed isofri dannu materjali kien ifisser li d-dazji kienu ineffettivi u għalhekk irrelevanti għall-protezzjoni tal-applikant.

(239)

Bħala tweġiba għal din il-pretensjoni, ta’ min jinnota li l-ebda limitu ta’ żmien ma jirrestrinġi d-durata tal-miżuri sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni tagħhom jew għaż-żamma tagħhom. B’żieda ma’ dan, fil-każ preżenti, il-miżuri huma ġġustifikati billi s-sejbiet ikkonfermaw il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ dannu għar-RPĊ u r-rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu għall-Indoneżja kif deskritt fil-premezzi minn (116) sa (140) u minn (203) sa (215). Barra minn hekk, fl-investigazzjoni attwali mwettqa skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ma tistax tbiddel il-livell tal-miżuri; għaldaqstant il-kwistjoni dwar jekk il-miżuri fis-seħħ humiex effettivi jew le hija irrilevanti. Għalhekk,il-pretenzjonijiet ma ntlaqgħux.

(240)

Il-GTI sostna wkoll li l-użu ta’ miżuri anti-dumping huwa ġġustifikat biss biex jipprovdi rimedju lill-industrija tal-Unjoni meta din iġġarrab dannu materjali kkawżat minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li kienu sinifikanti u mhux mill-Indoneżja li kienu negliġibbli.

(241)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-pretensjoni. Anki jekk l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu negliġibbli u għalhekk ma setgħux jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (196), l-investigazzjoni kkonkludiet il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu mill-Indoneżja kif stabbilit fil-premessi minn (127) sa (140) u minn (211) sa (215). Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri fis-seħħ jistgħu jiġu estiżi meta l-investigazzjoni tikkonkludi wkoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(242)

Barra minn hekk, il-GTI ddikjara li peress li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu negliġibbli, huwa ddubita mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-Indoneżja u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm il-miżuri anti-dumping fis-seħħ għall-importazzjonijiet mill-Indoneżja.

(243)

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li l-GTI ma kkumenta dwar l-ebda punt mill-analiżi tar-rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu ppreżentati fil-premessi minn (127) sa (140) u minn (211) sa (215). Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx billi tqieset bħala mhux sostanzjata.

(244)

Il-GTI ddikjara wkoll li l-produtturi esportaturi tal-Indoneżja ma kkooperawx fl-investigazzjoni attwali peress li kienu diżappuntati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-ewwel investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza fl-2010 (61) meta anki jekk il-Kummissjoni ma sabet l-ebda dumping għal PT Golden Sari xorta kkonkludiet li d-dumping kompla għal parti sinifikanti tal-produtturi Indoneżjani u l-Kummissjoni xorta ddeċidiet li tapplika miżuri anti-dumping għal din il-kumpanija.

(245)

F’investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi biss dwar il-kontinwazzjoni jew it-terminazzjoni tal-miżuri. F’investigazzjoni bħal din, il-Kummissjoni ma tistax tbiddel il-livell tal-miżuri anki jekk ma jinstab l-ebda dumping għal esportatur wieħed. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(246)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2929 90 00 (il-kodiċi TARIC 2929900010) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping (EUR għal kull kilogramma)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Golden Time Enterprise (Shenzhen) Co. Ltd, Shanglilang, Cha Shan Industrial Area, Buji Town, Shenzhen City, Guangdong Province, People’s Republic of China; Golden Time Chemical (Jiangsu) Co., Ltd, No 88 Panyao Road, Nanjing Chemical Industry Park, Nanjing, Jiangsu Province, People’s Republic of China

0,23

A473

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited, Gong Le Industrial Estate, Xixian County, Bao An, Shenzhen, 518102, People’s Republic of China

1,17

A471

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited, Da Lian Dong Lu, Economic and Technology Zone, Yangquan City, Shanxi 045000, People’s Republic of China

1,17

A472

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Il-kumpaniji l-oħra kollha

0,26

A999

L-Indoneżja

PT. Golden Sari (Chemical Industry), Mitra Bahari Blok D1- D2, Jalan Pakin No 1, Sunda Kelapa, Jakarta 14440, Indonesia

0,24

A502

L-Indoneżja

Il-kumpaniji l-oħra kollha

0,27

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt(a), niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   F’każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilha ħsara qabel ma tidħol fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas jiġi mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (62), l-ammont tad-dazju anti-dumping, ikkalkolat abbażi tal-ammonti ta’ hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja (ĠU C 318, 19.12.2002, p. 7).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 435/2004 tat-8 ta’ Marzu 2004 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indoneżja (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 492/2010 tat-3 ta’ Ġunju 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fl-Indoneżja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, (ĠU L 140, 8.6.2010, p. 2) (“l-ewwel rieżami ta’ skadenza”). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1160 tal-15 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indoneżja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 192, 16.7.2016, p. 49) (“it-tieni rieżami ta’ skadenza”).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 398/2012 tas-7 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina, fost l-oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 124, 11.5.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 435/2004.

(7)  WT/DS295/AB/R, id-29 ta’ Novembru 2005, AB-2005-6.

(8)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju b’oriġini mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, limitat għal Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited (ĠU C 264, 12.8.2015, p. 32).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1159 tal-15 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jiġu prodotti minn Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited (ĠU L 192, 16.7.2016, p. 23).

(10)   ĠU C 344, 16.10.2020, p. 16.

(11)  Minħabba l-fatt li hemm produttur wieħed biss taċ-ċiklamat tas-sodju fl-Unjoni, xi data f’dan ir-Regolament hija ppreżentata f’firxiet jew f’forma ta’ indiċi biex tiġi ppreżervata l-kunfidenzjalità tad-data tal-produttur tal-Unjoni.

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1160.

(13)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja (ĠU C 284, 16.7.2021, p. 4).

(14)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2533

(15)  Comext hija l-bażi tad-data ta’ referenza tal-Eurostat għal statistika dettaljata dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija.

(16)  http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm

(17)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/116 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 19, 28.1.2021, p. 22)

(18)  Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 82-88 u 121-122.

(19)  Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 91-92.

(20)  Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 93-94, 96. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi taċ-ċiklamat tas-sodju u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(21)  Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 97-100.

(22)  Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 101-104.

(23)  Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 105-106.

(24)  Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 107-117.

(25)  Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 483 final/2, 20.12.2017, disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

(26)  Ara t-Taqsima 16.2.5 tar-Rapport.

(27)  Ara s-sit web tal-kumpanija fuq: www.tjbfsp.com (aċċessat fit-18 ta’ Mejju 2022).

(28)  Ara fuq: www.news.enorth.com.cn/system/2019/05/13/037219775.shtml (aċċessat fit-18 ta’ Mejju 2022).

(29)  Ara l-artikolu fuq is-sit web tal-kumpanija azzjonarja tal-Grupp: www.bhqgtz.com/jituanxinwen/jituanxinwen/2021/0412/983.html (aċċessat fit-18 ta’ Mejju 2022).

(30)  Ara l-artikolu fuq is-sit web tal-kumpanija azzjonarja tal-Grupp fuq: www.bhqgtz.com/jituanxinwen/jituanxinwen/2021/0705/1055.html (aċċessat fit-18 ta’ Mejju 2022).

(31)  Ara fuq: www.jianan.gov.cn/jrja/001006/20181228/936cda63-979e-4778-8be8-64fd8e5de48d.html (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2022).

(32)  Ara fuq> www.gjxcjkq.xuchang.gov.cn/dwzwn/044006/20120222/052f3659-8118-4505-9ad9-9eeb5f565f28.html

(33)  Ara fuq: www.qixin.com/company/0987a693-1b64-40c5-abb2-f8a59f211ab3 (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2022).

(34)  Ara fuq: https://www.strategic-electrical.com/h020190916/c7d31162-874d-4712-8d55-fe6bc6d2f30b.html (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2022)

(35)  It-Taqsima IV.3.1. tal-pjan. Ara fuq: www.most.gov.cn/xxgk/xinxifenlei/fdzdgknr/fgzc/gfxwj/gfxwj2017/201706/t20170602_133347.html (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2022).

(36)  Ara t-Taqsima 12 – Industrija tad-Dawl; disponibbli minn: www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/content_5449193.htm (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2022).

(37)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 10, p. 221-230.

(38)   Opinions on further deepening the reform of the electric power system, maħruġa fil-15 ta’ Marzu 2015 mill-Kumitat Ċentrali tas-CCP u mill-Kunsill tal-Istat (ZhongFa [2015] nru 9 https://chinaenergyportal.org/en/opinions-of-the-cpc-central-committee-and-the-state-council-on-further-deepening-the-reform-of-the-electric-power-system-zhongfa-2015-no-9/ (aċċessat fit-8 ta’ April 2022).

(39)  https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202012/t20201202_1252094.html (aċċessat fit-8 ta’ April 2022)

(40)  B’mod notevoli: “Id-dipartimenti tal-gvern lokali għandhom, f’koordinazzjoni mal-entità ssekondata tal-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Enerġija, jirrapportaw lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u lill-Amministrazzjoni tal-Enerġija tal-Istat b’mod f’waqtu dwar l-iffirmar ta’ kuntratti fuq terminu medju u dak twil, kif ukoll dwar kwistjonijiet rilevanti, u jiżguraw ir-rabta tal-iffirmar tal-kuntratti fuq terminu medju u dak twil mal-enerġija spot.”

(41)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income

(42)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(43)  https://globalfinancials.com/index-admin.html

(44)  https://www.ajinomoto.com.my/investors/annual-reports

(45)  https://www.ilmia.gov.my/index.php/my/labour-cost

(46)  https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1

https://www.tnb.com.my/assets/files/Tariff_Rate_Final_01.Jan.2014.pdf

(47)  https://www.st.gov.my

(48)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi, (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(49)  https://www.ilmia.gov.my/index.php/my/labour-cost

(50)  https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1

https://www.tnb.com.my/assets/files/Tariff_Rate_Final_01.Jan.2014.pdf

(51)  https://www.st.gov.my

(52)  www.ajinomoto.com.my.

(53)  Ir-Rapport Nru 4 ta’ Fine Chemicals Industry, Sinolink Securities, tat-18 ta’ Diċembru 2019, p. 12. http://www.invest-data.com/eWebEditor/uploadfile/2019122015272136364446.pdf

(54)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1159.

(55)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1160, il-premessa 61.

(56)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1160, il-premessa 62.

(57)  Fin-nuqqas ta’ informazzjoni aktar preċiża, dan l-aġġustament sar bl-użu tal-istess proporzjon bejn il-prezzijiet frank abbord u l-prezzijiet ta’ kif joħroġ mill-fabbrika bħal fl-aħħar rieżami ta’ skadenza.

(58)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2003 tas-17 ta’ Settembru 2003 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja (ĠU L 232, 18.9.2003, p. 12).

(59)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(60)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(61)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010.

(62)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).