European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5961

3.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Settembru 2024

li taħtar Viċi Direttur Eżekuttiv u l-President tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(C/2024/5961)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 158(6) u l-Artikolu 166(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Ġunju 2024, lista ta’ kandidati għall-kariga ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ġiet ippreżentata lill-Kunsill mill-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO.

(2)

Fl-4 ta’ Ġunju 2024, lista ta’ kandidati għall-kariga ta’ President tal-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO ġiet ippreżentata lill-Kunsill mill-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sa Edyta Barbara DEMBY-SIWEKhija b’dan maħtura Viċi Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO għal mandat ta’ ħames snin.

2.   Id-data li fiha jibda l-mandat ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita mill-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO.

Artikolu 2

1.   Is-Sur Sven STÜRMANN huwa b’dan maħtur President tal-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO għal mandat ta’ ħames snin.

2.   Id-data li fiha jibda l-mandat ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita mill-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

LÓGA M.


(1)   ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5961/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)