|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/885 |
21.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/885
tal-20 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2782 li jistabbilixxi l-metodi ta’ kampjunar u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta’ mikotossini fl-ikel fir-rigward tal-metodu ta’ kampjunar ta’ ħxejjex aromatiċi mnixxfin, infużjonijiet erbali (prodott imnixxef), tejiet (prodott imnixxef) u ħwawar magħmulin trab
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2782 (2) jistabbilixxi metodi ta’ kampjunar u analiżi li għandhom jintużaw għall-kontroll tal-livelli ta’ mikotossini fl-ikel. |
|
(2) |
Ir-riżultati minn riċerka riċenti mwettqa minn grupp ta’ ħidma kkoordinat mill-Istitut Federali Ġermaniż għall-Valutazzjoni tar-Riskju (BfR) jipprovdu evidenza li l-metodu ta’ kampjunar tat-tossini tal-pjanti (applikabbli wkoll għall-kontroll tal-mikotossini) fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin, infużjonijiet erbali (prodott imnixxef), tejiet (prodott imnixxef) u ħwawar magħmulin trab kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2782 ma jiggarantix il-kisba ta’ kampjun li huwa rappreżentattiv tal-lott kampjunat. |
|
(3) |
Għalhekk huwa meħtieġ li l-metodu ta’ kampjunar ikun emendat billi jiżdied il-piż meħtieġ tal-kampjuni inkrimentali u aggregati u billi r-regoli applikabbli għall-kampjunar ta’ supplimenti tal-ikel li fihom ħxejjex aromatiċi mnixxfin bl-ingrossa qabel l-ippakkjar f’pakketti tal-imnut/individwali għall-konsumatur isiru aktar preċiżi biex ikun żgurat li l-kampjun miksub ikun rappreżentattiv tal-lott kampjunat. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/2782 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2782 japplika mill-1 ta’ April 2024, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu, biex jiġi evitat li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom japplikaw ir-regoli attwali ta’ dak ir-Regolament għal perjodu qasir ta’ żmien. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2782 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2782 tal-14 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi l-metodi ta’ kampjunar u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta’ mikotossini fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 401/2006 (ĠU L, 2023/2782, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2782/oj).
ANNESS
Fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2782, il-parti M hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“M. |
METODU TA’ KAMPJUNAR GĦALL-ĦXEJJEX AROMATIĊI MNIXXFIN, GĦALL-INFUŻJONIJIET ERBALI (PRODOTT IMNIXXEF), GĦAT-TEJIET (PRODOTT IMNIXXEF) U GĦALL-ĦWAWAR MAGĦMULIN TRAB
|
(*1) Skont il-piż tal-lott – ara t-Tabella 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/885/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)