European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2660

10.10.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2660

tas-7 ta’ Ottubru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja

(notifikata bid-dokument C(2024)7090)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa mard virali infettiv li jaffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, kif ukoll jikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2207 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jrid jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħat ta’ dak il-mard, iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti li kienu jżommu annimali ovini u kaprini. Minħabba f’hekk ġie emendat kif xieraq l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2498 (5) ħalli jitqiesu dawk it-tifqigħat addizzjonali.

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2498, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’ħamsa u għoxrin tifqigħa ġdida tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn jinżammu annimali ovini u kaprini, wieħed u għoxrin fl-unità reġjonali ta’ Evros, waħda fl-unità reġjonali ta’ Rhodopi, waħda fl-unità reġjonali ta’ Serres, u tnejn fl-unità reġjonali ta’ Kavala. Dawk it-tifqigħat il-ġodda lkoll jinsabu fil-limiti tal-perimetri taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ristretti ulterjuri li diġà ġew stabbiliti minħabba tifqigħat preċedenti fl-istess żoni, għajr għat-tifqigħat fl-unitajiet reġjonali ta’ Serres u Rhodopi.

(7)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ristretti ulterjuri għall-Greċja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar biex ikun evitat aktar tixrid tal-marda fil-Greċja u fil-bqija tal-Unjoni, u jenħtieġ li jiġi aġġustat ukoll it-tul tal-perjodu tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Għaldaqstant, jeħtieġ jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u t-tul tal-perjodu tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, li huma stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(8)

Id-daqs taż-żoni u t-tul tal-perjodu tal-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, u ristretti ulterjuri jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħag u ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-ġidri tan-nagħag u tal-ġidri tal-mogħoż fl-Istat Membru kkonċernat b’dik il-marda kif ukoll il-livell tar-riskju għal aktar tixrid tal-marda. It-tul tal-perjodu tal-miżuri jenħtieġ li jqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH). Fis-sitwazzjoni attwali, hemm riskju kbir ta’ tixrid ulterjuri tal-marda, b’mod partikolari għax, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti, fl-unità reġjonali Evros feġġew b’kollox wieħed u għoxrin tifqigħa ġdida tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’sitt ijiem, it-tifqigħat fl-unità reġjonali ta’ Kavala huma t-tieni u t-tielet waħda fl-istess żona, aktar minn erbgħin kilometru ’l bogħod mill-ewwel waħda, filwaqt li t-tifqigħat fl-unitajiet reġjonali ta’ Rhodopi u Serres huma rrapportati għall-ewwel darba, u dan jissuġġerixxi li l-marda għandha t-tendenza li tippersisti u tilħaq distanzi twal.

(9)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, jenħtieġ li jiġi estiż il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207, u jenħtieġ li dan japplika sat-28 ta’ Frar 2025.

(10)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, u l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fil-Greċja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta’ Frar 2025.”

;

2.

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2207 tad-29 ta’ Awwissu 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim li għandhom relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja (ĠU L 2024/2207, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2207/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2498 tad-19 ta’ Settembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja (ĠU L 2024/2498, 24.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2498/oj).


ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħat

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Unità reġjonali ta’ Evros

GR-CAPRIPOX-2024-00005

GR-CAPRIPOX-2024-00006

GR-CAPRIPOX-2024-00007

GR-CAPRIPOX-2024-00008

GR-CAPRIPOX-2024-00009

GR-CAPRIPOX-2024-00010

GR-CAPRIPOX-2024-00011

GR-CAPRIPOX-2024-00012

GR-CAPRIPOX-2024-00013

GR-CAPRIPOX-2024-00014

GR-CAPRIPOX-2024-00015

GR-CAPRIPOX-2024-00016

GR-CAPRIPOX-2024-00017

GR-CAPRIPOX-2024-00018

GR-CAPRIPOX-2024-00019

GR-CAPRIPOX-2024-00020

GR-CAPRIPOX-2024-00021

GR-CAPRIPOX-2024-00022

GR-CAPRIPOX-2024-00023

GR-CAPRIPOX-2024-00024

GR-CAPRIPOX-2024-00025

GR-CAPRIPOX-2024-00026

GR-CAPRIPOX-2024-00027

GR-CAPRIPOX-2024-00028

GR-CAPRIPOX-2024-00029

GR-CAPRIPOX-2024-00030

GR-CAPRIPOX-2024-00031

GR-CAPRIPOX-2024-00032

GR-CAPRIPOX-2024-00033

GR-CAPRIPOX-2024-00034

GR-CAPRIPOX-2024-00036

GR-CAPRIPOX-2024-00037

GR-CAPRIPOX-2024-00038

GR-CAPRIPOX-2024-00040

GR-CAPRIPOX-2024-00041

GR-CAPRIPOX-2024-00042

GR-CAPRIPOX-2024-00043

GR-CAPRIPOX-2024-00044

GR-CAPRIPOX-2024-00045

GR-CAPRIPOX-2024-00046

GR-CAPRIPOX-2024-00047

GR-CAPRIPOX-2024-00048

GR-CAPRIPOX-2024-00049

GR-CAPRIPOX-2024-00050

GR-CAPRIPOX-2024-00051

GR-CAPRIPOX-2024-00052

GR-CAPRIPOX-2024-00053

GR-CAPRIPOX-2024-00054

GR-CAPRIPOX-2024-00056

GR-CAPRIPOX-2024-00057

GR-CAPRIPOX-2024-00058

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Evros, ġo ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.49961111, Lonġ. 26.54605556 (2024/5), Lat. 40.96145278, Lonġ. 26.3345 (2024/6), Lat. 40.94543, Lonġ. 26.275696 (2024/7), Lat. 40.876278, Lonġ. 26.202551 (2024/8), Lat. 40.952487, Lonġ. 26.280721 (2024/9) Lat. 40.920725, Lonġ. 26.205981 (2024/10) Lat. 41.024363, Lonġ. 26.302547 (2024/11),

Lat. 41.51720278, Lonġ. 26.54510278 (2024/12),

Lat. 40.959944, Lonġ. 26.336306 (2024/13), Lat. 40.93578, Lonġ. 26.213778 (2024/14), Lat. 40.895996, Lonġ. 26.222777 (2024/15), Lat. 40.900261, Lonġ. 26.22288 (2024/16), Lat. 40.891842, Lonġ. 26.146147 (2024/17), Lat. 40.933886, Lonġ. 26.217318 (2024/18), Lat. 40.92507, Lonġ. 26.212431 (2024/19), Lat. 41.278291, Lonġ. 26.276953 (2024/20), Lat. 40.883228, Lonġ. 26.157055 (2024/21), Lat. 40.923486, Lonġ. 26.213196 (2024/22), Lat. 40.922552, Lonġ. 26.209702 (2024/23), Lat. 40.925647, Lonġ. 26.1662 (2024/24), Lat. 40.883022, Lonġ. 26.227036 (2024/25), Lat. 40.904757, Lonġ. 26.178189 (2024/26), Lat. 40.848411, Lonġ. 26.203314 (2024/27), Lat. 41.019251, Lonġ. 26.269386 (2024/28), Lat. 41.48359444, Lonġ. 26.57411944 (2024/29), Lat. 41.49358333, Lonġ. 26.54305556 (2024/30), Lat. 41.51486111, Lonġ. 26.54725 (2024/31), Lat. 40.89917, Lonġ. 26.186411 (2024/32), Lat. 40.9941149, Lonġ. 26.155657 (2024/33), Lat. 40.832839, Lonġ. 26.131642 (2024/34), Lat. 41.033936, Lonġ. 26.289506 (2024/36), Lat. 40.907284, Lonġ. 26.211295 (2024/37), Lat. 40.878159, Lonġ. 26.19378 (2024/38), Lat. 41.462289, Lonġ. 26.567053 (2024/40), Lat. 41.300453, Lonġ. 26.443197 (2024/41), Lat. 41.519144, Lonġ. 26.310606 (2024/42), Lat. 40.945707, Lonġ. 26.276123 (2024/43), Lat. 40.942757, Lonġ. 26.126487 (2024/44), Lat. 40.887613, Lonġ. 26.15199 (2024/45), Lat. 41.028801, Lonġ. 26.277341 (2024/46), Lat. 40.930925, Lonġ. 26.11938 (2024/47), Lat. 40.885191, Lonġ. 26.182334 (2024/48), Lat. 40.850308, Lonġ. 26.091824 (2024/49), Lat. 40.851382, Lonġ. 26.090704 (2024/50), Lat. 40.853496, Lonġ. 26.089931 (2024/51), Lat. 41.217657, Lonġ. 26.300685 (2024/52), Lat. 40.850681, Lonġ. 26.01075 (2024/53), Lat. 40.849066, Lonġ. 25.939879 (2024/54), Lat. 41.08794, Lonġ. 26.279672 (2024/56), Lat. 40.87472, Lonġ. 26.009628 (2024/57), Lat. 41.473893, Lonġ. 26.555161 (2024/58)

25.10.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Evros, ġo ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.49961111, Lonġ. 26.54605556 (2024/5), Lat. 40.96145278, Lonġ. 26.3345 (2024/6), Lat. 40.94543, Lonġ. 26.275696 (2024/7), Lat. 40.876278, Lonġ. 26.202551 (2024/8), Lat. 40.952487, Lonġ. 26.280721 (2024/9) Lat. 40.920725, Lonġ. 26.205981 (2024/10) Lat. 41.024363, Lonġ. 26.302547 (2024/11), Lat. 41.51720278, Lonġ. 26.54510278 (2024/12), Lat. 40.959944, Lonġ. 26.336306 (2024/13), Lat. 40.93578, Lonġ. 26.213778 (2024/14), Lat. 40.895996, Lonġ. 26.222777 (2024/15), Lat. 40.900261, Lonġ. 26.22288 (2024/16), Lat. 40.891842, Lonġ. 26.146147 (2024/17), Lat. 40.933886, Lonġ. 26.217318 (2024/18), Lat. 40.92507, Lonġ. 26.212431 (2024/19), Lat. 41.278291, Lonġ. 26.276953 (2024/20), Lat. 40.883228, Lonġ. 26.157055 (2024/21), Lat. 40.923486, Lonġ. 26.213196 (2024/22), Lat. 40.922552, Lonġ. 26.209702 (2024/23), Lat. 40.925647, Lonġ. 26.1662 (2024/24), Lat. 40.883022, Lonġ. 26.227036 (2024/25), Lat. 40.904757, Lonġ. 26.178189 (2024/26), Lat. 40.848411, Lonġ. 26.203314 (2024/27), Lat. 41.019251, Lonġ. 26.269386 (2024/28), Lat. 41.48359444, Lonġ. 26.57411944 (2024/29), Lat. 41.49358333, Lonġ. 26.54305556 (2024/30), Lat. 41.51486111, Lonġ. 26.54725 (2024/31), Lat. 40.89917, Lonġ. 26.186411 (2024/32), Lat. 40.9941149, Lonġ. 26.155657 (2024/33), Lat. 40.832839, Lonġ. 26.131642 (2024/34), Lat. 41.033936, Lonġ. 26.289506 (2024/36), Lat. 40.907284, Lonġ. 26.211295 (2024/37), Lat. 40.878159, Lonġ. 26.19378 (2024/38), Lat. 41.462289, Lonġ. 26.567053 (2024/40), Lat. 41.300453, Lonġ. 26.443197 (2024/41), Lat. 41.519144, Lonġ. 26.310606 (2024/42), Lat. 40.945707, Lonġ. 26.276123 (2024/43), Lat. 40.942757, Lonġ. 26.126487 (2024/44), Lat. 40.887613, Lonġ. 26.15199 (2024/45), Lat. 41.028801, Lonġ. 26.277341 (2024/46), Lat. 40.930925, Lonġ. 26.11938 (2024/47), Lat. 40.885191, Lonġ. 26.182334 (2024/48), Lat. 40.850308, Lonġ. 26.091824 (2024/49), Lat. 40.851382, Lonġ. 26.090704 (2024/50), Lat. 40.853496, Lonġ. 26.089931 (2024/51), Lat. 41.217657, Lonġ. 26.300685 (2024/52), Lat. 40.850681, Lonġ. 26.01075 (2024/53), Lat. 40.849066, Lonġ. 25.939879 (2024/54), Lat. 41.217657, Lonġ. 26.300685 (2024/52), Lat. 40.850681, Lonġ. 26.01075 (2024/53), Lat. 40.849066, Lonġ. 25.939879 (2024/54), Lat. 41.08794, Lonġ. 26.279672 (2024/56), Lat. 40.87472, Lonġ. 26.009628 (2024/57), Lat. 41.473893, Lonġ. 26.555161 (2024/58) għajr iż-żoni li hemm f’xi żona ta’ protezzjoni

3.11.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Evros, ġo ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.49961111, Lonġ. 26.54605556 (2024/5), Lat. 40.96145278, Lonġ. 26.3345 (2024/6), Lat. 40.94543, Lonġ. 26.275696 (2024/7), Lat. 40.876278, Lonġ. 26.202551 (2024/8), Lat. 40.952487, Lonġ. 26.280721 (2024/9) Lat. 40.920725, Lonġ. 26.205981 (2024/10) Lat. 41.024363, Lonġ. 26.302547 (2024/11), Lat. 41.51720278, Lonġ. 26.54510278 (2024/12), Lat. 40.959944, Lonġ. 26.336306 (2024/13), Lat. 40.93578, Lonġ. 26.213778 (2024/14), Lat. 40.895996, Lonġ. 26.222777 (2024/15), Lat. 40.900261, Lonġ. 26.22288 (2024/16), Lat. 40.891842, Lonġ. 26.146147 (2024/17), Lat. 40.933886, Lonġ. 26.217318 (2024/18), Lat. 40.92507, Lonġ. 26.212431 (2024/19), Lat. 41.278291, Lonġ. 26.276953 (2024/20), Lat. 40.883228, Lonġ. 26.157055 (2024/21), Lat. 40.923486, Lonġ. 26.213196 (2024/22), Lat. 40.922552, Lonġ. 26.209702 (2024/23), Lat. 40.925647, Lonġ. 26.1662 (2024/24), Lat. 40.883022, Lonġ. 26.227036 (2024/25), Lat. 40.904757, Lonġ. 26.178189 (2024/26), Lat. 40.848411, Lonġ. 26.203314 (2024/27), Lat. 41.019251, Lonġ. 26.269386 (2024/28), Lat. 41.48359444, Lonġ. 26.57411944 (2024/29), Lat. 41.49358333, Lonġ. 26.54305556 (2024/30), Lat. 41.51486111, Lonġ. 26.54725 (2024/31), Lat. 40.89917, Lonġ. 26.186411 (2024/32), Lat. 40.9941149, Lonġ. 26.155657 (2024/33), Lat. 40.832839, Lonġ. 26.131642 (2024/34), Lat. 41.033936, Lonġ. 26.289506 (2024/36), Lat. 40.907284, Lonġ. 26.211295 (2024/37), Lat. 40.878159, Lonġ. 26.19378 (2024/38), Lat. 41.462289, Lonġ. 26.567053 (2024/40), Lat. 41.300453, Lonġ. 26.443197 (2024/41), Lat. 41.519144, Lonġ. 26.310606 (2024/42), Lat. 40.945707, Lonġ. 26.276123 (2024/43), Lat. 40.942757, Lonġ. 26.126487 (2024/44), Lat. 40.887613, Lonġ. 26.15199 (2024/45), Lat. 41.028801, Lonġ. 26.277341 (2024/46), Lat. 40.930925, Lonġ. 26.11938 (2024/47), Lat. 40.885191, Lonġ. 26.182334 (2024/48), Lat. 40.850308, Lonġ. 26.091824 (2024/49), Lat. 40.851382, Lonġ. 26.090704 (2024/50), Lat. 40.853496, Lonġ. 26.089931 (2024/51), Lat. 41.217657, Lonġ. 26.300685 (2024/52), Lat. 40.850681, Lonġ. 26.01075 (2024/53), Lat. 40.849066, Lonġ. 25.939879 (2024/54), Lat. 41.217657, Lonġ. 26.300685 (2024/52), Lat. 40.850681, Lonġ. 26.01075 (2024/53), Lat. 40.849066, Lonġ. 25.939879 (2024/54), Lat. 41.08794, Lonġ. 26.279672 (2024/56), Lat. 40.87472, Lonġ. 26.009628 (2024/57), Lat. 41.473893, Lonġ. 26.555161 (2024/58).

26.10.2024 – 3.11.2024

Unità reġjonali ta’ Kavala

GR-CAPRIPOX-2024-00035

GR-CAPRIPOX-2024-00039

GR-CAPRIPOX-2024-00060

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Kavala, ġo ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 40.855895, Lonġ. 24.176609 (2024/35), Lat. 40.884672, Lonġ. 24.663783 (2024/39), Lat. 40.9007455, Lonġ. 24.66838316 (2024/60)

25.10.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unitajiet reġjonali ta’ Kavala u Serres, ġo ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 40.855895, Lonġ. 24.176609 (2024/35), Lat. 40.884672, Lonġ. 24.663783 (2024/39), Lat. 40.9007455, Lonġ. 24.66838316 (2024/60), għajr iż-żoni li hemm f’xi żona ta’ protezzjoni

3.11.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Kavala, ġo ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 40.855895, Lonġ. 24.176609 (2024/35), Lat. 40.884672, Lonġ. 24.663783 (2024/39), Lat. 40.9007455, Lonġ. 24.66838316 (2024/60)

26.10.2024 – 3.11.2024

Unità reġjonali ta’ Serres

GR-CAPRIPOX-2024-00055

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Serres, ġo ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.02794, Lonġ. 23.704541 (2024/55),

25.10.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Serres, ġo ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.02794, Lonġ. 23.704541 (2024/55), għajr iż-żoni li hemm f’xi żona ta’ protezzjoni

3.11.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Serres, ġo ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.02794, Lonġ. 23.704541 (2024/55)

26.10.2024 – 3.11.2024

Unità reġjonali ta’ Rhodopi

GR-CAPRIPOX-2024-00059

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Serres, ġo ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 40.983496, Lonġ. 25.421738 (2024/59)

24.10.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Serres, ġo ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 40.983496, Lonġ. 25.421738 (2024/59), għajr iż-żoni li hemm f’xi żona ta’ protezzjoni

2.11.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Serres, ġo ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 40.983496, Lonġ. 25.421738 (2024/59)

25.10.2024 – 2.11.2024

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Unità reġjonali

Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Unità reġjonali ta’ Evros

L-unità reġjonali ta’ Evros għajr iż-żoni li hemm f’xi żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza.

3.11.2024

L-unità reġjonali ta’ Evros

4.11.2024 – 3.12.2024

Unità reġjonali ta’ Rhodopi

L-unità reġjonali ta’ Rhodopi għajr iż-żoni li hemm f’xi żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza.

2.11.2024

L-unità reġjonali ta’ Rhodopi

3.11.2024 – 3.12.2024

Unità reġjonali ta’ Kavala

Fl-unità reġjonali ta’ Kavala, il-muniċipalità ta’ Thasos u ż-żoni li hemm f’xi żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza.

21.10.2024

L-unità reġjonali ta’ Kavala għajr il-muniċipalità ta’ Thasos

22.10.2024 – 3.12.2024

Unità reġjonali ta’ Serres

Il-muniċipalitajiet ta’ Amphipolis, Visaltia, Emmanouil Pappas, Serres u Nea Zichni, għajr iż-żoni li hemm f’xi żona ta’ protezzjoni jew sorveljanza.

3.11.2024

Il-muniċipalitajiet ta’ Amphipolis, Visaltia, Emmanouil Pappas, Serres u Nea Zichni

4.11.2024 – 3.12.2024

Unità reġjonali ta’ Drama

Il-muniċipalità ta’ Doxato

3.12.2024

Unità reġjonali ta’ Xanthi

Il-muniċipalità ta’ Topiros

3.12.2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2660/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)