|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2615 |
20.11.2023 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2615
tal-15 ta’ Novembru 2023
li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti bil-konzijiet tal-qiegħ li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2023. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat mal-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) u applikabbli għall-bastimenti bil-konzijiet tal-qiegħ li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru, jitqies li ntlaħaq għall-2023. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-isforz
L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lill-Italja għall-grupp ta’ stokkijiet tal-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-2023 imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti bil-konzijiet tal-qiegħ li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24-il metru, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord u jsiru rilokazzjoni, trażbord jew ħatt l-art tal-ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 220).
ANNESS
|
Nru |
16/TQ195 |
|
Stat Membru |
L-Italja |
|
Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd |
EFF1/MED2_LL3 |
|
Grupp ta’ stokkijiet |
Merluzz (Merluccius merluccius) fil-GSAs 8, 9,10 u 11 |
|
Bastimenti konċernati |
Bastimenti bil-konzijiet tal-qiegħ ≥ 18 m u < 24 m |
|
Data tal-għeluq |
Is-27 ta’ Ottubru 2023 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2615/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)