|
15.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Lulju 2010
li ttemm il-proċedura antidumping rigward l-importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-istainless steel u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja u mill-Malażja
(2010/392/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. Proċedura
|
(1) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2009 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċiviet ilment dwar dumping inġurjuż allegat ta’ ċerti qfieli tal-istainless steel u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja u l-Malażja (“il-pajjiżi kkonċernati”). |
|
(2) |
L-ilment tressaq mill-European Industrial Fasteners Institute (“EIFI”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-istainless steel skont l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment antidumping. |
|
(4) |
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni tat-bidu, b’avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), għal proċedura antidumping li tikkonċerna l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-istainless steel u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati, li jidħlu fil-klassifikazzjonijiet tal-kodiċi NM 7318 12 10 , 7318 14 10 , 7318 15 30 , 7318 15 51 , 7318 15 61 , u 7318 15 70 . |
|
(5) |
Fl-istess jum, il-Kummissjoni tat bidu għal proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-istainless steel u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati (3). |
|
(6) |
Il-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarji lill-indusrija tal-Unjoni u lil kull assoċjazzjoni ta’ produtturi magħrufa fl-Unjoni Ewropea, lill-esportaturi/produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, lil kull assoċjazzjoni ta’ esportaturi/produtturi, lill-imporaturi, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu. |
B. L-irtirar tal-ilment u t-twaqqif tal-proċediment
|
(7) |
B’ittra tal-1 ta’ April 2010 lill-Kummissjoni, l-EIFI formalment irtiraw l-ilment. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm dan it-tmiem ma jmurx kontra l-interess tal-Unjoni. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jintemm billi l-investigazzjoni ma sabet ebda fatt li juri li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu ebda kummenti li jindikaw li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
|
(10) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-istainless steel u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandu jintemm, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment antidumping rigward l-importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-istainless steel u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja u mill-Malażja, attwalment ikklassifikati fil-kodiċijiet NM 7318 12 10 , 7318 14 10 , 7318 15 30 , 7318 15 51 , 7318 15 61 u 7318 15 70 , huwa b’dan mitmum.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.