<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0600507901.case.xml"><NO.CASE>C-361/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0361</NO.CELEX><NO.SEQ>0009.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-5081</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-5094</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20110609">9.6.2011</DATE> — KAWŻA C-361/10</LEFT><RIGHT>INTERCOMMUNALE INTERMOSANE U FÉDÉRATION DE L'INDUSTRIE ET DU GAZ</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-361/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100709">9 ta’ Lulju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20100719">19 ta’ Lulju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Intercommunale Intermosane SCRL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fédération de l’industrie et du gaz</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Istat Belġjan,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn M. D. Šváby, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur) u G. Arestis, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-5082"?><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Intercommunale Intermosane SCRL, minn J. Bourtembourg, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J.-C. Halleux u T. Materne, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Repubblika tal-Awstrija, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Patakia u G. Zavvos, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-5083"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1 u 8 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19980622">22 ta’ Ġunju 1998</DATE>, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19980720">20 ta’ Lulju 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 98/34<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Intercommunale Intermosane SCRL u l-Fédération de l’industrie et du gaz, assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, minn naħa waħda, u l-Istat Belġjan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni dwar ċerti rekwiżiti minimi ta’ sigurtà għal ċerti installazzjonijiet elettriċi antiki fil-postijiet tax-xogħol.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5084"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw it-tifsriet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>, kull prodott fabbrikat b’mod industrijali u kull prodott agrikolu, inklużi prodotti mill-ħut;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>, speċifikazzjoni li tinsab f’dokument li jistabbilixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott bħalma huma l-livelli ta’ kwalità, ir-riżultat tal-ħidma, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, inklużi l-ħtiġiet li japplikaw għall-prodott rigward l-isem li bih il-prodott jinbiegħ, it-terminoloġija, is-simboli, l-eżaminazzjoni u l-metodi ta’ l-eżaminazzjoni, l-imballaġġ, l-immarkar jew l-ittikkettjar u l-proċeduri ta’ stima tal-konformità.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ħtiġiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>, ħtieġa, għajr speċifikazzjoni teknika, imposta fuq prodott bil-għan li tipproteġi, b’mod partikolari, il-konsumatur jew l-ambjent, u li taffettwa ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu wara li jkun inħareġ fis-suq, bħalma huma l-kondizzjonijiet dwar<?PAGE NO="I-5085"?> l-użu, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-rimi, fejn dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kompożizzjoni jew in-natura tal-prodott jew il-bejgħ tiegħu fis-suq;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>, speċifikazzjonijiet tekniċi u ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi, inklużi d-dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti, li l-osservanza tagħhom hija obbligatorja, de jure jew de facto, fil-każ tat-tqegħid fis-suq, il-forniment ta’ servizz, l-istabbiliment ta’ operatur tas-servizz jew l-użu fi Stat Membru jew f’parti l-kbira minnu, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri, għajr dawk ipprovduti fl-Artikolu 10, li jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott, jew li jipprojbixxu l-forniment jew l-użu ta’ servizz, jew l-istabbiliment ta’ fornitur tas-servizz.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawk il-miżuri li l-Istati Membri jqisu meħtieġa skond it-Trattat għall-protezzjoni tal-persuni, b’mod partikolari il-ħaddiema, meta jiġu użati prodotti, sakemm dawn il-miżuri ma jaffettwawx il-prodotti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34 juża l-kliem li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Soġġetti għall-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku, għajr fejn dan sempliċiment<?PAGE NO="I-5086"?> jittrasponi t-test ta’ standard internazzjonali jew Ewropew, f’liema każ l-informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-istandard relevanti tkun biżżejjed; għandhom ukoll iħallu lill-Kummissjoni tagħmel dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet li jagħmlu meħtieġa l-leġislazzjoni ta’ dan ir-regolament tekniku, fejn dawn ma jkunux diġà ġew magħmula ċari fl-abbozz<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikoli 8 sa 13 tad-Digriet Irjali tat-<DATE ISO="20080602">2 ta’ Ġunju 2008</DATE>, dwar ċerti rekwiżiti minimi ta’ sigurtà għal ċerti installazzjonijiet elettriċi antiki fil-postijiet tax-xogħol, (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tad-<DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE>, p. 31631, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Digriet Irjali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="008"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/><HT TYPE="ITALIC">Art. 8.</HT></TI.ART><ALINEA><P>L-installazzjoni elettrika għandha ssir b’tali mod li l-ħaddiema jkunu protetti kontra r-riskji marbuta mal-kuntatt dirett u l-kuntatt indirett, kontra l-effetti ta’ vultaġġ qawwi żżejjed dovut għal iżolazzjoni difettuża, għall-operazzjonijiet u l-influwenzi atmosferiċi, kontra l-ħruq u riskji oħra tas-saħħa u anki kontra riskji mhux elettriċi dovuti għall-użu tal-elettriku.</P><P>Jekk ma jkunx jidher possibbli li r-riskji msemmija iktar ’il fuq jiġu eliminati permezz ta’ miżuri kunċettwali jew miżuri ta’protezzjoni kollettiva, l-aċċess għal dawn l-installazzjonijiet għandu jiġi rriżervat esklużivament għall-ħaddiema b’kompetenza tal-Kodiċi BA4 jew BA5 kif inhuwa stipulat fl-Artikolu 47 tar-[regolament ġenerali dwar l-installazzjonijiet elettriċi].</P></ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="I-5087"?><ARTICLE IDENTIFIER="009"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Art. 9.</HT></TI.ART><ALINEA><P>L-installazzjoni elettrika għandha ssir b’tali mod li:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>jiġu evitati l-arki u t-temperaturi tal-wiċċ perikolużi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>jiġu evitati t-tisħin żejjed, in-nirien u l-isplużjonijiet.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="010"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Art. 10.</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull ċirkuwitu għandu jiġi protett b’għall-inqas strument ta’ protezzjoni wieħed, li jaqta’ l-kurrent f’każ ta’ overload qabel ma dan jisħon b’tali mod li jista’ jikkawża ħsara lill-iżolazzjoni, lill-konnessjonijiet, lill-kondutturi jew lill-ambjent.</P><P>Kull ċirkuwitu għandu jkun protett minn strument ta’ protezzjoni li jaqta’ l-kurrent f’każ ta’ xort qabel ma jiġu kkawżati effetti perikolużi.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (1), ċerti ċirkuwiti jistgħu ma jkunux protetti kontra kurrent eċċessiv, sakemm jiġu osservati l-kundizzjonijiet u l-proċedura previsti fl-Artikoli 119, 123 u 126 tar-[regolament ġenerali dwar l-installazzjonijiet elettriċi].</ALINEA></PARAG></ARTICLE><?PAGE NO="I-5088"?><ARTICLE IDENTIFIER="011"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Art. 11.</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet bl-elettriku mitfi, l-interruzzjoni tal-installazzjoni elettrika jew taċ-ċirkuwiti elettriċi individwali għandha tkun tista’ ssir b’mod sigur u affidabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontroll funzjonali għandu jsir b’mod sigur u affidabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>L-effetti ta’ tnaqqis fil-vultaġġ jew in-nuqqas ta’ vultaġġ u r-ripristinu tiegħu ma għandhomx jikkompromettu s-sigurtà tal-ħaddiema.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="012"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Art. 12.</HT></TI.ART><ALINEA><P>L-installazzjoni elettrika għandha ssir b’tagħmir elettriku ddisinjat b’tali mod li ma jikkompromettix is-sigurtà tal-persuni, f’każ ta’ installazzjoni u manutenzjoni kif suppost u ta’ użu konformi mal-għan intiż.</P><P>Jekk ikun il-każ, it-tagħmir għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-digrieti li jittrasponu d-direttivi Komunitarji applikabbli f’dan il-qasam.</P></ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="I-5089"?><ARTICLE IDENTIFIER="013"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Art. 13.</HT></TI.ART><ALINEA>It-tagħmir elettriku użat għandu jkun, jew permezz tal-mod kif inhu ddisinjat jew permezz ta’ protezzjoni addizzjonali, adattat għall-influwenzi esterni u għall-kundizzjonijiet tal-użu preżenti jew raġonevolment prevedibbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, permezz ta’ rikors ippreżentat fit-<DATE ISO="20080818">18 ta’ Awwissu 2008</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju, talbu l-annullament tad-Digriet Irjali.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jinvokaw b’mod partikolari ksur tad-Direttiva 98/34 għar-raġuni li d-Digriet Irjali jinkludi regolamenti tekniċi, li l-abbozz tagħhom kellu, b’mod konformi mal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.P><TXT>Dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikoli 8 sa 13 tad-[Digriet Irjali], li jistabbilixxu rekwiżiti dwar ir-realizzazzjoni ta’ installazzjonijiet elettriċi, dwar il-kostruzzjoni ta’ materjal elettriku u dwar il-protezzjonijiet magħquda ma’ dan il-materjal sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema, jikkostitwixxu regoli tekniċi<?PAGE NO="I-5090"?> fis-sens tal-Artikolu 1(11) tad-Direttiva [98/34] li l-proġetti tagħha [l-abbozzi tagħhom] għandhom ikunu s-suġġett ta’ notifika skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8(1) tal-istess direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikoli 8 sa 13 tad-[Digriet Irjali], huma miżuri, fis-sens tal-Artikolu 1, <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, tad-Direttiva [98/34] li l-Istati Membri jqisu bħala neċessarji sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-persuni, u b’mod partikolari tal-ħaddiema, waqt l-użu ta’ prodotti u li ma jolqtux il-prodotti?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34 għandux jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwwixu regolamenti tekniċi, skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni, li l-abbozzi tagħhom għandhom ikunu s-suġġett tal-komunikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-Direttiva 98/34 għandha bħala għan li tħares il-moviment liberu tal-merkanzija, li hu wieħed mis-sisien tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ kontroll preventiv, u dan il-kontroll huwa utli inkwantu regolamenti tekniċi li jaqgħu taħt din id-direttiva jistgħu jikkostitwixxu ostakoli għall-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri, minħabba li dawn l-ostakoli ma jistgħux jiġu<?PAGE NO="I-5091"?> ammessi ħlief jekk meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti kundizzjonijiet essenzjali biex jintlaħaq għan ta’ interess ġenerali (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19960430">30 ta’ April 1996</DATE>, CIA Security International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-194/94" PAGE.ECR="I-2201" YEAR="1996">C-194/94, Ġabra p. I-2201</REF.DOC.ECR>, punti 40 u 48, kif ukoll tat-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>, Lidl Italia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/04" PAGE.ECR="I-7865" YEAR="2005">C-303/04, Ġabra p. I-7865</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, jirriżulta mill-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34 li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jinqasam fi tliet kategoriji, jiġifieri, fl-ewwel lok, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-Artikolu 1(3) tal-imsemmija direttiva, fit-tieni lok, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ħtiġiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> kif iddefiniti fl-Artikolu 1(4) ta’ din id-direttiva, u fit-tielet lok, il-projbizzjoni tal-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott prevista fl-Artikolu 1(11) tal-istess direttiva (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20050421">21 ta’ April 2005</DATE>, Lindberg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-267/03" PAGE.ECR="I-3247" YEAR="2005">C-267/03, Ġabra p. I-3247</REF.DOC.ECR>, punt 54 u tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, Schwibbert, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-20/05" PAGE.ECR="I-9447" YEAR="2007">C-20/05, Ġabra p. I-9447</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Jekk jitqies li l-installazzjonijiet elettriċi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/34, għandu jiġi eżaminat jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża principali jaqgħux taħt waħda minn dawn it-tliet kategoriji.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, biżżejjed jiġi rrilevat qabel kollox li dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqgħux taħt it-tielet kategorija ta’ regolamenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34, peress li ma jinvolvux projbizzjoni tal-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi vverifikat jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħux taħt l-ewwel kategorija ta’ regolamenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34, jiġifieri l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5092"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li dan il-kunċett, li huwa ddefinit fl-imsemmi Artikolu 1(3), jippresupponi li l-miżura nazzjonali neċessarjament tirreferi għall-prodott jew għall-imballaġġ tiegħu fih innifsu u għaldaqstant tistabbilixxi waħda mill-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott (ara s-sentenza Schwibbert, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li r-rekwiżiti minimi fir-rigward ta’ kif għandhom isiru ċerti installazzjonijiet elettriċi previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jiżguraw is-sigurtà ta’ dawn l-installazzjonijiet sabiex jiġu protetti l-ħaddiema li jużawhom.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dawn ir-rekwiżiti minimi jinkludu ħtiġijiet u għanijiet ġenerali fil-qasam tas-sigurtà u tal-protezzjoni, mingħajr ma neċessarjament jirreferu għall-prodott ikkonċernat jew għall-imballaġġ tiegħu fihom infushom u, b’hekk, mingħajr ma jistabbilixxu l-karatteristiċi ta’ dan il-prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jinkludux speċifikazzjonijiet tekniċi fis-sens tad-Direttiva 98/34.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi vverifikat jekk dawn id-dispożizzjonijiet jaqgħux taħt it-tieni kategorija ta’ regolamenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34, jiġifieri l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ħtiġiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, sabiex ikunu jistgħu jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ħtiġiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 98/34, ir-rekwiżiti minimi previsti mill-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinjifikattiv il-kompożizzjoni, in-natura jew it-tqegħid fis-suq tal-prodott ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Lindberg, iċċitata iktar ’il fuq, punt 72).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5093"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-natura ġenerali tal-imsemmija rekwiżiti, huma ma jistgħux jikkostitwixxu tali kundizzjonijiet u lanqas, konsegwentement, ma jistgħu jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ħtiġiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 1(4).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet suesposti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34 għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkostitwixxux regolamenti tekniċi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-abbozzi tagħhom għandhom ikunu s-suġġett tal-komunikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5094"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19980622">22 ta’ Ġunju 1998</DATE>, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19980720">20 ta’ Lulju 1998</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkostitwixxux regolamenti tekniċi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-abbozzi tagħhom għandhom ikunu s-suġġett tal-komunikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>