European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/86

21.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/86

tal-20 ta’ Jannar 2025

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2189 fir-rigward tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ April 2024, il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali (il-“Kumitat”) esprima opinjoni pożittiva dwar abbozz ta’ att li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “ClearKlens wipes based on IPA”, inkluż l-Anness tiegħu li jipprovdi s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (l-“SPC”).

(2)

Fit-3 ta’ Settembru 2024, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2189 (2) li jagħti l-awtorizzazzjoni ġie adottat u sussegwentement ippubblikat, madankollu mingħajr l-SPC.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2189 jiġi kkoreġut biex jinkludi l-SPC.

(4)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dik il-korrezzjoni ssir mingħajr dewmien u jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika b’mod retroattiv peress li t-termini u l-kundizzjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u mal-użu tal-prodott bijoċidali uniku “ClearKlens wipes based on IPA” huma definiti fl-SPC.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2189,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2189, it-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-24 ta’ Settembru 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2189 tat-3 ta’ Settembru 2024 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni lill-prodott bijoċidali uniku “ClearKlens wipes based on IPA” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/2189, 4.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2189/oj).


ANNESS

SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL PRODOTT BIJOĊIDALI

ClearKlens wipes based on IPA

Tip(i) ta’ prodott

PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0032009-0000

Numru tal-assi R4BP: EU-0032009-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott

Isem/Ismijiet kummerċjali

ClearKlens IPA 70 % non sterile WW

ClearKlens IPA 70 % v/v wipes

ClearKlens IPA 70 % wipes

ClearKlens IPA 70 % wipes non sterile

ClearKlens IPA 70 % wipes non sterile VH1

ClearKlens IPA 70 % wipes VH1

ClearKlens IPA 70 % WW

ClearKlens IPA 70 % WW VH1

ClearKlens IPA 70 % non sterile wipes

ClearKlens IPA 70 % non sterile wipes VH1

ClearKlens IPA wipe

ClearKlens IPA Wipes

ClearKlens IPA WW

Divodes IPA WW

IPA 70 % v/v WW

IPA 70 % wipes

IPA 70 % WW

IPA 70 % WW VH1

IPA wipes

IPA WW

Divodes IPA Wipes

Soft Care IPA Desinfection Wipes

TASKI Sprint IPA Wipes

TASKI Sani IPA Wipes

TASKI Jontec IPA Wipes

TechniSat® DES

TexVantage™ DES

PolySat® DES

AlphaSat™ DES

ThermaSat DES

TechniScrub™ DES

HoneyComb® DES

AlphaSat™ 10 DES

ClearKlens IPA 70 % v/v WW

Suma IPA Wipes

Vectra Honeycomb 10

TechniSat DCO

TechniSat MDC

TexVantage DCO

TexVantage MDC

PolySat DCO

PolySat MDC

AlphaSat DCO

AlphaSat MDC

ThermaSat DCO

ThermaSat MDC

TechniScrub DCO

TechniScrub MDC

HoneyComb DCO

HoneyComb MDC

AlphaSat 10 DCO

AlphaSat 10 MDC

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Diversey Europe Operations B.V.

Indirizz

Regulatory team Maarssenbroeksedijk 2 3542 DN Utrecht NL

Numru tal-awtorizzazzjoni

 

EU-0032009-0000

Numru tal-assi R4BP

 

EU-0032009-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

 

It-22 ta’ Jannar 2025

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

 

Il-31 ta’ Diċembru 2034

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

Isem tal-manifattur

Diversey Europe Operations B.V.

Indirizz tal-manifattur

Maarssenbroeksedijk 2 3542DN Utrecht In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

Diversey Europe Operations B.V. site 1 Avenida Conde Duque 5, 7 y 9; Poligono Industrial La Postura 28343 Valdemoro (Madrid) Spanja

Diversey Europe Operations B.V. site 2 Strada Statale 235 26010 Bagnolo Cremasco (CR) L-Italja

Diversey Europe Operations B.V. site 3 Cotes Park Industrial Estate DE55 4PA Somercotes Alfreton Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Diversey Europe Operations B.V. site 4 Rembrandtlaan 414 7545 ZW Enschede In-Netherlands

Diversey Europe Operations B.V. site 5 Morschheimer Strasse 12 D-67292 Kirchheimbolanden Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

Flexible Medical Packaging Ltd

Indirizz tal-manifattur

Unit 8, Hightown, White Cross Industrial Estate LA1 4XS Lancaster, Lancashire Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Post ta’ siti ta’ manifattura

Flexible Medical Packaging Ltd site 1 Unit 8, Hightown, White Cross Industrial Estate LA1 4XS Lancaster, Lancashire Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq


Isem tal-manifattur

Ardepharm

Indirizz tal-manifattur

Les Iles Ferays 07300 Tournon-sur-Rhône Franza

Post ta’ siti ta’ manifattura

Ardepharm site 1 Les Iles Ferays 07300 Tournon-sur-Rhône Franza


Isem tal-manifattur

Entegris Cleaning Process (ECP) S.A.S

Indirizz tal-manifattur

395 rue Louis Lépine 34000 Montpellier Franza

Post ta’ siti ta’ manifattura

Entegris Cleaning Process (ECP) S.A.S site 1 395 rue Louis Lépine 34000 Montpellier Franza


Isem tal-manifattur

Pluswipes Ltd

Indirizz tal-manifattur

Pywell Rd, Willowbrook East Industrial Estate NN17 5XJ Corby Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Post ta’ siti ta’ manifattura

Pluswipes Ltd site 1 Pywell Rd, Willowbrook East Industrial Estate NN17 5XJ Corby Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq


Isem tal-manifattur

ITW Contamination Control BV

Indirizz tal-manifattur

Saffierlaan 5 2132 VZ Hoofddorp In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

ITW Contamination Control BV site 1 Saffierlaan 5 2132 VZ Hoofddorp In-Netherlands


Isem tal-manifattur

ITW Texwipe

Indirizz tal-manifattur

1210 South Park Drive 27284 North Carolina Kernersville L-Istati Uniti

Post ta’ siti ta’ manifattura

ITW Texwipe site 1 1210 South Park Drive 27284 North Carolina Kernersville L-Istati Uniti


Isem tal-manifattur

ITW Contamination Control (Wujiang) Co., LTD

Indirizz tal-manifattur

No. 4660 Pangjin Road Wujiang Economic & Technological Development Zone Suzhou, Jiangsu province 215021 Suzhou Iċ-Ċina

Post ta’ siti ta’ manifattura

ITW Contamination Control (Wujiang) Co., LTD site 1 No. 4660 Pangjin Road Wujiang Economic & Technological Development Zone Suzhou, Jiangsu province 215021 Suzhou Iċ-Ċina

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Propan-2-ol

Isem tal-manifattur

INEOS Solvents Germany GmbH

Indirizz tal-manifattur

Anckelmannplatz D-20537 Hamburg Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

INEOS Solvents Germany GmbH site 1 Shamrockstrasse 88 D-44623 Herne Il-Ġermanja

INEOS Solvents Germany GmbH site 2 Römerstrasse 733 D-47443 Moers Il-Ġermanja


Sustanza attiva

Propan-2-ol

Isem tal-manifattur

Shell Chemicals Europe B.V.

Indirizz tal-manifattur

Postbus 2334 3000 CH Rotterdam In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

Shell Chemicals Europe B.V. site 1 Vondelingenweg 601 3196 KK Rotterdam-Pernis In-Netherlands


Sustanza attiva

Propan-2-ol

Isem tal-manifattur

Exxon Mobil Chemicals

Indirizz tal-manifattur

Hermeslaan 2 1831 Machelen Il-Belġju

Post ta’ siti ta’ manifattura

Exxon Mobil Chemicals site 1 4045 Scenic Hailway LA 70805 Baton Rouge L-Istati Uniti

Exxon Mobil Chemicals site 2 Southampton SO45 1TX Hampshire L-Istati Uniti


Sustanza attiva

Propan-2-ol

Isem tal-manifattur

Novapex

Indirizz tal-manifattur

21 Chemin de la Sauvegarde 21 Écully Park CS 33167 69134 Écully Franza

Post ta’ siti ta’ manifattura

Novapex site 1 Rue Gaston Monmousseau 38556 Saint Maurice l’Exil Franza

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Propan-2-ol

 

sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

63,1  % (w/w)

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni

XX — Wipes nidjin minn qabel

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet ta’ periklu

H225: Likwidu u fwar li jaqbdu malajr.

H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn.

H336: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

EUH066: Esponiment ripetut tista’ tikkaġuna nxif jew qsim tal-ġilda.

Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni

P210: Żomm ’il bogħod mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħrajn li jaqbdu. Tpejjipx.

P261: Evita li tibla’ bin-nifs fwar.

P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ.

P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs.

P312: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jekk tħossok ma tiflaħx.

P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

P337+P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għaj nejn tippersisti: Ikkonsulta tabib.

P403+P235: Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Żomm frisk.

P370+P378: F’każ ta’ nar: Uża bl-ilma għat-tifi.

P264: Aħsel idejn sew wara li tużah.

P501: Armi l-l-kontenut fi Armi l-kontenutfi, skont ir-regolamenti lokali.

P405: Aħżen f’post imsakkar.

4.   UŻU/I AWTORIZZATI

4.1.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 1

Uża #1 PT02: Diżinfettant tal-wiċċ iebes — professjonisti — Imsiħ

Tip ta’ prodott

PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

—

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Qasam/Oqsma ta’ użu

Użu fuq ġewwa

Wipes lesti għall-użu nidjin minn qabel (RTU) għad-diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin mhux porużi mnaddfa minn qabel fil-laboratorji, kmamar nodfa u faċilitajiet ta’ manifattura farmaċewtika u kożmetika.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: Imsiħ bl-użu ta’ wipes nidjin minn qabel RTU

Deskrizzjoni dettaljata: —

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: Uża X għal kull 0,5 m2. Fejn X huwa 1 wipe; għal wipes bid-daqs 20-46 cm × 38-68 cm 2 wipes; għal wipes bid-daqs 15-31 cm × 20-31 cm 3 wipes; għal wipes bid-daqs 15 cm × 15 cm 4 wipes; għal wipes bid-daqs 10 cm × 10 cm

Dilwizzjoni (%): Lesti għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Applika skont il-protokolli tad-diżinfezzjoni sa 20 darba kuljum

Ħin ta’ kuntatt: ħalli li jkun hemm effett għal mill-inqas 5 minuti

Kategorija/i ta’ utenti

Industrijali; professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Ippakkjar:

Borża bi slider tal-polietilene tereftalat (PET)/ Polietilene ta’ densità baxxa (LDPE)/Polietilene ta’ densità għolja (HDPE) b’ saff ta’ barriera COEX

Borża Flexpack PET/LDPE/ HDPE b’saff ta’ barriera COEX

Bott — HDPE

Vażett — HDPE

Kull pakkett jista’ jkun fih bejn 5 sa 500 wipes, il-bott (HDPE) jista’ jkun fih sa 1 000 wipes.

Wipes:

100 % Poliester

100 % Polipropilen

50/50 % Poliester/Ċelluloża jew

45/55 % Poliester/Ċelluloża

4.1.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Naddaf sewwa u laħlaħ il-wiċċ. Neħħi l-ilma żejjed mill-wiċċ qabel id-diżinfezzjoni. Itwi l-wipe kif tgħolliha f’tinjiet ta’ kwartImsaħ f’direzzjoni waħda b’mesħiet li jikkoinċidu. Xarrab il-wiċċ kompletamentħalli li jkun hemm effett għal mill-inqas 5 minuti

Uża biss wipes niedja. Agħlaq il-pakkett wara l-użu.

Armi l-wipes użati immedjatament wara l-applikazzjoni f’kontenitur magħluq.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 2

Uża #2 PT02: Diżinfettant tal-wiċċ iebes — professjonisti — immoppjar

Tip ta’ prodott

PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

—

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Qasam/Oqsma ta’ użu

Użu fuq ġewwa

Wipes lesti għall-użu nidjin minn qabel (RTU) għad-diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin mhux porużi mnaddfa minn qabel fi kmamar nodfa u faċilitajiet ta’ manifattura farmaċewtika u kożmetika.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: immoppjar bl-użu ta’ wipes nidjin minn qabel RTU

Deskrizzjoni dettaljata: —

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: Uża X għal kull 1 m2. Fejn X huwa 1 wipe għal wipes bid-daqs 25-38 cm × 38-68 cm; 2 wipes għal wipes bid-daqs 20-46 cm × 31-46 cm; 3 wipes għal wipes bid-daqs 15-23 cm × 20-28 cm;

Dilwizzjoni (%): Lesti għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Applika skont il-protokolli tad-diżinfezzjoni sa darbtejn kuljum.

Ħin ta’ kuntatt:ħalli li jkun hemm effett għal mill-inqas 5 minuti

Kategorija/i ta’ utenti

Industrijali; professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Ippakkjar:

Borża bi slider tal-polietilene tereftalat (PET)/ Polietilene ta’ densità baxxa (LDPE)/Polietilene ta’ densità għolja (HDPE) b’ saff ta’ barriera COEX

Borża Flexpack PET/LDPE/ HDPE b’saff ta’ barriera COEX

Bott — HDPE

Vażett — HDPE

Kull pakkett jista’ jkun fih bejn 5 sa 500 wipes, il-bott (HDPE) jista’ jkun fih sa 1 000 wipes.

Wipes:

 

100 % Poliester

 

100 % Polipropilen

 

50/50 % Poliester/Ċelluloża jew

 

45/55 % Poliester/Ċelluloża

4.2.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Naddaf sewwa u laħlaħ il-wiċċ. Neħħi l-ilma żejjed mill-wiċċ qabel id-diżinfezzjoni. Dawwar il-wipe fuq l-għodda tal-immoppjar. Imsaħ sistematikament b’mesħiet li jikkoinċidu. Xarrab il-wiċċ kompletamentħalli li jkun hemm effett għal mill-inqas 5 minuti.

Uża biss wipes niedja. Agħlaq il-pakkett wara l-użu.

Armi l-wipes użati immedjatament wara l-applikazzjoni f’kontenitur magħluq.

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.3.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 3

Uża #3 PT02: Diżinfettant tal-wiċċ iebes — professjonisti — Imsiħ (tagħmir u uċuħ żgħar)

Tip ta’ prodott

PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Qasam/Oqsma ta’ użu

Użu fuq ġewwa

Wipes lesti għall-użu nidjin minn qabel (RTU) għad-diżinfezzjoni ta’ tagħmir u uċuħ ibsin żgħar mhux porużi fil-faċilitajiet (inklużi sptarijiet, djar għall-morda u kliniċi)

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: Imsiħ bl-użu ta’ wipes nidjin minn qabel RTU

Deskrizzjoni dettaljata: —

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: Uża X għal kull 0,5 m2. Fejn X huwa 1 wipe; għal wipes bid-daqs 20-46 cm × 38-68 cm 2 wipes; għal wipes bid-daqs 15-31 cm × 20-31 cm 3 wipes; għal wipes bid-daqs 15 cm × 15 cm 4 wipes; għal wipes bid-daqs 10 cm × 10 cm

Dilwizzjoni (%): Lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Applika skont il-protokolli tad-diżinfezzjoni sa 20 darba kuljum

Ħin ta’ kuntatt: ħalli li jkun hemm effett għal mill-inqas 5 minuti

Kategorija/i ta’ utenti

Industrijali; professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Ippakkjar:

Borża bi slider tal-polietilene tereftalat (PET)/ Polietilene ta’ densità baxxa (LDPE)/Polietilene ta’ densità għolja (HDPE) b’ saff ta’ barriera COEX

Borża Flexpack PET/LDPE/ HDPE b’saff ta’ barriera COEX

Bott — HDPE

Vażett — HDPE

Kull pakkett jista’ jkun fih bejn 5 sa 500 wipes, il-bott (HDPE) jista’ jkun fih sa 1 000 wipes.

Wipes:

 

100 % Poliester

 

100 % Polipropilen

 

50/50 % Poliester/Ċelluloża jew

 

45/55 % Poliester/Ċelluloża

4.3.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Naddaf sewwa u laħlaħ il-wiċċ. Neħħi l-ilma żejjed mill-wiċċ qabel id-diżinfezzjoni. Itwi l-wipe kif tgħolliha f’tinjiet ta’ kwart u imsaħ f’direzzjoni waħda b’mesħiet li jikkoinċidu. Xarrab il-wiċċ kompletamentħalli li jkun hemm effett għal mill-inqas 5 minuti

Uża biss wipes niedja. Agħlaq il-pakkett wara l-użu.

Armi l-wipes użati immedjatament wara l-applikazzjoni f’kontenitur magħluq.

4.3.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.

Żomm lit-tfal ’il bogħod mill-uċuħ ittrattati sakemm jinxfu.

4.3.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.3.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.3.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Struzzjonijiet għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet għall-użu speċifiku

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji

Il-prodott jista’ jiġi applikat biss f’kamra vventilata biżżejjedIr-rati minimi ta’ bidla fl-arja meħtieġa huma:

—

8/h fil-laboratorji

—

60/h fil-faċilitajiet ta’ manifattura farmaċewtika u kożmetika

—

20/h fi kmamar nodfa

—

1,5/h f’żoni oħra (inklużi sptarijiet, djar għall-morda u kliniċi)

Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika konsistenti mal-Istandard Ewropew EN 374 Jew ekwivalenti matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott (materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott). Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (2) u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ara t-taqsima 6 għar-referenzi sħaħ.

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

5.3.   Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Teħid man-nifs: Jista’ jikkawża sturdament jew mejt.

Kuntatt mal-għajnejn: Jikkawża irritazzjoni severa.

JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Mur fl-arja friska u żomm mistrieħ f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib

JEKK FUQ IL-ĠILDA: Neħħi l-ħwejjeġ kollha kkontaminati u aħsilhom qabel ma terġa’ tużahom Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk isseħħ irritazzjoni tal-ġilda: Ħu parir mediku.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ sew bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikunu preżenti u faċli biex jitneħħew. Kompli laħlaħ għal mill-inqas 5-il minuta. Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib

Prekawzjonijiet ambjentali:

M’għandux jiġi rrilaxxat fl-art, fil-mogħdijiet tal-ilma, fil-pajpijiet u fid-drenaġġi. Tħallix jidħol fis-sistema tad-drenaġġ.

Metodi u materjal biex ma jinfirix u t-tindif. Assorbi b’materjal li jaqbad il-likwidu (ramel, dijatomit, legaturi universali, serratura).

5.4.   Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu

Il-prodott u l-kontenitur tiegħu għandhom jintremew b’mod sigur u f’konformità ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti dwar ir-rimi ta’ skart perikoluż. Wettaq rimi jew inċinerazzjoni skont il-leġiżlazzjoni u r-rekwiżiti lokali.

5.5.   Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żmien kemm idum tajjeb: 2 snin.

Żomm biss fl-imballaġġ oriġinali.

Aħżen ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett u taħt it-40 °C.

Aħżen f’kontenitur magħluq.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

Il-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva espressa bħala volum perċentwali hija 70 % v/v.

It-titoli sħaħ tar-referenzi fit-taqsima 5.2 “Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju” huma: EN 374 – Ingwanti protettivi kontra kimiċi u mikroorganiżmi perikolużi.

Id-Direttiva 98/24/KE dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol.


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta'April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/24/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/86/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)