6.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Lulju 2013

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għall-programmi nazzjonali ta’ 11-il Stat Membru (il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja) fl-2013 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd

(notifikata bid-dokument C(2013) 4434)

(It-testi bil-Bulgaru, bid-Daniż, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2013/424/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistipula l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Unjoni Ewropea għal nefqa mġarrba fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta.

(2)

Dawk il-programmi għandhom jitfasslu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 (3).

(3)

Il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja ssottomettew il-programmi nazzjonali għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd għas-snin 2011-2013 kif stabbilit fl-Artikoli 4(4) u 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Dawk il-programmi ġew approvati fl-2011 skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(4)

Dawk l-Istati Membri ressqu wkoll il-previżjonijiet baġitarji annwali għall-2013 skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta bażika dwar is-sajd (4). Il-Kummissjoni evalwat il-previżjonijiet baġitarji annwali tal-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008, billi kkunsidrat il-programmi nazzjonali approvati.

(5)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tapprova l-previżjonijiet baġitarji annwali u tiddeċiedi dwar kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni għal kull programm nazzjonali skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u abbażi tar-riżulat tal-evalwazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji annwali kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008.

(6)

L-Artikolu 24(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi li Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja. L-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament jistipula li l-miżuri finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-ġbir tad-dejta bażika ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fit-twettiq tal-programm tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 84(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 rigward ir-regoli finanazjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (5).

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti globali massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li għandhom jingħataw lil kull Stat Membru għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd għall-2013 u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.

(4)   ĠU L 295, 4.11.2008, p. 24.

(5)   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


ANNESS

PROGRAMMI NAZZJONALI 2011–2013

Nefqa eliġibbli u kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-2013

(EUR)

Stat Membru

In-nefqa eliġibbli

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

(Rata ta’ 50 %)

Il-Bulgarija

180 214,85

90 107,43

Id-Danimarka

5 956 908,05

2 978 454,03

Il-Ġermanja

6 938 161,00

3 469 080,50

L-Italja

9 245 522,75

4 622 761,38

Il-Latvja

374 348,04

187 174,02

Il-Litwanja

244 900,00

122 450,00

Malta

799 170,09

399 585,05

Ir-Rumanija

449 247,00

224 623,50

Is-Slovenja

160 896,42

80 448,21

Il-Finlandja

1 880 999,00

940 499,50

L-Isvezja

6 158 792,00

3 079 396,00

Spiża totali

32 389 159,20

16 194 579,60