European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1736

24.6.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1736

tal-21 ta’ Ġunju 2024

li tistabbilixxi t-tweġiba finali dwar l-importazzjoni f’isem l-Unjoni rigward l-importazzjoni futura tat-terbufos skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (2),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (“il-Konvenzjoni”) hija implimentata permezz tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. F’konformità ma’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni trid tipprovdi t-tweġibiet finali jew interim dwar l-importazzjoni f’isem l-Unjoni rigward l-importazzjoni futura tas-sustanzi kimiċi kollha li huma soġġetti għall-proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem (il-“proċedura PIC” (PIC, Prior Informed Consent)) lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni.

(2)

Fil-11-il laqgħa tagħha li saret f’Ġinevra bejn l-1 u t-12 ta’ Mejju 2023, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni qablet li jiġi elenkat it-terbufos fl-Anness III tal-Konvenzjoni bl-effett li t-terbufos sar soġġett għall-proċedura PIC. Fl-20 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni ntbagħtilha dokument ta’ gwida għad-deċiżjoni dwar is-sustanza kimika b’talba għal deċiżjoni rigward l-importazzjoni futura tas-sustanza kimika.

(3)

It-terbufos żdied fl-Anness III tal-Konvenzjoni bħala pestiċida. It-tqegħid fis-suq u l-użu tat-terbufos bħala sustanza attiva tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mhumiex approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, it-tqegħid fis-suq u l-użu tat-terbufos bħala sustanza attiva tal-prodotti bijoċidali mhumiex approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk, jenħtieġ li ma jingħatax kunsens skont il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam għall-importazzjoni futura tat-terbufos fl-Unjoni,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

It-tweġiba dwar l-importazzjoni għat-terbufos hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/649/oj.

(2)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj).


NNESS

Image 1

Formola għat-tweġiba dwar l-importazzjoni

 

 

 

Pajjiż:

L-Unjoni Ewropea

L-Istati Membri: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja.

 


 

 

 

TAQSIMA 1

IDENTITÀ TAS-SUSTANZA KIMIKA

 

1.1

Isem komuni

Terbufos

 

1.2

Numru CAS

13071-79-9

 

1.3

Kategorija

☒ Pestiċida

 

☐ Industrijali

 

☐ Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

 


 

 

 

 

 

TAQSIMA 2

INDIKAZZJONI DWAR IT-TWEĠIBA PREĊEDENTI, JEKK KIEN HEMM WAĦDA

 

 

2.1

☒

Din hija l-ewwel darba li qed tintbagħat tweġiba dwar l-importazzjoni ta’ din is-sustanza kimika fil-pajjiż.

 

 

2.2

☐

Din hija modifika ta’ tweġiba preċedenti.

Data tal-ħruġ tat-tweġiba preċedenti: …

 


 

 

 

 

 

TAQSIMA 3

TWEĠIBA DWAR IMPORTAZZJONI FUTURA

 

 

☒

Deċiżjoni finali (Imla t-taqsima 4 ta’ hawn taħt) JEW

☐

Tweġiba interim (Imla t-taqsima 5 ta’ hawn taħt)

 


 

 

 

 

 

TAQSIMA 4

DEĊIŻJONI FINALI, SKONT IL-MIŻURI LEĠIŻLATTIVI JEW AMMINISTRATTIVI NAZZJONALI

 

 

4.1

☒

Ma hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

 

 

 

 

 

L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

☒

Iva

☐

Le

 

 

 

Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

☒

Iva

☐

Le

 

 

4.2

☐

Kunsens għall-importazzjoni

 

 

 

 

4.3

☐

Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

 

 

 

 

 

Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

 

 

 

 

 

 

 

Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

☐

Iva

☐

Le

 

 

 

Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

☐

Iva

☐

Le

 

 

4.4

Miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni finali

 

 

 

Deskrizzjoni tal-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali:

 

 

 

Fl-Unjoni Ewropea, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-terbufos huma pprojbiti peress li dik is-sustanza attiva ma ġietx approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

Barra minn hekk, huwa pprojbit li jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw il-prodotti bijoċidali li fihom it-terbufos peress li dik is-sustanza attiva ma ġietx approvata skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

 


 

 

 

 

 

TAQSIMA 5

TWEĠIBA INTERIM

 

 

5.1

☐

Ma hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

 

 

 

 

 

L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

☐

Iva

☐

Le

 

 

 

Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

☐

Iva

☐

Le

 

 

5.2

☐

Kunsens għall-importazzjoni

 

 

 

 

5.3

☐

Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

 

 

 

 

 

Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

 

 

 

 

 

 

 

Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

☐

Iva

☐

Le

 

 

 

Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

☐

Iva

☐

Le

 

 

5.4

Indikazzjoni ta’ kunsiderazzjoni attiva sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

 

 

 

Hemm deċiżjoni finali li qed tiġi kkunsidrata b’mod attiv?

☐

Iva

☐

Le

 

 

5.5

Informazzjoni jew assistenza mitluba sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

 

 

 

Qed tintalab l-informazzjoni addizzjonali li ġejja mingħand is-Segretarjat:

 

 

 

 

 

 

 

Qed tintalab l-informazzjoni addizzjonali li ġejja mingħand il-pajjiż li nnotifika l-azzjoni regolatorja finali:

 

 

 

 

 

 

 

Qed tintalab l-assistenza li ġejja mingħand is-Segretarjat biex tiġi evalwata s-sustanza kimika:

 

 

 

 

 


 

 

 

 

 

TAQSIMA 6

TAGĦRIF ADDIZZJONALI RILEVANTI, LI JISTA’ JINKLUDI:

 

 

Din is-sustanza kimika hija rreġistrata fil-pajjiż bħalissa?

☐

Iva

☒

Le

 

 

Din is-sustanza kimika hija mmanifatturata fil-pajjiż?

☐

Iva

☒

Le

 

 

Jekk weġibt iva għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

 

 

 

 

Hija maħsuba għall-użu domestiku?

☐

Iva

☐

Le

 

 

Hija maħsuba għall-esportazzjoni?

☐

Iva

☐

Le

 

Rimarki oħra

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1), li jimplimenta fl-Unjoni s-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi tan-NU, it-terbufos huwa kklassifikat bħala:

Tossiċità Akuta 2* – H300 – Fatali jekk jinbela’.

Tossiċità Akuta 1 – H310 – Fatali f’kuntatt mal-ġilda.

Akkwatiku Akut 1 – H400 – Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi.

Akkwatiku Kroniku 1 – H410 – Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema.

(* = Din il-klassifikazzjoni għandha titqies bħala klassifikazzjoni minima.)


TAQSIMA 7

AWTORITÀ NAZZJONALI DEŻINJATA

Istituzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent

Indirizz

Rue de la Loi 200, B-1049 Brussell, il-Belġju

Isem il-persuna inkarigata

Dott. Juergen Helbig

Pożizzjoni li tokkupa l-persuna inkarigata

Kap tat-Tim għall-Politika Internazzjonali dwar is-Sustanzi Kimiċi

Telefown

32 2 298 85 21

Faks

32 2 296 76 16

Email

Juergen.Helbig@ec.europa.eu

Data, firma f’isem l-awtorità nazzjonali deżinjata u siġill uffiċjali: ___________________________________

IBGĦAT LURA L-FORMOLA MIMLIJA LIL:

Is-Segretarjat għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam

Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO)

Viale delle Terme di Caracalla

I – 00100 Ruma, l-Italja

Tel. (+ 39 06) 5705 3441

Faks: (+ 39 06) 5705 6347

Email: pic@pic.int

JEW

Is-Segretarjat għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam

Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP)

11-13, Chemin des Anémones

CH – 1219 Châtelaine, Ġinevra, l-Iżvizzera

Tel. (+ 41 22) 917 8177

Faks: (+ 41 22) 917 8082

Email: pic@pic.int


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1736/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)