Official Journal L 059 , 06/03/1999 P. 0017 - 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/1999 ta’ l-5 ta’ Marzu 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2571/97 dwar il-bejgħ tal-butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir, u l-butir ikkonċentrat għall-użu fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelati u oġġetti oħra ta’ l-ikel. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 12(3) u 28 tiegħu, Billi l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 124/1999 [4], jistabbilixxi l-limitu taż-żmien għall-proċessar u għall-inkorporazzjoni fil-prodotti finali l-prodotti riferiti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament; billi t-tul korrenti ta’ dan il-limitu taż-żmien x’aktarx li jinkoraġġixxi l-operazzjonijiet ta’ natura spekulattiva; billi l-limitu taż-żmien għandu għalhekk jiġi mnaqqas; Billi l-Kumitat Maniġerjali tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib ma tax l-opinjoni tiegħu fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2571/97, il-frażi "ħames xhur" għandha tinbidel bil-frażi "erba’ xhur". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-iStati Membri kollha. Magħmul fi Brussel fil-5 ta’ Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21. [3] ĠU L 350, ta’ l-20.12.1997, p. 3. [4] ĠU L 13, ta’ l-21.1.1999, p. 19. --------------------------------------------------