European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5013

13.8.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ġunju 2024

li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal il-bidliet fit-tabelli ta’ allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, tal-Awstrija, tar-Rumanija u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(C/2024/5013)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u Nru 1193/2011 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4), id-Deċiżjoni 2011/278/UE tkompli tapplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 2021. L-allokazzjonijiet notifikati kollha msemmija f’din id-deċiżjoni huma relatati mal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020.

(2)

Fil-5 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/448/UE (5) dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2013–2020, skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2014/9/UE (6), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE (7) u 2011/278/UE fir-rigward tal-listi ta’ setturi u subsetturi meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (minn hawn ’il quddiem “il-lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju”).

(4)

Bid-Deċiżjonijiet C(2013) 9281 (8), C(2014) 123 (9), C(2014) 674 (10) u C(2014) 1167 (11), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali u t-tabelli riveduti tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Mejju 2024, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(6)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, l-Awstrija nnotifikat lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Mejju 2024, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(7)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra datata l-20 ta’ Mejju 2024, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(8)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Mejju 2024, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività, u l-emendi tal-lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

(9)

Il-bidliet notifikati fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, tal-Awstrija, tar-Rumanija u tal-Finlandja huma f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, l-Amministratur Ċentrali jenħtieġ jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-bidliet fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-amministratur ċentrali għandu jdaħħal il-bidliet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, tal-Awstrija, tar-Rumanija u tal-Finlandja stabbiliti fl-Anness tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2024

Għall-Kummissjoni

Wopke HOEKSTRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32)

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p.10).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9281 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Awstrija, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Latvja, tan-Netherlands, tal-Portugall, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 123 tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, ta’ Franza, tal-Litwanja, tal-Ungerija u tas-Slovakkja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 674 tat-12 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Lussemburgu, tas-Slovenja u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1167 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Bulgarija, ta’ Spanja, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Polonja, tar-Rumanija u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS I

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: il-Ġermanja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata, modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

DE000000000202346

202346

Linde Gas Produktionsgesellschaft mbH & Co. KG

Werk 956, Dormagen, SR 1

14 697

14 425

14 149

5 365

8 028

13 312

13 027

12 743

95 746


ANNESS II

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: l-Awstrija

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata, modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

AT000000000000079

79

Energie AG Oberösterreich Erzeugung GmbH

Energie AG Kraftwerk Riedersbach

8 994

7 468

3 595

2 695

1 935

3 195

2 628

2 081

32 591


ANNESS III

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: ir-Rumanija

ID tal-installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

RO000000000000243

243

FABRICA DE ZAHAR PREMIUM LUDUS SA

FABRICA DE ZAHAR PREMIUM LUDUS SA

 

 

 

 

16 720

20 092

10 808

19 325

66 945

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: ir-Rumanija

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata, modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

RO000000000000243

243

FABRICA DE ZAHAR PREMIUM LUDUS SA

FABRICA DE ZAHAR PREMIUM LUDUS SA

10 681

10 495

10 308

10 118

9 926

9 733

5 465

9 341

76 067


ANNESS IV

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: il-Finlandja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata, modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

FI-existing-FI-64231104

351

Varkauden Aluelämpö Oy

Hasintien lämpökeskus

447

400

355

310

267

113

46

74

2 012


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5013/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)