Brussell, 28.4.2023

COM(2023) 219 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2023-2027)







ANNESS 1
Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u

IR-REPUBBLIKA TA’ MADAGASCAR, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Madagascar”,

It-tnejn li huma msejħa “il-Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW ir-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u Madagascar, b’mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Unjoni Ewropea, u x-xewqa komuni tagħhom li jintensifikaw dawk ir-relazzjonijiet,

IMPENJATI li jirrispettaw b’mod strett id-dritt internazzjonali, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u s-sovranità ta’ Madagascar u tal-Istati Membri tal-UE,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS) u d-drittijiet sovrani ta’ Madagascar fuq ir-riżorsi naturali fiż-żona tas-sajd tiegħu li jirriżultaw minnha,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim tal-1995 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ħażniet ta’ ħut li jpassu f’żona limitata (straddling) u ħażniet ta’ ħut li jpassu ħafna (highly migratory),

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fl-1995 fil-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (il-FAO), mill-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port (PSMA) li daħal fis-seħħ fl-2016 u mill-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat (IPOA-IUU) adottat fit-2 ta’ Marzu 2001,

DETERMINATI li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentawhom,

DETERMINATI li jqisu r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u mill-organizzazzjonijiet reġjonali l-oħra kkonċernati,

XEWQANA, għal dawn il-finijiet, li jqisu l-pariri xjentifiċi disponibbli u rilevanti u l-pjanijiet ta’ ġestjoni pertinenti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd kompetenti, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd u tiġi promossa l-governanza tal-oċeani fil-livell internazzjonali,

DEĊIŻI li jistabbilixxu djalogu, b’mod partikolari dwar il-governanza tas-sajd, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, il-kontroll, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, l-integrità tal-ambjent tal-baħar u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar,

XEWQANA li jikkonformaw mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għall-flotot tas-sajd simili kollha preżenti fiż-żona tas-sajd,

KONVINTI li s-sħubija trid tkun ibbażata fuq il-komplementarjetà tal-inizjattivi u l-azzjonijiet imwettqa kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet, filwaqt li jiġu żgurati l-koerenza tal-politiki u s-sinerġija tal-isforzi, fl-interess reċiproku u ekwu tal-Unjoni u ta’ Madagascar, inkluż għall-popolazzjoni u għall-industrija tas-sajd lokali,

BEĦSIEBHOM, għal dawn il-finijiet, li jikkontribwixxu, fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Madagascar, għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ sħubija, b’mod partikolari bl-għan li jiġu identifikati l-aktar mezzi xierqa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dik il-politika kif ukoll l-involviment tal-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili fil-proċess,

XEWQANA li jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u li, għal dan il-fini, l-attivitajiet tas-sajd għandhom ikunu diretti esklużivament lejn il-qbid żejjed permissibbli, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet tas-sajd tal-flotot li joperaw fiż-żona, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għan-natura migratorja ħafna ta’ ċerti speċijiet,

DEĊIŻI li jikkooperaw ekonomikament u soċjalment aktar mill-qrib u ekwa bl-għan li jiġi stabbilit u msaħħaħ is-sajd sostenibbli u li jikkontribwixxu għal governanza aħjar tal-oċeani u l-iżvilupp ta’ attivitajiet tal-ekonomija blu relatati mas-sajd, inkluż permezz tal-iżvilupp tal-investimenti li jinvolvu l-intrapriżi taż-żewġ Partijiet u b’rabta mal-objettivi ta’ żvilupp ta’ Madagascar,

FTIEHMU DWAR DAN LI ĠEJ:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)“Ftehim” tfisser dan il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar;

(b)“attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, l-ipproċessar abbord, it-trażbord, it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd;

(c)“sid ta’ bastiment” tfisser kwalunkwe persuna li hija legalment responsabbli għall-bastiment tas-sajd, u li topera u tikkontrollah;

(d)“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser liċenzja tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Madagascar lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni li tagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;

(e)“awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea jew, fejn xieraq, id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Madagascar;

(f)“l-Awtorità ta’ Madagascar” tfisser il-Ministeru responsabbli għas-sajd;

(g)“ħatt l-art”: il-ħatt fuq l-art ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn bastiment tas-sajd;

(h)“bastiment tal-għajnuna” tfisser kwalunkwe bastiment tal-Unjoni, għajr bastiment li jinġarr abbord, li jiffaċilita, jassisti jew iħejji l-operazzjonijiet tas-sajd, ma jkunx mgħammar għall-qbid tal-ħut u ma jintużax għal operazzjonijiet ta’ trażbord;

(i)“bastiment tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe bastiment tas-sajd jew ta’ appoġġ li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(j)“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment mgħammar għall-isfruttar kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(k)“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe intrapriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe stadju tal-katina ta’ produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(l)“sajd sostenibbli” tfisser sajd skont l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) fl-1995;

(m)“opportunitajiet tas-sajd” tfisser id-dritt għas-sajd ikkwantifikat u espress f’termini ta’ qabdiet jew sforz tas-sajd;

(n)“prodotti tas-sajd” tfisser organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn attività tas-sajd, inklużi qabdiet inċidentali;

(o)“protokoll” tfisser it-test li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;

(p)“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tkun preżenti f’żona partikolari;

(q)“settur tas-sajd” tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha ta’ produzzjoni, ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(r)“trażbord” tfisser: trasferiment ta’ prodotti tas-sajd minn bastiment għal ieħor;

(s)“żona tas-sajd” tfisser il-parti mill-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni ta’ Madagascar li fiha Madagascar jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jwettqu attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 2
Suġġett

L-għan tal-Ftehim huwa li jistabbilixxi sħubija u qafas ta’ governanza legali, ambjentali, ekonomika u soċjali fil-qasam tas-sajd, inklużi:

(a)il-kundizzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar;

(b)il-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja għas-settur tas-sajd u l-governanza tal-oċeani;

(c)il-kooperazzjoni li tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ekonomija blu, b’mod partikolari permezz tal-ipproċessar u t-titjib tal-prodotti tas-sajd, il-preservazzjoni tal-integrità tal-ambjent tal-baħar u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar;

(d)il-kooperazzjoni amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja;

(e)il-kooperazzjoni xjentifika u teknika biex jiġi żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd f’Madagascar;

(f)il-kooperazzjoni ekonomika u soċjali bejn l-operaturi;

(g)il-kooperazzjoni dwar miżuri għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet fiż-żona tas-sajd, biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli u l-effikaċja tal-miżuri għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd, u għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Artikolu 3
Prinċipji tal-Ftehim

Il-Partijiet għandhom jaġixxu u jimplimentaw il-Ftehim skont il-prinċipji li ġejjin:

1.Dan il-ftehim u l-implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikolari t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd, għandhom jitwettqu b’tali mod li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-benefiċċji li jirriżultaw.

2.Il-Partijiet għandhom jaġixxu bir-rispett dovut għas-sovranità u d-drittijiet sovrani skont it-tifsira tal-Artikolu 56 tal-UNCLOS.

3.Il-Partijiet għandhom jimplimentaw dan il-Ftehim skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou dwar elementi essenzjali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, u l-element fundamentali marbut mal-governanza tajba, jew l-artikolu korrispondenti ta’ kwalunkwe ftehim suċċessur bejn l-Unjoni u l-pajjiżi AKP.

4.L-impjieg u x-xogħol tas-sajjieda abbord bastimenti tal-Unjoni awtorizzati skont il-Ftehim jew il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu għandhom jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-istrumenti applikabbli għas-sajjieda tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol (1998), kif emendata fl-2022 u l-Konvenzjoni tal-ILO dwar ix-Xogħol fis-Sajd Nru 188. Dan jinkludi b’mod partikolari l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, ir-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol kif ukoll ambjent tax-xogħol sikur u tajbin għas-saħħa u kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol deċenti abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

5.Skont il-prinċipju tat-trasparenza, il-Partijiet għandhom jippubblikaw il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jippermettu l-aċċess tal-bastimenti barranin għaż-żona tas-sajd tagħhom jew l-aċċess tal-bastimenti tagħhom għal żoni oħra tas-sajd. Huma jimpenjaw ruħhom li jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd li jirriżulta, b’mod partikolari l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa u l-qabdiet li saru.

6.Skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, Madagascar jintrabat li japplika l-istess miżuri tekniċi u ta’ konservazzjoni għall-flotot industrijali barranin kollha tat-tonn li joperaw fiż-żona tas-sajd tiegħu li għandhom l-istess karatteristiċi bħal dawk koperti minn dan il-Ftehim u mill-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Il-kundizzjonijiet inkwistjoni huma relatati mal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli, l-iżvilupp u l-ġestjoni tar-riżorsi, id-dispożizzjonijiet finanzjarji, it-tariffi u l-pagamenti għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li joperaw fiż-żona tas-sajd tiegħu. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet finanzjarji mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet tas-sajd li Madagascar jista’ jikkonkludi ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma membri tal-Kummissjoni tal-Oċean Indjan, inklużi ftehimiet reċiproċi.

Artikolu 4
Aċċess għall-eċċess tal-qabda u parir xjentifiku

1.Il-Partijiet jaqblu li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jistadu biss għall-eċċess tal-qabda permissibbli msemmija fl-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS u stabbilita b’mod ċar u trasparenti abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli u rilevanti u tal-informazzjoni rilevanti skambjata bejn il-Partijiet dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet ikkonċernati mill-flotot kollha li joperaw fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

2.Fir-rigward tal-istokkijiet transżonali jew l-istokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna, il-Partijiet għandhom iqisu kif xieraq il-valutazzjonijiet xjentifiċi rilevanti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni disponibbli fid-determinazzjoni tar-riżorsi aċċessibbli.

3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonformaw mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) rilevanti, b’mod partikolari l-IOTC, filwaqt li jqisu kif xieraq il-valutazzjonijiet xjentifiċi reġjonali.

Artikolu 5
Djalogu u koordinazzjoni

1.Fl-interess reċiproku tal-Partijiet, il-Partijiet jintrabtu li jistabbilixxu djalogu mill-qrib, jippromwovu l-konsultazzjoni u jinfurmaw lil xulxin, b’mod partikolari dwar l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd, il-governanza tal-oċeani u l-promozzjoni tal-ekonomija blu.

2.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fit-twettiq ta’ evalwazzjonijiet tal-miżuri, tal-programmi u tal-azzjonijiet implimentati fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-PARTIJIET

Artikolu 6
L-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd

L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tawtorizza lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar skont dan il-Ftehim u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll.

Artikolu 7
Kundizzjonijiet għas-sajd u klawżola ta’ esklużività

1.Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont dan il-Ftehim. Kull attività tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni li ma tkunx koperta minn dan il-Ftehim għandha tkun ipprojbita.

2.Il-proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment, it-tariffi applikabbli u l-kundizzjonijiet għall-pagament minn sid il-bastiment huma stabbiliti fil-Protokoll.

3.Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawn il-kundizzjonijiet u dawn l-arranġamenti jiġu applikati tajjeb permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

Artikolu 8
Leġiżlazzjoni applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd

1.L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom ikunu soġġetti għal-leġiżlazzjoni applikabbli ta’ Madagascar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim u fil-Protokoll. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli.

2.Madagascar jintrabat li jieħu d-dispożizzjonijiet kollha xierqa biex jiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tas-sajd previsti fil-Ftehim, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastimenti tal-Unjoni. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-Awtorità ta’ Madagascar kompetenti għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza.

3.L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar kwalunkwe emenda fil-leġiżlazzjoni eżistenti jew ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida li jista’ jkollha impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni. Dik il-leġiżlazzjoni għandha tkun infurzabbli kontra dawn tal-aħħar mis-sittin jum wara li l-awtoritajiet tal-Unjoni jirċievu n-notifika. Madankollu, f’każ ta’ urġenza invokata mill-Awtorità ta’ Madagascar fiż-żmien tan-notifika, il-limitu ta’ żmien imsemmi hawn fuq għandu jitnaqqas għal sebat ijiem kalendarji.

4.L-Unjoni tintrabat li tieħu d-dispożizzjonijiet xierqa kollha biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar li tirregola s-sajd.

5.Sa mhux aktar tard minn 60 jum qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-Awtorità ta’ Madagascar b’kull bidla fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni u l-interessi ta’ Madagascar fil-kuntest tal-Ftehim.

Artikolu 9
Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku u tekniku

1.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fi kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi sabiex jivvalutaw b’mod regolari l-istat tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Madagascar, jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u jsaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali ta’ riċerka.

2.Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan l-IOTC jew fi ħdan RFMOs rilevanti oħra, bl-għan li jsaħħu l-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-livell reġjonali u jikkooperaw fir-riċerka xjentifika relatata fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

3.Fejn xieraq, il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar laqgħa xjentifika konġunta biex jiddiskutu kwalunkwe kwistjoni xjentifika jew teknika rilevanti sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-użu tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.

4.Il-Partijiet għandhom, fid-dawl tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u rilevanti, jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 14 bil-ħsieb li jadottaw, fejn xieraq u bi qbil reċiproku, miżuri biex jintlaħaq l-għan imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 10
Kooperazzjoni ekonomika u soċjali

1.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni ekonomika, teknika, teknoloġika u kummerċjali fis-setturi tas-sajd u f’setturi relatati, inklużi ċerti oqsma tal-ekonomija blu. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-azzjonijiet differenti li jistgħu jittieħdu għal dan l-għan.

2.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ konservazzjoni u l-proċessi industrijali tal-ipproċessar u l-irkupru tal-prodotti tas-sajd.

3.Il-Partijiet jagħmlu ħilithom biex joħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fil-qasam tekniku, teknoloġiku, ekonomiku u kummerċjali, billi jippromwovu l-istabbiliment ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u l-investimenti.

4.Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-promozzjoni tal-investiment f’konformità mal-liġijiet fis-seħħ ta’ Madagascar u tal-Unjoni.

5.Il-Partijiet għandhom jippromwovu u jiffaċilitaw il-ħatt l-art tal-qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni f’Madagascar. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex jiksbu, bi prijorità, mingħand Madagascar, il-provvisti u s-servizzi meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom.

6.Il-partijiet għandhom jinkoraġġixxu t-tisħiħ tal-kapaċitajiet kemm umani kif ukoll istituzzjonali fis-settur tas-sajd sabiex itejbu l-livell ta’ taħriġ u jiżviluppaw il-ħiliet, sabiex jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet tas-sajd f’Madagascar.

Artikolu 11
Kooperazzjoni fil-qasam tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)

Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw fil-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd u fil-ġlieda kontra s-sajd IUU bl-għan li jiġi stabbilit sajd sostenibbli.

Madagascar għandu jiżgura l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd previsti fil-Ftehim u fil-Protokoll tiegħu u fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-Awtorità ta’ Madagascar kompetenti għat-twettiq ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Artikolu 12
Kooperazzjoni amministrattiva

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għar-riżorsi tas-sajd, il-Partijiet għandhom:

–jiżviluppa kooperazzjoni amministrattiva bl-għan li jiżgura li l-bastimenti tal-Unjoni jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-Protokoll,

–jikkooperaw biex jipprevjenu u jiġġieldu s-sajd IUU, inkluż permezz ta’ skambji mill-qrib u regolari ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet rilevanti.

Artikolu 13
Kontribuzzjoni finanzjarja

1.Skont il-prinċipji tal-Ftehim, l-Unjoni tagħti lil Madagascar kontribuzzjoni finanzjarja, li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħha huma definiti fil-Protokoll.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija maħsuba biex:

(a)tkopri l-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u r-riżorsi tas-sajd tiegħu, mingħajr preġudizzju għat-tariffi li jridu jitħallsu mill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni;

(b)tikkontribwixxi, permezz tal-appoġġ settorjali, għall-implimentazzjoni ta’ politika tas-sajd sostenibbli u għall-promozzjoni tal-ekonomija blu minn Madagascar;

3.Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni għandha titħallas kull sena, f’konformità mal-Protokoll.

4.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha tkun separata mill-pagamenti relatati mad-drittijiet tal-aċċess. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi annwali u pluriennali f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll.

5.L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) jista’ jiġi rivedut mill-Kumitat Konġunt fil-każijiet li ġejjin:

(a)fil-każ ta’ tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni (b’mod partikolari) skont il-miżuri ta’ ġestjoni għall-istokkijiet ikkonċernati meqjusa meħtieġa għall-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u rilevanti; jew

(b)fil-każ ta’ żieda fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jekk, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u rilevanti, l-istat tar-riżorsi jippermetti dan;

(c)fil-każ ta’ sospensjoni jew denunzja kif previst fl-Artikoli 20 u 21.

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 14
Kumitat Konġunt

1.Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Awtorità ta’ Madagascar.

2.Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt jikkonsistu b’mod partikolari minn dan li ġej:

(a)jissorvelja l-applikazzjoni tal-Ftehim u b’mod partikolari d-definizzjoni u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali;

(b)tiżgura l-komunikazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd, b’mod partikolari l-analiżi statistika tad-data dwar il-qabdiet;

(c)iservi bħala forum għall-interpretazzjoni tal-Ftehim, għall-validazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(b) u (c), u għas-soluzzjoni amikevoli ta’ kwalunkwe tilwim li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Ftehim.

3.Il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta emendi għall-Protokoll dwar:

(a)ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u, għaldaqstant, tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti;

(b)l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali;

(c)il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tekniċi li bihom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom;

(d)kwalunkwe funzjoni oħra miftiehma b’mod reċiproku mill-Partijiet, inkluż fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u l-kooperazzjoni amministrattiva u l-governanza tal-oċeani.

4.Il-Kumitat Konġunt għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu skont l-għanijiet tal-Ftehim.

5.Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, darba f’Madagascar u darba fl-Unjoni, jew bi qbil reċiproku, f’post ieħor jew permezz ta’ vidjokonferenza, u għandha tippresjedi l-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa. Għandu jiltaqa’ f’sessjoni speċjali fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet fi żmien xahar mit-talba.

6.Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’kunsens, irreġistrati fil-minuti tal-laqgħa. Il-Kumitat Konġunt jista’, fejn xieraq, jiddelibera u jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ skambju ta’ ittri.

7.Il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta r-regoli operattivi tiegħu permezz ta’ regoli ta’ proċedura.

Artikolu 15
Iż-żona ta’ applikazzjoni tal-Ftehim

Il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta’ Madagascar u l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġuriżdizzjoni ta’ Madagascar.

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16
Soluzzjoni tat-tilwim

Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt fil-każ ta’ tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim, mingħajr preġudizzju, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konsultazzjonijiet, għall-possibbiltà li jirrikorru għall-ġuriżdizzjoni ta’ korp internazzjonali, soġġett għall-kunsens taż-żewġ Partijiet.

Artikolu 17
Dħul fis-seħħ

Dan se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li wettqu l-proċeduri meħtieġa għal dak l-għan.

Artikolu 18
Durata

Il-Ftehim għandu japplika għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, sakemm ma tingħatax notifika ta’ denunzja skont l-Artikolu 21.

Artikolu 19
Applikazzjoni provviżorja

Il-Ftehim għandu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Lulju 2023 dment li jiġi ffirmat mill-Partijiet, jew mid-data tal-iffirmar tiegħu jekk jiġi ffirmat wara l-1 ta’ Lulju 2023.

Artikolu 20
Sospensjoni

1.L-applikazzjoni tal-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet f’wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:

(a)meta ċirkostanzi li ma jkunux fil-kontroll raġonevoli ta’ waħda mill-Partijiet ikunu tali li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd. Fil-każ ta’ fenomeni naturali, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jevalwaw l-impatt tagħhom fuq l-attivitajiet tas-sajd u fuq l-implimentazzjoni tal-Protokoll;

(b)fejn tippersisti tilwima serja u mhux solvuta bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(c)fejn waħda mill-Partijiet ma tirrispettax il-Ftehim;

(d)fejn ikun hemm bidliet sinifikanti fil-politika settorjali li jwasslu għall-konklużjoni tal-Ftehim, li jirriżultaw f’talba minn waħda mill-Partijiet biex temendah.

2.Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi nnotifikata bil-miktub mill-Parti kkonċernata lill-Parti l-oħra u għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal in-notifika. It-trażmissjoni ta’ tali notifika għandha tinvolvi konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet permezz tal-Kumitat Konġunt bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima fi żmien tliet xhur.

3.Fil-każ li d-differenzi ma jiġux solvuti amikevolment u s-sospensjoni tiġi implimentata, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin. Fejn xieraq, il-Partijiet jaqblu li jneħħu s-sospensjoni.

4.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 13(2) għall-perjodu ta’ sospensjoni għandu jiġi aġġustat wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet. Aġġustament bħal dan għandu japplika wkoll fil-każ li waħda mill-Partijiet ittemm l-applikazzjoni provviżorja.

Artikolu 21
Denunzja

1.Il-Ftehim jista’ jiġi tterminat fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet f’wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:

(a)meta ċirkostanzi li ma jkunux fil-kontroll raġonevoli ta’ waħda mill-Partijiet ikunu tali li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd. Fil-każ ta’ fenomeni naturali, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jevalwaw l-impatt tagħhom fuq l-attivitajiet tas-sajd u fuq l-implimentazzjoni tal-Protokoll;

(b)fil-każ ta’ bidla sinifikanti fl-istokkijiet ikkonċernati;

(c)fil-każ ta’ tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni;

(d)fil-każ ta’ ksur tal-impenji tal-Partijiet fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat;

(e)fejn tippersisti tilwima serja u mhux solvuta bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(f)fejn waħda mill-Partijiet ma tirrispettax il-Ftehim;

(g)fejn ikun hemm bidliet sinifikanti fil-politika settorjali li jwasslu għall-konklużjoni tal-Ftehim.

2.Id-denunzja tal-Ftehim għandha tiġi nnotifikata bil-miktub mill-Parti kkonċernata lill-Parti l-oħra u għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jestendu dan il-perjodu. Madankollu, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) u (c), in-notifika għandha ssir wara li l-kundizzjonijiet għad-denunzja jkunu ġew ivvalidati mill-Kumitat Konġunt.

3.Il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin minn meta ssir in-notifika bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli fi żmien sitt xhur.

4.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 13 għas-sena li fiha tidħol fis-seħħ id-denunzja għandu jiġi aġġustat wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet. Aġġustament bħal dan għandu japplika wkoll fil-każ li waħda mill-Partijiet ittemm l-applikazzjoni provviżorja.

Artikolu 22
Tħassir

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar, li ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007, huwa mħassar.

Artikolu 23
Testi awtentiċi

Il-Ftehim għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

ANNESS 2

PROTOKOLL
dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar (2023-2027)

Artikolu 1
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Ftehim għandhom japplikaw, ħlief għall-emendi ta’ hawn taħt, u jiġu ssupplimentati kif ġej:

“osservatur” tfisser kwalunkwe persuna awtorizzata minn awtorità nazzjonali biex tosserva abbord bastiment tas-sajd l-attività tas-sajd tagħha u biex tiġbor data li tikkwantifika jew tikkwalifika r-riżultati tagħha;

“irkaptu biex jinġema’ l-ħut (FAD)” tfisser oġġett, struttura jew tagħmir permanenti, semipermanenti jew temporanji magħmul minn kwalunkwe materjal artifiċjali jew naturali, li jintuża jew jiġi mmonitorjat bl-għan li jiġu aggregati l-ispeċijiet fil-mira tat-tonn għall-qbid sussegwenti.

Artikolu 2
Suġġett

L-għan tal-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim billi jistabbilixxi b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u l-kooperazzjoni prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.

Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll għandhom jiġu interpretati u applikati f’konformità sħiħa mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u konsistenti magħhom.

Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni

Il-Protokoll għandu japplika għal:

–l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar li jistadu għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbhu lit-tonn,

–l-implimentazzjoni tal-oqsma ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.

Artikolu 4
L-ispeċijiet tal-ħut u l-għadd ta’ bastimenti awtorizzati

1.L-ispeċijiet awtorizzati huma t-tonn u speċijiet assoċjati, kif elenkati fl-Appendiċi 1, u skont mandat ta’ ġestjoni mill-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC).

2.Is-sajd għall-ispeċijiet li ġejjin għandu jkun ipprojbit:

–speċijiet protetti mill-konvenzjonijiet internazzjonali, inklużi Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis, Carcharinus longimanus, Isurus oxyrinchus, Isurus paucus;

–speċijiet li ż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħatt l-art jew il-ħżin tagħhom kollha jew parti minnhom huma pprojbiti mill-IOTC, b’mod partikolari l-ispeċijiet tal-familji Alopiidae, Sphyrnidae u Lamnidae.

3.L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lil 65 bastiment tal-Unjoni kif ġej:

–32 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun,

–13-il bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ ta’ aktar minn 100 GT,

–20 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ ta’ 100 GT jew inqas.

4.Il-paragrafu 3 japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 u 12.

Artikolu 5
Durata

Il-Protokoll għandu japplika għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

Artikolu 6
Kontribuzzjoni finanzjarja

1.Għall-perjodu kollu ta’ erba’ snin, il-valur totali stmat tal-Protokoll huwa ta’ EUR 12 880 000, jew EUR 3 220 000 fis-sena. Dan l-ammont globali huwa allokat kif ġej:

–EUR 7 200 000 li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim,

–EUR 5 680 000 li jikkorrispondu għall-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni għandha tinkludi:

(a)ammont annwali ta’ EUR 700 000, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza għall-ispeċijiet kollha ta’ 14 000 tunnellata fis-sena għall-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar,

(b)ammont speċifiku ta’ EUR 1 100 000 fis-sena għall-appoġġ tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Madagascar u l-implimentazzjoni tagħha. Dan l-ammont għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ministeru responsabbli mis-sajd u amministrat mill-Aġenzija ta’ Madagascar responsabbli mis-sajd u l-akkwakultura, skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti skont ir-regoli nazzjonali f’manwal tal-proċeduri stabbilit mill-Ministeru responsabbli għas-sajd u kkomunikat lill-awtoritajiet tal-Unjoni qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

3.Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, 11, 14 u 15 tal-Protokoll.

4.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas:

(a)f’kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali ta’ Madagascar għall-parti relatata mal-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar,

(b)f’kont bankarju ddedikat għall-appoġġ settorjali taħt is-superviżjoni tal-Ministeru responsabbli għas-sajd, għall-parti relatata mal-appoġġ settorjali.

Id-dettalji tal-kontijiet bankarji għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet tal-Unjoni mill-Awtorità ta’ Madagascar qabel il-bidu tal-applikazzjoni provviżorja u għandhom jiġu kkonfermati kull sena.

Artikolu 7
Arranġamenti għall-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar

1.Jekk il-qabdiet annwali tal-bastimenti tal-Unjoni, stabbiliti skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness, jaqbżu t-tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 14 000 tunnellata, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandha tiżdied b’EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali.

2.Madankollu, l-ammont annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea għall-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar ma jistax jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 6(2)(a). Meta l-qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar jaqbżu d-doppju tat-tunnellaġġ ta’ referenza, l-ammont dovut għall-qabdiet li jaqbżu dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

3.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data li fiha l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja tal-imsemmi Protokoll għas-snin ta’ wara.

4.Madagascar għandu diskrezzjoni sħiħa fir-rigward tal-użu li għandu jsir mill-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

Artikolu 8
Modi tal-implimentazzjoni u tal-pagament tal-appoġġ settorjali

1.Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta programm pluriennali ta’ appoġġ settorjali, imqassam skont is-sena, li l-għan ġenerali tiegħu huwa li jippromwovi s-sajd sostenibbli u responsabbli f’Madagascar.

2.Dan il-programm għandu jiġi stabbilit f’dokument li għandu jinkludi:

2.1.linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 6(2)(b);

2.2.l-objettivi u l-azzjonijiet, definiti fuq bażi annwali u pluriennali, għas-sajd responsabbli u sostenibbli u għall-ekonomija blu, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta’ Madagascar, b’mod partikolari:

–l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-ġestjoni tas-sajd għat-tonn,

–l-appoġġ għas-sajd artiġjanali u tradizzjonali,

–it-taħriġ tas-sajjieda,

–il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd u b’mod partikolari l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU),

–it-tisħiħ tar-riċerka dwar is-sajd, il-kapaċità għall-ġestjoni tal-ekosistemi tal-baħar u r-riżorsi tal-ħut, u

–is-sigurtà tas-saħħa tal-prodotti tas-sajd

2.3.il-kriterji u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba kull sena, fejn xieraq permezz ta’ indikaturi.

3.Kull sena, l-Awtorità ta’ Madagascar għandha tippreżenta rapport annwali ta’ tal-prestazzjoni u s-sitwazzjoni attwali tal-attivitajiet tal-programm lill-Kumitat Konġunt. Ir-rapport ippreżentat fl-aħħar sena jinkludi wkoll reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm matul il-perjodu kollu tal-Protokoll.

4.Kwalunkwe emenda proposta għall-programm għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Konġunt.

5.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha titħallas f’pagamenti parzjali annwali wara analiżi mwettqa mill-Kumitat Konġunt abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programm.

6.L-Unjoni Ewropea tista’ tissospendi, parzjalment jew kompletament, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 6(2)(b) meta l-analiżi tal-Kumitat Konġunt tiżvela li:

6.1.ir-riżultati miksuba ma jikkonformawx mal-programmazzjoni adottata fil-Kumitat Konġunt;

6.2.li ma ġewx implimentati l-azzjonijiet taħt dan il-programmazzjoni.

7.Wara s-sospensjoni prevista fil-paragrafu 6, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandu jerġa’ jibda biss wara konsultazzjoni u ftehim bejn il-Partijiet u meta r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali jkunu konsistenti mal-programmazzjoni adottata mill-Kumitat Konġunt. Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali ma jistax isir wara perjodu ta’ sitt xhur minn meta jiskadi l-Protokoll.

8.Il-monitoraġġ tal-programm mill-Partijiet għandu jkompli sakemm jiġi implimentat bis-sħiħ.

9.Il-verifiki u l-kontrolli fuq l-użu tal-fondi tal-kontroparti msemmija fl-Artikolu 6(2)(b) jistgħu jitwettqu mill-korpi tal-awditjar u tal-kontroll ta’ kull Parti, inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Dan jinkludi dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni, għad-dokumenti, għas-siti u għall-faċilitajiet tal-benefiċjarji.

10.L-Awtorità ta’ Madagascar għandha timplimenta miżuri ta’ promozzjoni u ta’ komunikazzjoni li jipprovdu viżibbiltà lill-output iffinanzjat mill-appoġġ settorjali u lill-kontribuzzjoni tal-UE.

Artikolu 9
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli

1.Permezz tal-kooperazzjoni xjentifika, il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

2.Il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni xjentifika rilevanti kollha li tippermetti l-evalwazzjoni tal-istat tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

3.Il-laqgħa xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 9(3) tal-Ftehim għandha tlaqqa’ flimkien ix-xjenzati kompetenti proposti minn kull Parti. Il-Partijiet għandhom jagħmlu disponibbli d-data biex ix-xjenzati jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom. It-termini ta’ referenza, il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ din il-laqgħa xjentifika konġunta għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

4.Il-laqgħa xjentifika konġunta għandha tipproduċi rapport, akkumpanjat, fejn xieraq, minn opinjoni, sottomess lill-Kumitat Konġunt għall-konsiderazzjoni u l-adozzjoni possibbli ta’ miżuri, kif previst fl-Artikolu 9(4) tal-Ftehim.

Artikolu 10
Kooperazzjoni ekonomika u soċjali

1.Sabiex jimplimentaw il-prinċipji tal-Artikolu 10 tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni ekonomika u soċjali, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin b’mod regolari fi ħdan il-Kumitat Konġunt u għandhom jinvolvu operaturi u Partijiet ikkonċernati oħra sabiex jidentifikaw opportunitajiet ta’ kooperazzjoni, inkluż bl-għan li jiżviluppaw il-kummerċ u l-investimenti fis-settur tas-sajd.

2.Din il-konsultazzjoni għandha tqis il-programmi ta’ żvilupp u ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew ta’ sħab tekniċi u finanzjarji oħra.

Artikolu 11
Reviżjoni bi qbil reċiproku tal-opportunitajiet tas-sajd u r-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Protokoll

1.L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt abbażi tal-parir xjentifiku rilevanti u filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IOTC, sabiex tiġi żgurata ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti mill-Protokoll, u, fejn xieraq, wara konsultazzjoni mal-laqgħa xjentifika konġunta msemmija fl-Artikolu 9.

2.F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6(2)(a) tista’ tiġi riveduta pro rata u għandhom isiru l-emendi meħtieġa fil-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

3.Il-Kumitat Konġunt jista’ jadatta d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.

4.Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom jiksbu l-istess forza legali bħall-Protokoll, sakemm jitlestew il-proċeduri rispettivi tal-Partijiet.

Artikolu 12
Kampanji tas-sajd esploratorju u opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.Il-partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd esploratorju fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar sabiex jivvalutaw is-sostenibbiltà xjentifika u ekonomika ta’ sajd ġdid, b’mod partikolari fir-rigward ta’ speċijiet meqjusa li mhumiex sfruttati biżżejjed jew li l-istatus tal-istokk tagħhom mhuwiex magħruf.

2.F’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha, l-Awtorità ta’ Madagascar tista’ tapprova l-implimentazzjoni ta’ kampanja esploratorja abbażi ta’ speċifikazzjonijiet speċifiċi adottati mill-Kumitat Konġunt. Dan tal-aħħar għandu jispeċifika l-ispeċi kkonċernata u l-kundizzjonijiet xierqa għal dik il-kampanja filwaqt li jqis l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u, fejn xieraq, il-parir xjentifiku miksub skont l-Artikolu 9.

3.L-awtorizzazzjonijiet tal-bastimenti għall-istaġun tas-sajd esploratorju għandhom jingħataw għal perjodu massimu ta’ 6 xhur, imnaqqsa fejn meħtieġ skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-parir xjentifiku. Il-bastimenti involuti fis-sajd esploratorju għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet approvati mill-Awtorità ta’ Madagascar. Osservatur maħtur mill-Awtorità ta’ Madagascar u, fejn xieraq, osservatur xjentifiku mill-Istat tal-bandiera għandhom ikunu preżenti abbord matul l-istaġun kollu. Id-data ta’ osservazzjoni miġbura għandha tintbagħat għall-analiżi u għal parir xjentifiku skont id-dipożizzjonijiet tal-Artikolu 9.

4.Il-laqgħa xjentifika għandha tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar ir-riżultati tal-kampanji esploratorji lill-Kumitat Konġunt, li għandu jiddeċiedi, fejn xieraq, dwar l-introduzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet il-ġodda sal-iskadenza tal-Protokoll.

Artikolu 13
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd

1.Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni maħruġa mill-Awtorità ta’ Madagascar skont il-Ftehim u l-Protokoll.

2.L-Awtorità ta’ Madagascar toħroġ biss awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti tal-Unjoni skont il-Ftehim u l-Protokoll, u l-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet lil dawk il-bastimenti barra minn dak il-qafas, b’mod partikolari fil-forma ta’ awtorizzazzjonijiet diretti, huwa pprojbit.

3.L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti ta’ Madagascar, sakemm dan il-Protokoll ma jipprevedix mod ieħor.

Artikolu 14
Sospensjoni

1.L-implimentazzjoni tal-Protokoll, inklużi l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti u l-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża b’mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet previsti fl-Artikolu 20 tal-Ftehim.

2.Is-sospensjoni minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(3) tal-Ftehim tista’ sseħħ biss meta jiġu skattati l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou relatati mal-ksur tal-elementi essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem kif definiti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou jew l-artikolu korrispondenti ta’ ftehim suċċessur.

3.Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tkun soġġetta għal notifika mill-Parti kkonċernata dwar l-intenzjoni tagħha, bil-miktub u mill-inqas xahar qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ tali sospensjoni. It-trażmissjoni ta’ tali notifika għandha tinvolvi konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet permezz tal-Kumitat Konġunt bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima.

4.F’każ ta’ sospensjoni, l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom jiġu interrotti għall-perjodu ta’ sospensjoni. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom joħorġu miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar fi żmien 24 siegħa wara li tidħol fis-seħħ is-sospensjoni.

5.Il-partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima bejniethom. Meta jintlaħaq tali regolament, il-Protokoll għandu jerġa’ jibda japplika mill-ġdid u l-ammont ta’ kwalunkwe kumpens finanzjarju għandu jiġi miftiehem fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 15
Denunzja

1.F’każ ta’ denunzja tal-Protokoll, fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 21 tal-Ftehim, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha tali denunzja tidħol fis-seħħ.

2.Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

Artikolu 16
Il-protezzjoni tad-data

1.Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data skambjata skont il-Ftehim tintuża mill-awtorità kompetenti esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd u, b’mod partikolari, għall-finijiet ta’ ġestjoni u għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd (MKS).

2.Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li d-data kollha kummerċjalment sensittiva u personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba skont il-Ftehim dwar is-Sajd, kif ukoll l-informazzjoni kummerċjali sensittiva kollha relatata mas-sistemi ta’ komunikazzjoni użati mill-Unjoni, jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-data aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.

3.Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.

4.Id-data personali skambjata skont il-Ftehim għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness għall-Protokoll. Aktar salvagwardji u rimedji fir-rigward tad-data personali u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

5.Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jipprevjenu lill-Partijiet milli jikkonformaw mal-obbligi tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd jew tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd li jittrażmettu u jippubblikaw id-data dwar il-bastimenti.

Artikolu 17
Skambji elettroniċi tad-data

1.Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu malajr kemm jista’ jkun is-sistemi tal-IT meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

2.Il-verżjoni elettronika ta’ dokument għandha titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu, soġġetta għal garanziji fir-rigward tal-awtentiċità tad-dokument.

3.Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni u l-użu tal-iskambju elettroniku tad-data fir-rigward tad-data dwar il-qabdiet, id-dikjarazzjoni tal-qabdiet mad-dħul u mal-ħruġ (permezz tas-sistema ERS, is-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar), il-pożizzjonijiet tal-bastimenti (permezz tal-VMS), u l-kisba tal-liċenzji huma stabbiliti fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu.

4.Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw minnufih lil xulxin bi kwalunkwe ħsara fis-sistema tal-kompjuter. L-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom imbagħad jiġu sostitwiti bil-verżjoni stampata tagħhom jew jiġu trażmessi b’mezzi oħra ta’ komunikazzjoni kif definit fl-Anness għall-Protokoll.

Artikolu 18
Dħul fis-seħħ

Il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan ikunu tlestew.

Artikolu 19
Applikazzjoni provviżorja

Il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Lulju 2023 dment li jiġi ffirmat mill-Partijiet, jew mid-data tal-iffirmar tiegħu jekk jiġi ffirmat wara l-1 ta’ Lulju 2023.

Artikolu 20
Testi awtentiċi

Il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

ANNESS
Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar

KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali

1.Għażla tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għar-Repubblika ta’ Madagascar (Madagascar) bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

–għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn xieraq permezz tad-Delegazzjoni tal-UE f’Madagascar;

–għar-Repubblika ta’ Madagascar: il-Ministeru responsabbli għas-sajd.

2.Awtorizzazzjoni tas-sajd

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness, it-terminu “awtorizzazzjoni tas-sajd” huwa ekwivalenti għat-terminu “liċenzja” kif definit fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar.

3.Żona tas-sajd ta’ Madagascar

3.1. Il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd ta’ Madagascar kif definita fl-Artikolu 1 tal-Ftehim u l-linji bażi huma mogħtija fl-Appendiċi 3.

3.2 Iż-żoni pprojbiti għas-sajd bħal parks nazzjonali, żoni marittimi protetti u żoni ta’ riproduzzjoni għar-riżorsi tas-sajd huma indikati fl-Appendiċi 3. F’każ li jinbidlu d-dettalji ta’ kuntatt fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar, Madagascar għandu jibgħat id-dettalji ta’ kuntatt il-ġodda.

3.3 Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom iwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet lil hinn minn:

–20 mil nawtiku mil-linja bażi għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta’ aktar minn 100 GT, u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta’ 100 GT jew inqas, għall-faċċata tal-Punent, minn Cap d’Ambre sa Cap Ste Marie,

–12-il mil nawtiku mil-linja bażi għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ gross ta’ 100 GT jew inqas għall-faċċata tal-Lvant, minn Cap d’Ambre sa Cap Ste Marie.

3.4 Ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni ta’ 3 mili madwar l-irkapti ankrati biex jinġema’ l-ħut (FADs) użati mis-sajjieda f’Madagascar, fejn il-bastimenti tal-UE ma jistgħux jidħlu. L-awtorità ta’ Madagascar għandha tinnotifika lill-bastimenti tal-Unjoni dwar il-pożizzjoni tal-FADs ankrati lil hinn minn 9 mili.

3.5. Iż-żoni tal-Banc du Leven u tal-Banc du Castor, li l-koordinati tagħhom jidhru fl-Appendiċi 3, huma riżervati biss għall-attivitajiet tas-sajd artiġjanali u fuq skala żgħira f’Madagascar.

4.Ħatra ta’ aġent

Kull sid ta’ bastiment tal-UE li japplika għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll għandu jkun rappreżentat minn aġent residenti f’Madagascar.

5.Pagamenti tas-sidien tal-bastimenti

–L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tikkomunika lill-UE, qabel id-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, id-dettalji tal-kontijiet bankarji tat-Teżor Pubbliku li fihom jitħallsu d-diversi ammonti finanzjarji dovuti mis-sidien tal-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim.

–L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinnotifika kwalunkwe bidla f’dawn id-dettalji ta’ kuntatt lill-awtoritajiet tal-Unjoni.

–L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jibqgħu jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.

6.Kuntatti

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-punti ta’ kuntatt rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll jinsabu fl-Appendiċi 4.

KAPITOLU II
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja tas-sajd – bastimenti eliġibbli.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment jiddaħħal fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u jkun inkluż fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC). Barra min hekk, il-kaptan jew il-bastiment ma jistgħux jiġu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

Fejn xieraq, il-bastiment tas-sajd għandu jkollu l-approvazzjoni sanitarja tal-bastiment maħruġa mill-awtorità tas-saħħa kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu.

2.Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

2.1. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jissottomettu lill-Awtorità ta’ Madagascar, b’mezzi elettroniċi, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jixtieq jistad skont il-Ftehim.

2.2. L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 5.

2.3. Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tkun akkumpanjata minn:

–prova tal-pagament tat-tariffa b’rata fissa bil-quddiem għall-perjodu ta’ awtorizzazzjoni u tal-kontribuzzjoni speċifika prevista fil-punt 6 tal-Kapitolu III tal-Anness;

–ritratt diġitali riċenti bil-kulur, b’riżoluzzjoni grafika minima ta’ 1400 x 1050 pixels tal-bastiment, meħud mill-ġenb;

–kopja aġġornata taċ-ċertifikat ta’ navigabbiltà;

–kopja tal-kuntratt konkluż ma’ kumpanija ta’ reklutaġġ u tqegħid (persunal) approvat f’Madagascar, kif previst fil-punt 7 tal-Kapitolu V tal-Anness.

3.Tariffa u tariffa b’rata fissa bil-quddiem

3.1. It-tariffa għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, espressa f’euro għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, għandha tkun ta’ EUR 85/tunnellata għad-durata kollha tal-Protokoll.

3.2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara l-pagament tat-tariffi b’rata fissa bil-quddiem li ġejjin:

Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

– EUR 16 150 għal kull bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 190 tunnellata fis-sena.

Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 100 GT

– EUR 4 930 għal kull bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 58 tunnellata fis-sena. 

Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ gross ta’ 100 GT jew inqas

– EUR 3°145 għal kull bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 37 tunnellata fis-sena

3.3. L-ammont tat-tariffa b’rata fissa għandu jinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi tal-port, it-taxxi tal-iżbark, it-taxxi tat-trażbord, u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi.

4.Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

4.1. Malli jirċievi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, Madagascar għandu jkollu 20 jum tax-xogħol biex joħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu eliġibbli.

4.2. Kopja elettronika tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat minnufih lill-awtorità tal-Unjoni, u lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom. Din il-kopja elettronika miżmuma abbord għandha tkun valida għal perjodu ta’ 45 jum kalendarju wara d-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Wara dan il-perjodu, l-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali trid tinżamm abbord. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż f’każijiet ta’ force majeure.

4.3. Il-kopji oriġinali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa għandhom jintbagħtu lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġent tagħhom minn Madagascar, fejn xieraq permezz tad-Delegazzjoni tal-UE f’Madagascar.

4.4. Hekk kif tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, Madagascar għandu jdaħħal minnufih lill-bastiment tal-Unjoni fil-lista tal-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) ta’ Madagascar u lill-Unjoni. Madagascar għandu jaġġorna regolarment il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tiġi kkomunikata minnufih liċ-ĊMS u lill-Unjoni.

5.Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

5.1. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli.

5.2. Madankollu, fuq talba tal-UE u fil-każ ta’ force majeure ppruvata, b’mod partikolari t-telf jew l-immobilizzazzjoni fit-tul ta’ bastiment minħabba ħsara teknika serja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’awtorizzazzjoni ġdida maħruġa f’isem bastiment ieħor tal-istess kategorija bħal dik tal-bastiment li għandu jiġi sostitwit, mingħajr ma tkun dovuta tariffa ġdida.

5.3. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet bl-għan li jiġi ddeterminat kwalunkwe pagament addizzjonali għandu jqis it-total tal-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

5.4. L-awtorizzazzjoni l-antika għandha tiskadi fil-jum li fih tinħareġ l-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni.

5.5. Is-sid tal-bastiment, il-aġent tiegħu u l-awtorità tal-Unjoni għandhom jiġu infurmati dwar is-sostituzzjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

5.6. Is-sid tal-bastiment ikkonċernat, jew l-aġent tiegħu, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd skaduta lill-awtorità ta’ Madagascar, fejn xieraq permezz tad-Delegazzjoni tal-UE f’Madagascar.

5.7. Il-lista tal-bastimenti awtorizzati għandha tiġi aġġornata kif xieraq mill-Awtorità ta’ Madagascar.

6.Durata ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

6.1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu annwali kif ġej:

–għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data meta jibda japplika b’mod provviżorju u l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;

–wara, kull sena kalendarja sħiħa;

–għall-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-data tal-iskadenza tal-Protokoll.

7.Dokumenti li għandhom jinġarru abbord il-bastiment

Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iżommu abbord id-dokumenti li ġejjin fi kwalunkwe ħin fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar:

–il-kopja oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, jew kopja tagħha skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 4.2;

–iċ-ċertifikat tal-istat ta’ navigabbiltà tal-bastiment;

–il-lista tal-ekwipaġġ;

–il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd elettroniku;

–il-liċenzja tas-sajd tal-Komunità maħruġa mill-Istat tal-bandiera tiegħu;

–il-pjan tal-kapaċità tal-bastiment, fil-forma ta’ tpinġijiet jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment tas-sajd, u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta’ ħżin espressa f’metri kubi.

8.Bastimenti ta’ appoġġ

8.1. Madagascar għandu jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd biex jiġu assistiti minn bastimenti ta’ appoġġ skont il-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti mill-IOTC. Fil-każ ta’ bidliet fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar maħsuba biex ikunu aktar stretti fir-rigward ta’ dawn il-limiti jew kundizzjonijiet, l-emendi għal-leġiżlazzjoni jew għal-leġiżlazzjoni l-ġdida għandhom jiġu nnotifikati u għandhom japplikaw skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tal-Ftehim.

8.2. Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE, u ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. Dan l-appoġġ la jista’ jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet.

8.3. Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija f’dan il-Kapitolu, sa fejn din tkun tapplika għalihom. Madagascar għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u jikkomunikaha immedjatament lill-UE.

8.4. L-imposti annwali applikabbli għall-bastiment ta’ appoġġ hija ta’ EUR 5 000 fis-sena.

9.Implimentazzjoni ta’ sistema elettronika awtomatizzata għall-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet

9.1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw is-sistema LICENCE pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea għat-trażmissjoni elettronika tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet u għan-notifika tal-ħruġ tagħhom.

9.2 Fuq bażi tranżitorja sal-użu tas-sistema LICENCE mill-Partijiet, l-iskambji elettroniċi bejn il-Partijiet għandhom isiru bil-posta elettronika.

KAPITOLU III
Miżuri tekniċi għall-konservazzjoni

1.Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea awtorizzati fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom jikkonformaw mal-miżuri tekniċi kollha ta’ konservazzjoni, mar-riżoluzzjonijiet u mar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-leġiżlazzjoni tal-IOTC u ta’ Madagascar applikabbli għalihom.

2.Il-miżuri tekniċi applikabbli għandhom jiġu definiti, għal kull kategorija tas-sajd, fid-dokumenti tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 1.

3.It-tifrix u l-użu ta’ dawn l-FADs artifiċjali għat-tisqif huma awtorizzati fil-qafas ta’ dan il-Ftehim. Huma għandhom jikkonformaw mar-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-IOTC. B’mod partikolari, sabiex jillimitaw l-impatt tagħhom fuq l-ekosistemi u jnaqqsu l-ammont ta’ skart sintetiku fil-baħar, l-FADs għandhom jissawru minn materjal li ma jitħabbilx, naturali jew bijodegradabbli mhux tal-plastik, ħlief għas-sinjali ta’ indikazzjoni. Huma għandhom jevitaw qabdiet inċidentali ta’ ċetaċji, klieb il-baħar jew fkieren.

4.Madankollu, Madagascar jirriżerva d-dritt li jipproponi miżuri aktar stretti abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi affidabbli.

5.Fil-bidu tal-istaġun tas-sajd, is-sid tal-bastiment għandu jinforma wkoll liċ-ĊMS ta’ Madagascar bl-għadd ta’ FADs li beħsiebu juża kull bastiment tal-għajnuna fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. L-għadd ta’ FADs irkuprati għandu jiġi ddikjarat ukoll wara t-tmiem ta’ dik is-sena tas-suq.

6.Għall-finijiet tal-ġestjoni ambjentali u tal-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar fl-ilmijiet ta’ Madagascar, kull sena s-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu kontribuzzjoni speċifika, li l-ammont totali stmat tagħha għandu jkun ta’ madwar EUR 200 000. Il-kontribuzzjoni ta’ kull bastiment għandha tkun ibbażata fuq it-tunnellaġġ gross ta’ kull bastiment u għandha tammonta għal EUR 2,5 għal kull GT. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas flimkien mal-pagament bil-quddiem. Il-fondi għandhom jiġu amministrati mill-Aġenzija ta’ Madagascar responsabbli għas-sajd u l-akkwakultura u għandhom jitħallsu fil-kont bankarju ddedikat għall-appoġġ settorjali msemmi fl-Artikolu 6(4)(b) tal-Protokoll.

7.L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt dwar il-programm ta’ azzjoni ffinanzjat minn din il-kontribuzzjoni speċifika u għandha tirrapporta dwar l-użu, il-kisbiet u l-impatti tiegħu. Hija għandha tiżgura l-promozzjoni u l-viżibbiltà tal-miżuri mwettqa.

KAPITOLU IV

Taqsima 1
Rappurtar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd

1.Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

1.1. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-UE li jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd f’konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-IOTC.

1.2. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

1.3. Il-kaptan għandu jirreġistra kuljum fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd:

- il-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ piż ħaj ta’ kull speċi (prinċipali jew inċidentali) maqbuda u miżmuma abbord, identifikati bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha,

- il-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ individwi ta’ kull speċi mormija.

- il-qabdiet żero, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-IOTC.

1.4. Is-sid tal-bastiment u l-kaptan tiegħu għandhom ikunu responsabbli in solidum għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

2.Dikjarazzjoni tal-qabdiet

2.1 Il-kaptan għandu jiddikjara l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat liċ-ĊMS ta’ Madagascar u lis-servizz tal-istatistika tal-Ministeru: 

–kull ġimgħa waqt li jkunu preżenti fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar;

–immedjatament fil-każ ta’ passaġġ minn port ta’ Madagascar;

–fi żmien 24 siegħa minn meta joħroġ miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port ta’ Madagascar.

2.2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabdiet, inkluż fil-każ ta’ dikjarazzjoni mhux konformi, Madagascar jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-penali previsti fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar. Jekk ir-reat jiġi ripetut, Madagascar jista’ jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

2.3. L-awtorità ta’ Madagascar għandha tinnotifika lis-sid tal-bastiment b’kull sanzjoni imposta f’dan il-kuntest u għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Unjoni b’dan.

3.Dħul fis-seħħ ta’ sistema elettronika ta’ rappurtar tad-data dwar is-sajd (ERS)

Il-partijiet jaqblu li jużaw sistema elettronika ta’ rappurtar tad-data dwar is-sajd ibbażata fuq il-linji gwida stabbiliti fl-Appendiċi 6. Il-partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin meta din is-sistema tkun operattiva. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet ERS jissostitwixxu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet previsti fil-punt 2 ta’ dan il-kapitolu.

4.Rappurtar tal-qabdiet ta’ kull tliet xhur.

4.1. Qabel tmiem it-tielet xahar ta’ kull trimestru, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jikkomunikaw lil Madagascar id-data dwar il-qabdiet għal kull kategorija prevista fil-Protokoll li tikkorrispondi għax-xhur tat-trimestru jew trimestri preċedenti tas-sena kurrenti. Din id-data għandha tiġi ppreżentata kull xahar, skont il-bastiment u skont l-ispeċi indikati bil-kodiċi tal-FAO tagħha, skont il-mudell fl-Appendiċi 7.

4.2. Din id-data aggregata mill-ġurnali ta’ abbord għandha titqies provviżorja sakemm l-awtoritajiet tal-Unjoni jkunu nnotifikaw dikjarazzjoni annwali finali tal-qabdiet u l-isforzi.

5.Dikjarazzjoni tal-qabdiet annwali u t-tariffi għall-bastimenti tal-Unjoni.

5.1. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom ifasslu dikjarazzjoni finali tal-qabdiet annwali u t-tariffi pagabbli minn kull bastiment għall-istaġun tas-sajd annwali tiegħu tas-sena kalendarja preċedenti, abbażi tad-data dwar il-qabdiet ivvalidata mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati tal-bandiera.

5.2. Din id-dikjarazzjoni finali tal-qabdiet u tat-tariffi għandha tintbagħat mill-awtoritajiet tal-Unjoni lill-Awtorità ta’ Madagascar qabel t-30 ta’ April tas-sena ta’ wara dik li fiha jkunu saru l-qabdiet, biex tiġi kkonfermata.

5.3. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-Unjoni bil-wasla ta’ tali dikjarazzjonijiet u dikjarazzjoni u tista’ titlob kwalunkwe kjarifika li tqis meħtieġa fi żmien xahrejn.

5.3.1. F’dak il-każ, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom javviċinaw lill-amministrazzjonijiet tal-Istati tal-bandiera u lill-istituti nazzjonali kompetenti tal-Unjoni u għandhom jibagħtu lill-Awtorità ta’ Madagascar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa fi żmien 20 jum ta’ xogħol.

5.3.2 Fejn xieraq, tista’ tissejjaħ laqgħa speċifika tal-Grupp ta’ Ħidma Xjentifiku, li għaliha għandhom jiġu mistiedna rappreżentanti tal-istituti nazzjonali rilevanti tal-Unjoni u ta’ Madagascar, biex jiġu eżaminati d-data dwar il-qabdiet u l-metodoloġiji użati għall-kontroverifika tal-informazzjoni.

5.4. Madagascar għandu jkollu 30 jum tax-xogħol wara li jirċievi l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5.3.1 biex jikkontesta d-dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet u d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi, abbażi tal-evidenza ta’ sostenn.

5.4.1. Mingħajr kontestazzjoni u wara din l-iskadenza, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw id-dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet u tal-isforz u d-dikjarazzjoni finali li għandha tiġi adottata.

5.4.2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt.

5.5. Jekk il-kalkolu finali jkun ogħla mit-tariffa b’rata fissa antiċipata mħallsa sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ lil Madagascar sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-qbil tal-Partijiet dwar id-dikjarazzjoni. Jekk il-kalkolu finali jkun inqas mit-tariffa fissa mħallsa bil-quddiem, is-sid tal-bastiment ma jistax jirkupra s-somma li jifdal.

Taqsima 2
Dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u ħruġ minnha

1.Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw skont il-Protokoll fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom jinnotifikaw liċ-ĊMS ta’ Madagascar mill-inqas tliet sigħat qabel bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

2.Meta jinnotifikaw id-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar jew il-ħruġ minnha, il-kaptani tal-bastimenti għandhom jikkomunikaw ukoll il-pożizzjoni stmata tad-dħul jew tal-ħruġ miż-żona u l-kwantitajiet stmati ta’ kull speċi, identifikati bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha, miżmuma abbord, f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ individwi, bl-użu tal-formati ta’ komunikazzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 8.

3.In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet jew dikjarazzjoni frawdolenti għandu jesponi lis-sid tal-bastiment u lill-kaptan tal-bastiment għas-sanzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar.

4.Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun informa liċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jkun soġġett għas-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar. L-Awtorità ta’ Madagascar tista’ tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat. F’każ ta’ ksur ripetut, hija tista’ tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

5.Il-lista tal-ekwipaġġ tal-bastiment għandha tintbagħat mad-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

6.Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru jew permezz tal-ERS jew permezz tal-posta elettronika, permezz ta’ messaġġ bir-radju fl-indirizzi elenkati fl-Appendiċi 4. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinforma minnufih lill-bastimenti kkonċernati b’kull bidla fl-indirizz tal-posta elettronika jew tal-frekwenza tar-radju u lill-awtoritajiet tal-Unjoni.

7.L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tikkonferma li rċeviet il-messaġġ elettroniku permezz tal-posta elettronika.

Taqsima 3
Trażbordi u ħatt l-art

1.Kwalunkwe operazzjoni ta’ trażbord fuq il-baħar hija pprojbita.

2.It-trażbord f’port magħżul f’Madagascar jista’ jsir wara awtorizzazzjoni minn qabel miċ-ĊMS ta’ Madagascar u taħt is-superviżjoni tal-ispetturi tas-sajd u tal-Awtorità tas-saħħa tal-ħut ta’ Madagascar.

3.Il-portijiet tas-sajd magħżula għal dawn l-operazzjonijiet ta’ trażbord u ħatt l-art huma Antsiranana, Toliary, Ehoala, Toamasina u Mahajanga.

4.Is-sid ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, jew ir-rappreżentant tiegħu, li jkun jixtieq iħott l-art jew jittrażborda f’port ta’ Madagascar għandu fl-istess ħin jinnotifika liċ-ĊMS u lill-awtorità tal-port f’Madagascar, mill-inqas 72 siegħa qabel, bl-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Ftehim PSMA, fejn xieraq permezz tat-trażmissjoni ERS, b’mod partikolari:

–l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-IOTC tal-bastiment tas-sajd involut fit-trażbord jew fl-iżbark;

–il-port tal-iżbark jew tat-trażbord u, meta jkun il-każ, l-isem tal-bastiment tal-merkanzija;

–id-data u l-ħin previsti għat-trażbord jew għall-iżbark;

–il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha, f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali;

–il-preżentazzjoni u d-destinazzjoni tal-qabdiet trażbordati jew żbarkati.

Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jiġu pprovduti dokumenti għad-dħul fil-Port lill-awtoritajiet kompetenti.

5.Wara li jeżamina l-informazzjoni msemmija fil-punt 4 u fi żmien 24 siegħa min-notifika, iċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jagħti awtorizzazzjoni minn qabel lis-sid tal-bastiment, jew lir-rappreżentant tiegħu, biex jittrażborda jew iħott l-art.

6.It-trażbord u l-iżbark huma meqjusa bħala ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw.

7.Wara t-trażbord jew il-ħatt l-art, is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika liċ-ĊMS u lill-awtorità marittima u tal-port bl-intenzjoni tiegħu li jkompli jistad fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar jew li joħroġ miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

8.Kull trażbord jew żbark li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet fil-punti 1 sa 7 hawn fuq għandu jkun ipprojbit fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha teħel il-pieni previsti mil-liġi li hemm fis-seħħ f’Madagascar.

9.Il-bastimenti tas-sajd tal-UE jintrabtu li jagħmlu parti mill-qabda inċidentali tagħhom disponibbli għall-kumpaniji lokali tal-ipproċessar bil-prezzijiet tas-suq lokali. Fuq talba tas-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, id-Direttorati Reġjonali tal-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Madagascar għandhom jipprovdu lista u dettalji ta’ kuntatt tal-kumpaniji lokali tal-ipproċessar.

Taqsima 4
Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti bis-satellita (VMS)

1.Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema VMS

1.1. Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni għandhom ikunu mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (Vessel Monitoring System – VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera.

1.2. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jiġi kkonfigurat skont il-format imsemmi fl-Appendiċi 9 tal-Anness u għandu jkun fih:

–l-identifikazzjoni tal-bastiment;

–il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %;

–id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni;

–il-veloċità tal-bastimentu d-direzzjoni li fiha jkun qiegħed jivvjaġġa.

1.3. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.

1.4. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, f’dak il-każ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta’ pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

2.Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema VMS

2.1. Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema VMS tal-bastiment tiegħu tkun qiegħda taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qegħdin jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

2.2. Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom sistema VMS difettuża ma għandhomx ikunu awtorizzati jidħlu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

2.3. F’każ ta’ ħsara wara d-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, iċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jiġi nnotifikat minnufih. Is-sistema VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien ħmistax-il jum. Wara dak il-perjodu, jew f’każ ta’ ħsara ripetuta sussegwenti, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

2.4. Il-bastimenti li jkollhom sistema VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika, jew permezz tar-radju, liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lil Madagascar, mill-inqas kull erba’ sigħat, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha skont il-punt 1.2 ta’ din it-Taqsima.

3.Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil Madagascar

3.1. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS ta’ Madagascar. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ta’ Madagascar għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jinformaw minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.

3.2. It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u Madagascar għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura ta’ komunikazzjoni, bl-użu tan-network elettroniku disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambju tad-data dwar is-sajd f’forma standardizzata.

3.3. Iċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

4.Ħsara fis-sistema ta’ komunikazzjoni

4.1. Il-partijiet għandhom jiżguraw li t-tagħmir elettroniku tagħhom ikun kompatibbli mal-istandard tar-rappurtar tad-data dwar is-sajd.

4.2 Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin mingħajr dewmien dwar kwalunkwe ħsara fis-sistemi ta’ komunikazzjoni tal-messaġġ dwar il-pożizzjoni biex tinstab soluzzjoni teknika malajr kemm jista’ jkun.

4.3. Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għas-sanzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar. Il-kaptan ma jistax jinżamm responsabbli għal ħsarat fis-sistemi ta’ komunikazzjoni msemmija fil-punt preċedenti.

4.4. Il-Kumitat Konġunt huwa obbligat li jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.

5.Modifika tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

5.1. Abbażi ta’ evidenza sostanzjata ta’ ksur, iċ-ĊMS ta’ Madagascar jista’ jitlob liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, b’kopja lill-Unjoni, biex inaqqas l-intervall għat-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastiment għal intervall ta’ 30 minuta għal perjodu speċifikat tal-investigazzjoni.

5.2. Din l-evidenza għandha tintbagħat miċ-ĊMS ta’ Madagascar liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-awtoritajiet tal-Unjoni.

5.3. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni liċ-ĊMS ta’ Madagascar skont il-frekwenza mnaqqsa.

5.4. Wara dan, iċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jinnotifika minnufih liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE dwar it-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni.

5.5. Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, iċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull segwitu li jkun meħtieġ.

6.Validità tal-messaġġ tal-VMS f’każ ta’ tilwim

Id-data dwar il-pożizzjoni mogħtija mis-sistema VMS biss għandha titqies bħala awtentika f’każ ta’ tilwim bejn il-Partijiet.

Taqsima 5
Osservaturi

1.Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

1.1. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-konformità mal-programm nazzjonali tal-osservaturi u mal-obbligi li jirriżultaw mir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-IOTC fir-rigward tal-programm tal-osservaturi xjentifiċi.

1.2. Għal dawn il-finijiet:

1.2.1. Kull bastiment għandu jtella’ abbord osservatur tas-sajd waqt li jkun fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. Mill-inqas 30 % tal-bastimenti għandhom itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-awtorità kompetenti ta’ Madagascar. Għas-70 % li jifdal, il-kopertura tal-osservaturi għandha tiġi organizzata kif xieraq permezz ta’ programmi reġjonali tal-osservaturi jew programmi elettroniċi tal-osservaturi.

1.2.2. L-osservaturi għandu jkollhom il-kompitu li jiżguraw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1.1 jew ta’ kull ħtieġa oħra għall-ġbir tal-informazzjoni xjentifika identifikata mill-istitut nazzjonali kompetenti f’Madagascar jew mill-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunt.

2.Bastimenti u osservaturi magħżulin

2.1. Meta jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, l-Awtorità ta’ Madagascar għandha tippubblika u, fejn meħtieġ, taġġorna l-lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur minn Madagascar abbord skont l-għanijiet imsemmija fil-punt 1.2.1 hawn fuq.

2.2. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tibgħat din il-lista b’mod elettroniku lill-awtoritajiet tal-Unjoni u lis-sidien ikkonċernati minnufih wara l-pubblikazzjoni jew l-aġġornament tagħha. Jekk wieħed mill-bastimenti magħżula jiffaċċja nuqqas ta’ spazju dokumentat kif suppost minħabba rekwiżiti ta’ sigurtà, b’mod partikolari dawk marbuta ma’ atti ta’ piraterija, l-Awtorità ta’ Madagascar għandha tadatta l-lista tal-bastimenti magħżula sabiex tqis din is-sitwazzjoni, filwaqt li tiżgura l-objettiv imsemmi fil-punt 1.2.1.

2.3. Ladarba l-lista tal-bastimenti tas-sajd magħżula biex itellgħu osservatur abbord tkun ġiet iffinalizzata, Madagascar għandu fl-istess ħin jinforma lis-sidien ikkonċernati, jew lill-aġent tagħhom, bil-bastimenti li għandhom itellgħu abbord osservatur maħtur skont il-punt 1.2.1.

2.4. Ladarba d-data tal-imbark bejn l-awtorità ta’ Madagascar u sid il-bastiment magħżul kif imsemmi fil-punt 7.2 ta’ din it-Taqsima tkun ġiet deċiża, Madagascar għandu jgħarraf lill-Unjoni u lis-sid tal-bastiment ikkonċernat, jew lill-aġent tiegħu, bl-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-osservatur maħtur.

2.5. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Unjoni u lis-sidien ikkonċernati, jew lill-aġent tagħhom, mingħajr dewmien b’kull bidla fil-lista tal-bastimenti u tal-osservaturi maħtura.

2.6. Bastiment tas-sajd tal-Unjoni magħżul biex itella’ osservatur abbord għandu jkun eżentat minn dan l-obbligu jekk osservatur ikun diġà abbord u jibqa’ hemm għall-perjodu kollu stabbilit, sakemm l-osservatur ikun rikonoxxut permezz ta’ programm ta’ osservatur reġjonali li Madagascar ikun firmatarju tiegħu.

2.7. L-osservatur ma għandux iqatta’ iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandu bżonn biex iwettaq dmirijietu.

3.Kontribuzzjoni finanzjarja tas-sidien

3.1. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jikkontribwixxu mhux iżjed minn EUR 30 għal kull jum li jittellgħu abbord għal kull osservatur minn Madagascar. Dan l-ammont jiġi ddepożitat mis-sidien fil-Programm tal-Osservaturi ġestit miċ-ĊMS ta’ Madagascar.

3.2. L-ispejjeż kollha tal-mobilizzazzjoni u tad-demobilizzazzjoni bejn il-port tal-imbark jew tal-iżbark u l-post tar-residenza tas-soltu tal-osservatur f’Madagascar għandhom jitħallsu mis-sid tal-bastiment.

4.Paga u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur

Il-paga u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur maħtur minn Madagascar għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet ta’ Madagascar.

5.Kundizzjonijiet tal-imbark

5.1. Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul ta’ żmien abbord, għandhom jiġu definiti bi qbil komuni bejn is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-awtoritajiet ta’ Madagascar.

5.2. L-osservatur abbord għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħall-uffiċjali. Madankollu, l-akkomodazzjoni abbord tal-osservatur għandha tikkunsidra l-istruttura teknika tal-bastiment.

5.3. Is-sid tal-bastiment għandu r-responsabbiltà li jipprovdi akkomodazzjoni u ikel lill-osservatur abbord il-bastiment.

5.4. Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sigurtà fiżika u l-benessri ġenerali tal-osservatur.

5.5. Il-kaptan għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-osservatur il-faċilitajiet kollha meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu u għandu jipprovdilu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni, għad-dokumenti abbord il-bastiment u għad-dokumenti relatati mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, ir-reġistru tal-iffriżar u l-ġurnal ta’ abbord tan-navigazzjoni, kif ukoll għal dawk il-partijiet tal-bastiment relatati direttament mal-kompiti tiegħu.

6.L-obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

–jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd;

–jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jinsabu abbord;

–jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument tal-bastiment.

7.L-imbark u l-iżbark tal-osservatur

7.1. L-osservatur għandu jimbarka f’port magħżul mis-sid tal-bastiment.

7.2. Is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinforma liċ-ĊMS ta’ Madagascar, b’avviż ta’ 15-il jum dwar l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f’pajjiż barrani, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tat-tranżitu (inklużi l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel) tiegħu lejn il-port tal-imbark.

7.3. Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin previsti, il-kaptan, is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika minnufih liċ-ĊMS ta’ Madagascar sabiex tinstab soluzzjoni bi qbil reċiproku.

7.4. Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port ta’ Madagascar, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ u tat-tranżitu (inklużi l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel) tiegħu biex jerġa’ lura lejn id-domiċilju abitwali tiegħu f’Madagascar.

7.5. Fil-każ li l-bastiment ma jkun preżenti fil-mument stabbilit f’port magħżul minn qabel għall-imbark ta’ osservatur, is-sid tal-bastiment huwa obbligat iħallas l-ispejjeż tan-nuqqas tal-imbark tal-osservatur matul l-istennija fil-port (l-akkomodazzjoni, l-ikel).

7.6. Jekk il-bastiment ma jidhirx, is-sid tal-bastiment għandu jgħarraf minnufih liċ-ĊMS ta’ Madagascar. L-awtoritajiet ta’ Madagascar jistgħu jissospendu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat u japplikaw is-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar fis-seħħ, ħlief f’każijiet ta’ force majeure nnotifikati liċ-ĊMS ta’ Madagascar. F’dan l-aħħar każ, is-sid tal-bastiment, flimkien mal-Awtorità ta’ Madagascar, għandu jistabbilixxi data ġdida għall-imbark tal-osservatur u l-bastiment ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar sakemm l-osservatur ikun effettivament ittella’ abbord. Madagascar għandu jinforma immedjatament lill-UE u lis-sid tal-bastiment dwar il-miżuri mittieħda skont dan il-punt.

8.Il-kompiti tal-osservatur

8.1. L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

8.1.1. Jiġbor l-informazzjoni kollha relatata mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari dwar:

–l-irkaptu tas-sajd użat;

–il-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd tiegħu;

–il-volumi jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ ħut maqbud għal kull speċi fil-mira u kull speċi assoċjata, kif ukoll l-għadd ta’ qabdiet aċċidentali u inċidentali;

–l-għadd stmat tal-qabdiet miżmuma abbord u ta’ dawk skartati;

8.1.2. Iwettaq il-kampjuni bijoloġiċi previsti fil-programmi xjentifiċi.

8.2. L-osservatur għandu jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu kuljum permezz tar-radju jew tal-posta elettronika meta l-bastiment ikun qiegħed jopera fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, inkluż il-volum abbord tal-qabdiet prinċipali u inċidentali u kwalunkwe kompitu ieħor mitlub miċ-ĊMS ta’ Madagascar.

9.Rapport tal-osservatur

9.1. Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jippreżenta rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fuq ir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan, li għandu jirċievi kopja tar-rapport. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport tal-osservatur, għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “nirrifjuta li niffirma”.

9.2. L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu liċ-ĊMS ta’ Madagascar, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-awtoritajiet tal-Unjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-iżbark tal-osservatur.

Taqsima 6
Spezzjoni fuq il-baħar u fil-port

1. L-ispezzjonijiet fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, jew fil-port, fl-irmiġġ jew fil-port, tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida għandhom jitwettqu minn bastimenti tas-sajd u spetturi awtorizzati minn Madagascar.

2. Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi ta’ Madagascar għandhom jgħarrfu lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni bl-intenzjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. Qabel il-bidu tal-ispezzjoni, l-ispetturi għandhom jiżvelaw l-identità, il-kwalifiki u l-ordni tal-missjoni tagħhom.

3. L-ispetturi għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu dmirijiethom marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

3.1. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-imbark u l-ħidma tal-ispetturi.

3.2. Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni, l-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt li jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport ta’ spezzjoni, għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “nirrifjuta li niffirma”.

3.3. L-ispetturi għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jħallu l-bastiment. Madagascar għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien massimu ta’ tmint ijiem tax-xogħol wara li l-ispetturi jkunu reġgħu lura fuq l-art, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1 tat-Taqsima 7 tal-Anness.

4. Madagascar jista’ jawtorizza lir-rappreżentanti tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha biex jipparteċipaw fl-ispezzjoni bħala osservatur.

5. Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jwettqu spezzjonijiet konġunti fuq il-bastimenti tal-Unjoni, b’mod partikolari waqt l-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art u ta’ trażbord, sabiex jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni kemm tal-Unjoni kif ukoll ta’ Madagascar. Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-ispetturi skjerati mill-Partijiet għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq tal-ispezzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ta’ Madagascar. Dawn l-operazzjonijiet isiru taħt id-direzzjoni u l-awtorità tal-ispetturi ta’ Madagascar. Il-Partijiet, fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala Stat tal-bandiera u Stat tal-port, jistgħu jiddeċiedu li jikkooperaw biex iwettqu azzjonijiet ta’ segwitu, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom. Barra minn hekk, fuq talba tal-awtoritajiet tal-Unjoni, l-awtorità ta’ Madagascar tista’ tawtorizza lill-ispetturi tas-sajd tal-Istati Membri tal-Unjoni jwettqu spezzjonijiet fuq il-bastimenti tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom.

Taqsima 7
Ksur

1.Trattament tal-ksur

1.1. Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandu jkun is-suġġett ta’ notifika ta’ ksur u għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni.

1.2. In-notifika tal-ksur u tas-sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan jew fuq il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti skont il-proċeduri previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar.

1.3. Kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u tan-notifika tal-ksur, flimkien mas-sanzjonijiet imposti, għandhom jintbagħtu mill-Awtorità ta’ Madagascar, b’mod elettroniku, lill-Unjoni fi żmien 72 siegħa.

1.4. Il-firma tar-rapport tal-ispezzjoni mill-kaptan, kif previst fil-punt 3.2 tat-Taqsima 6, għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża tas-sid tal-bastiment fir-rigward tal-ksur ikkonċernat.

2.Detenzjoni tal-bastiment – Laqgħa ta’ informazzjoni

2.1. Jekk jiġi stabbilit ksur, skont il-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar, l-Awtorità ta’ Madagascar għandha tordna lill-bastiment tal-Unjoni li jkun instab li wettaq ksur iwaqqaf l-attività tiegħu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u, meta l-bastiment ikun fuq il-baħar, biex jerġa’ lura f’port ta’ Madagascar.

2.2. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-Unjoni b’mod elettroniku fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-Unjoni. In-notifika għandha ssemmi r-raġunijiet tad-detenzjoni u/jew taż-żamma, u għandha tkun akkumpanjata b’evidenza tal-ksur ikkonċernat.

2.3. L-awtoritajiet tal-Unjoni jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta’ Madagascar biex torganizza, malajr kemm jista’ jkun wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni biex tiċċara l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u kwalunkwe sanzjoni meħuda jew prevista. Ir-rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid il-bastiment jistgħu jattendu għal din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.Pieni għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess

3.1. Il-piena għall-ksur ikkonċernat għandha tiġi stabbilita minn Madagascar skont il-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar.

3.2. Meta s-soluzzjoni tal-ksur tkun tinvolvi proċedura legali, qabel ma jinbeda, u sakemm il-ksur ma jinvolvix att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn l-Awtorità ta’ Madagascar u l-bastiment tal-Unjoni sabiex jiġu ddeterminati t-termini u l-livell tas-sanzjoni. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn 72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

3.3. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-Unjoni jista’ jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ kompromess.

4.Proċedura ġudizzjarja – Garanzija bankarja

4.1. Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, is-sid tal-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul minn Madagascar, li l-ammont tagħha, kif stabbilit minn Madagascar, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm’il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċeduri legali.

4.2. Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lis-sid tal-bastiment malajr kemm jista’ jkun wara li tkun ingħatat is-sentenza finali u li tkun kisbet l-awtorità res judicata:

–kollha kemm hi, jekk ma tingħata l-ebda sanzjoni;

–skont il-bilanċ li jifdal, jekk il-piena tkun multa li tkun inqas mill-garanzija bankarja.

4.3. Madagascar għandu jinforma lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedura legali fi żmien tmint ijiem minn meta tinqata’ s-sentenza.

5.Ir-rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-piena tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.

Taqsima 8
Monitoraġġ parteċipattiv marbut mal-ġlieda kontra s-sajd IUU

1.Objettiv

Sabiex jissaħħu s-sorveljanza tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw il-preżenza fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar ta’ kwalunkwe bastiment li ma jkunx imniżżel fil-lista tal-bastimenti barranin awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar ipprovduta minn Madagascar.

2.Proċedura

2.1. Meta l-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni josserva bastiment tas-sajd involut f’attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu attività ta’ sajd IUU, huwa jista’ jiġbor kemm jista’ jkun informazzjoni dwar tali osservazzjoni.

2.2. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat minnufih u simultanjament liċ-ĊMS ta’ Madagascar u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li minnu tkun saret l-osservazzjoni, lill-awtoritajiet ta’ Madagascar, b’kopja lill-Unjoni, b’mod elettroniku.

3.Reċiproċità

L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tibgħat lill-awtoritajiet tal-Unjoni, malajr kemm jista’ jkun, kull rapport ta’ osservazzjoni li jkollu x’jaqsam mal-bastimenti tas-sajd involuti f’attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu attività ta’ sajd IUU fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

KAPITOLU V

Tlugħ abbord ta’ baħħara

1.Prinċipji u objettivi sottostanti għall-implimentazzjoni ta’ dan il-kapitolu

1.1.L-impjieg u t-tħaddim tal-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar abbord bastimenti tal-Unjoni awtorizzati skont il-Protokoll għandhom isiru skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tal-Ftehim.

1.2.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu r-ratifika tal-konvenzjonijiet tal-ILO u tal-IMO applikabbli għall-baħħara u li jiżguraw li l-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu tkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dawk il-konvenzjonijiet.

1.3.Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu taħriġ adegwat tal-baħħara. Parti mill-finanzjament allokat għall-appoġġ settorjali tista’ tintuża għal dan l-għan.

2.Regoli għall-imbark tal-baħħara minn Madagascar

2.1.Is-sid tal-bastiment għandu jimpjega baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar biex jaħdmu abbord il-bastiment tiegħu bħala membri tal-ekwipaġġ għat-tul tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

2.2.Għal dawn il-finijiet, l-Awtorità Marittima u tal-Port ta’ Madagascar għandha tibgħat lis-sidien tal-bastimenti lista li jkun fiha għadd suffiċjenti ta’ baħħara kapaċi li huma ċittadini ta’ Madagascar, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 10, u tindika l-kompetenza tagħhom. Jekk is-sid tal-bastiment ma jkunx jista’ jsib f’din il-lista baħħara kwalifikati disponibbli, huwa jkun eżentat mill-obbligu tal-imbark ta’ tali persuni skont dan il-Kapitolu wara li jinnotifika lill-Awtorità Marittima u tal-Port ta’ Madagascar.

2.3.L-għadd minimu ta’ baħħara li għandhom jiġu impjegati fuq bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jkun:

-3 għal kull bastiment tas-sajd bit-tartarun,

-2 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 100 GT:

2.4.Il-kaptan għandu jżomm reġistru tal-baħħara li jaħdmu abbord il-bastiment tiegħu, u jfassal lista tal-ekwipaġġ debitament iffirmata mill-kaptan jew minn kwalunkwe persuna oħra awtorizzata mill-kaptan. Kopja ta’ dan ir-reġistru għandha tintbagħat lill-Awtorità Marittima u tal-Port ta’ Madagascar qabel ma jibda l-vjaġġ.

2.5.Is-sid tal-bastiment jew il-kaptan li jaġixxi f’ismu għandu jirrifjuta l-awtorizzazzjoni li jimpjega sajjied ta’ Madagascar abbord il-bastiment tiegħu jekk ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Appendiċi 10. Hija għandha tinnotifika b’din id-deċiżjoni lill-Awtorità Marittima u tal-Port ta’ Madagascar.

3.Kuntratti individwali ta’ imbark

3.1.Għal kull ċittadin ta’ Madagascar impjegat abbord, għandu jiġi nnegozjat u ffirmat kuntratt individwali bil-miktub ta’ imbark bejn dan tal-aħħar u s-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu. Dan il-kuntratt individwali jista’ jkun ibbażat fuq ftehim kollettiv innegozjat bejn it-trejdjunjins, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Madagascar.

3.2.Il-kuntratt għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Appendiċi 11. Is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jippreżenta l-kuntratt lill-awtorità kompetenti ta’ Madagascar li tapprovah qabel ma jimbarka.

3.3.Kopja tal-kuntratt għandha tingħata lill-firmatarji u lill-Awtorità Marittima u tal-Port ta’ Madagascar sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol.

4.Remunerazzjoni.

4.1.Ir-remunerazzjoni tal-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar abbord (paga fissa, kumpensi u diversi primjums) għandha titħallas mis-sid tal-bastiment.

4.2.Il-paga minima mogħtija lill-baħħara għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar, jew tal-istandard tal-ILO għall-baħħara, skont liema minnhom tkun l-ogħla.

4.3.Ir-remunerazzjoni titħallas kull xahar jew f’intervalli regolari iqsar. Il-baħħara għandu jkollhom il-mezzi biex jibagħtu lill-familji tagħhom mingħajr ħlas il-pagamenti kollha li jirċievu jew parti minnhom, inklużi pagamenti bil-quddiem.

5.Obbligi tas-sid tal-bastiment

5.1.L-ispejjeż kollha tal-mobilizzazzjoni jew tad-demobilizzazzjoni bejn il-port tal-imbark jew tal-iżbark u l-post tar-residenza tas-soltu tas-sid tal-bastiment f’Madagascar għandhom jitħallsu mis-sid tal-bastiment.

5.2.Jekk il-bastiment ma jasalx fid-data u l-ħin previsti għall-imbark ta’ ċittadin ta’ Madagascar, is-sid tal-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż imġarrba waqt l-istennija fil-port (bħall-akkomodazzjoni, l-ikel).

6.Obbligi tal-baħħara

6.1.Kull ċittadin ta’ Madagascar impjegat mis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan tal-bastiment maħtur lejlet id-data proposta għall-imbark.

6.2.Jekk is-sid tal-bastiment ma jasalx fid-data u l-ħin previsti għall-imbark f’ismu stess, huwa għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ lil dak is-sajjied abbord.

7.L-aġenti intermedji

Is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jużaw il-kumpaniji tar-reklutaġġ u tat-tqegħid (persunal) approvati f’Madagascar, li għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan il-kapitolu.

8. Konformità ma’ dan il-kapitolu

8.1.L-awtorità kompetenti taż-żewġ Partijiet għandha tiżgura li l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-baħħara tkun aċċessibbli faċilment, b’mod sħiħ, trasparenti u mingħajr ħlas.

8.2.Skont l-Artikolu 94 tal-UNCLOS, l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera huma responsabbli għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan il-kapitolu. Dawn l-awtoritajiet se jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-Linji Gwida tal-ILO għall-Ispezzjoni tal-Istat tal-Bandiera u tal-Istat tal-Port tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fuq il-Bastimenti tas-Sajd.

8.3.L-Awtorità Marittima u tal-Port ta’ Madagascar għandha tiżgura wkoll l-applikazzjoni korretta ta’ dan il-Kapitolu.

8.4.Jekk, għal bastiment, is-sid tal-bastiment ma jikkonformax mal-obbligu li jtella’ abbord ċittadini ta’ Madagascar, l-Awtorità ta’ Madagascar tista’ tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ dak il-bastiment.



LISTA TAL-APPENDIĊIJIET

Appendiċi 1 – Dikjarazzjoni teknika – Speċijiet awtorizzati

Appendiċi 2 – Ipproċessar ta’ data personali

Appendiċi 3 – Koordinati taż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, taż-żoni magħluqa tal-Banc du Leven u tal-Banc du Castor u tal-linji bażi,

Appendiċi 4 – Dettalji ta’ kuntatt f’Madagascar

Appendiċi 5 – Informazzjoni mitluba għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni (bastiment tas-sajd u bastiment tal-għajnuna)

Appendiċi 6 – Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ rappurtar tad-data dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema ERS)

Appendiċi 7 – Mudell tad-dikjarazzjoni ta’ kull tliet xhur tal-qbid aggregat

Appendiċi 8 – Format tad-dikjarazzjonijiet tad-dħul u tal-ħruġ

Appendiċi 9 – Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni

Appendiċi 10 – Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar biex jaħdmu abbord bastimenti tas-sajd tal-UE

Appendiċi 11 – Dispożizzjonijiet minimi tal-kuntratt tal-impjieg tal-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar



Appendiċi 1 – Dikjarazzjoni teknika – Speċijiet awtorizzati

1 - Miżuri Tekniċi għall-Konservazzjoni

1.1. Żona tas-sajd:

·Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi (għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100 GT biss) fuq il-ffaċċata tal-Lvant, minn Cap d’Ambre sa Cap Ste Marie. Id-demarkazzjoni li għandha tiġi osservata fil-lonġitudni għandha tikkorrispondi mal-lonġitudni ta’ kull wieħed minn dawn il-punti msemmija fl-Appendiċi 3, paragrafu 3.

·Lil hinn minn 20 mil nawtiku mil-linja bażi f’każijiet oħra.

·Żona tas-sajd indikata fl-Appendiċi 3.

·Trid tiġi rispettata żona ta’ protezzjoni ta’ 3 mili madwar irkaptu nazzjonali tal-aggregazzjoni tal-ħut.

·Il-Banc du Leven u l-Banc du Castor, li l-koordinati tagħhom huma indikati fl-Appendiċi 3, jistgħu jintużaw biss għal attivitajiet ta’ sajd artiġjanali u fuq skala żgħira ta’ Madagascar.

1.2. Irkaptu awtorizzat:

·Tartarun

·Konz tal-wiċċ

1.3. Speċijiet awtorizzati:

Tonn u speċijiet simili (tonn, plamtu, tonn frigata u tonn balla, marlin, pixxispad), speċijiet assoċjati u sajd taħt mandat ta’ ġestjoni mill-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC), minbarra:

- speċijiet protetti mill-konvenzjonijiet internazzjonali,

- l-ispeċijiet li ż-żamma tagħhom abbord, it-trażbord, l-iżbark jew li l-ħażna sħiħa jew parzjali tagħhom huma pprojbiti mill-IOTC, b’mod partikolari speċijiet li jappartjenu għall-familji tal-Alopiidae, tas-Sphyrnidae, kif ukoll tal-Lamnidae

- tal-ispeċijiet li ġejjin: Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis, Carcharinus longimanus, Isurus oxyrinchus, Isurus paucus

1.4 Qabdiet regolati taħt il-kwota:

Il-kwantità ta’ klieb il-baħar awtorizzati maqbuda flimkien mat-tonn u ma’ speċijiet simili fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar minn bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandha tkun limitata għal 220 tunnellata fis-sena.

Jekk jintlaħaq dan il-limitu ta’ qbid, is-sajd għall-klieb il-baħar għandu jingħalaq.

Konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-IOTC u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea applikabbli

2 - Tariffi li jridu jitħallsu mis-sidien/qabdiet ekwivalenti:

Tariffa li trid titħallas mis-sidien tal-bastimenti għal kull tunnellata li tinqabad

·EUR 85 għal kull tunnellata

Tariffi annwali b’rata fissa bil-quddiem li jridu jitħallsu għal kull bastiment:

·EUR 16 150 kull sena għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun għal tunnellaġġ tal-qabdiet ta’ 190 t

·EUR 4 930 kull sena għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ > 100 GT għal tunnellaġġ tal-qabdiet ta’ 58 t

·EUR 3 145 kull sena għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ≤ 100 GT għal tunnellaġġ tal-qabdiet ta’ 37 t

·EUR 5 000 kull sena għal kull bastiment tal-għajnuna

Numru ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd

·32 bastiment tas-sajd bit-tartarun

·13-il bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ > 100 GT

·20 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ≤ 100 GT

3 – Oħrajn

Baħħara:

·Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun: mill-inqas 3 ċittadini ta’ Madagascar għandhom ikunu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

·Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ > 100 GT: mill-inqas 2 ċittadini ta’ Madagascar għandhom ikunu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

Kontribuzzjoni speċifika għall-ġestjoni ambjentali u l-protezzjoni tal-ekosistemi:

EUR 2,5/GT

Osservaturi:

·Fuq talba tal-awtoritajiet ta’ Madagascar, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom itellgħu abbord osservatur bl-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 30 % tal-bastimenti awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

·Għal kull bastiment li jtella’ osservatur abbord, is-sid tal-bastiment huwa mitlub jikkontribwixxi madwar EUR 30 għal kull jum li l-osservatur ikun abbord. Dan l-ammont jiġi ddepożitat fil-Programm tal-Osservaturi ġestit miċ-ĊMS.



Appendiċi 2 Ipproċessar ta’ data personali

1.Definizzjonijiet u kamp ta’ applikazzjoni

1.1. Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Ftehim dwar is-Sajd Sostenibbli u d-definizzjonijiet li ġejjin:

a. “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (minn hawn ’il quddiem “suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni;

b. “ipproċessar”: kwalunkwe attività jew sett ta’ attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali, sew jekk b’mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew l-interkonnessjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

c. “ksur tad-data” tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat aċċidentali jew illegali tad-data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, jew l-aċċess mhux awtorizzat għaliha;

1.2. Il-persuni kkonċernati mill-Protokoll huma b’mod partikolari persuni fiżiċi li huma sidien ta’ bastimenti tas-sajd, ir-rappreżentanti tagħhom, il-kaptan u l-ekwipaġġ li jservu abbord bastimenti tas-sajd li joperaw skont il-Protokoll.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u sussegwentement pproċessata:

— l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment;

— l-attivitajiet ta’ bastiment jew relatati miegħu, il-pożizzjoni u l-movimenti tiegħu, l-attività tas-sajd tiegħu jew l-attività tiegħu marbuta mas-sajd, miġbura permezz ta’ kontrolli, spezzjonijiet jew osservaturi;

— id-data dwar is-sid(ien) tal-bastiment jew tar-rappreżentant tiegħu/tagħhom, bħall-isem, in-nazzjonalità, id-dettalji ta’ kuntatt professjonali u l-kont bankarju professjonali,

— id-data dwar l-aġent lokali, bħall-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali,

— id-data dwar il-kaptani u l-membri tal-ekwipaġġ, bħall-isem, in-nazzjonalità, il-pożizzjoni u, fil-każ tal-kaptan, id-dettalji ta’ kuntatt,

— id-data dwar il-baħħara abbord, bħall-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, it-taħriġ, iċ-ċertifikat tas-saħħa.

1.3. L-awtorità responsabbli għall-ipproċessar tad-data hija l-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera għall-Unjoni u l-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Madagascar.

2.Salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali

2.1. Limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data

Id-data personali mitluba u trasferita skont il-Protokoll għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Protokoll. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw data personali skont il-Protokoll biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti fil-Protokoll. Id-data riċevuta ma tiġix ipproċessata ulterjorament b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawn l-għanijiet. Fuq talba, l-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar l-użu tad-data pprovduta.

2.2. Preċiżjoni

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data personali trasferita skont il-Protokoll tkun preċiża, attwali u, fejn xieraq, aġġornata regolarment skont l-għarfien tal-awtorità trasferenti kkonċernata. Jekk waħda mill-Partijiet issib li d-data personali trasferita jew riċevuta ma tkunx preċiża, hija għandha tinforma lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed.

2.3. Limitazzjoni tal-ħżin

Id-data personali ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet skambjata, u l-aktar l-aktar għandha tinżamm għal massimu ta’ 10 snin sakemm id-data personali ma tkunx meħtieġa biex tippermetti s-segwitu ta’ reat, spezzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. F’dan il-każ, id-data personali tista’ tinħażen għal 20 sena. Jekk id-data personali tinħażen għal żmien itwal, din għandha tiġi anonimizzata.

2.4. Sigurtà u kunfidenzjalità

Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’tali mod li tiġi żgurata s-sigurtà xierqa tagħha, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali. Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa biex jiżguraw li l-ipproċessar jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll. L-awtoritajiet inkarigati mill-ipproċessar jindirizzaw kull ksur tad-data u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv ta’ ksur ta’ data personali u jtaffu l-effetti negattivi possibbli tiegħu. L-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom jinnotifikaw tali ksur lill-awtorità trasferenti kkonċernata mingħajr dewmien żejjed u dawn għandhom jikkooperaw kif meħtieġ ma’ xulxin b’mod reċiproku u f’waqtu sabiex kull waħda minn dawk l-awtoritajiet tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn ksur tad-data personali skont il-qafas legali nazzjonali tagħhom.

2.5. Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet trasferenti u riċeventi jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw mingħajr dewmien ir-rettifika jew it-tħassir, kif xieraq, tad-data personali meta l-ipproċessar ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, b’mod partikolari minħabba li tali data ma tkunx adegwata, rilevanti, preċiża jew eċċessiva fir-rigward tal-fini tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kwalunkwe rettifika jew tħassir lill-Parti l-oħra.

2.6. Trasparenza

Kull Parti għandha tiżgura li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati dwar kif se tiġi pproċessata d-data personali tagħhom u dwar id-drittijiet tagħhom skont l-Anness permezz ta’ avviż ġenerali, bħall-pubblikazzjoni tal-Protokoll, jew ta’ avviż individwali, bħal dikjarazzjonijiet ta’ privatezza li għandhom jiġu pprovduti matul il-proċess tal-applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd.

2.7. Trasferiment ulterjuri

L-awtoritajiet ta’ Madagascar ma għandhomx jittrasferixxu d-data personali li jirċievu skont il-Protokoll lil parti terza stabbilita f’pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-bandiera. B’mod eċċezzjonali u fejn jitqies meħtieġ, jista’ jitwettaq trasferiment ulterjuri lil parti terza lejn pajjiż li mhux l-Istat Membru tal-bandiera jew lil organizzazzjoni internazzjonali, dment li l-awtorità trasferenti tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel u li l-parti terza inkwistjoni tipprovdi assigurazzjonijiet xierqa konsistenti mas-salvagwardji stabbiliti fl-Anness.

3.Drittijiet tas-suġġetti tad-data

3.1. Aċċess għad-data personali:

Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom:

(a)jikkonfermaw lis-suġġett tad-data jekk id-data personali dwaru hijiex qiegħda tiġi pproċessata jew le;

(b)jipprovdu informazzjoni dwar l-iskop tal-ipproċessar, il-kategoriji ta’ data personali, il-perjodu ta’ ħżin (jekk possibbli), id-dritt li tintalab rettifika/tħassir, id-dritt li jitressaq ilment, eċċ.;

(c)jipprovdu kopja tad-data personali;

(d)ipprovdu informazzjoni ġenerali dwar il-garanziji applikabbli.

3.2. Korrezzjoni ta’ data personali

Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom jirrettifikaw id-data personali tiegħu li ma tkunx kompluta, ma tkunx preċiża jew tkun skaduta.

3.3. Tħassir ta’ data personali

Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom:

(a)iħassru d-data personali dwaru li tkun ġiet ipproċessata b’mod li ma jkunx konformi mas-salvagwardji stabbiliti fil-Protokoll;

(b)iħassru d-data personali li tikkonċernah li ma tkunx għadha meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata legalment.

3.4. Regoli dettaljati

L-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom iwieġbu fi żmien raġonevoli u fi żmien xieraq għal talba minn suġġett tad-data dwar l-aċċess għad-data personali tiegħu, jew ir-rettifika u t-tħassir tagħha. L-awtoritajiet ta’ Madagascar jistgħu jieħdu miżuri xierqa, bħall-ġbir ta’ spejjeż raġonevoli biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi jew ir-rifjut li tiġi ssodisfata talba manifestament infondata jew eċċessiva.

3.5. Id-drittijiet ta’ hawn fuq jistgħu jkunu limitati jekk l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u finijiet ta’ sorveljanza, ta’ spezzjoni jew ta’ regolamentazzjoni importanti oħra relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali f’każijiet bħal dawn. Dawn jistgħu jkunu limitati wkoll għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom ikunu previsti mil-liġi.

4.Appell

Is-suġġetti tad-data għandhom drittijiet effettivi u infurzabbli fir-rigward tad-drittijiet tagħhom skont ir-rekwiżiti legali applikabbli fil-ġurisdizzjoni ta’ kull awtorità. L-awtoritajiet jipprovdu salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali permezz ta’ taħlita ta’ liġijiet, regolamenti u l-politiki u l-proċeduri interni tagħhom. B’mod partikolari, kull ilment kontra l-awtoritajiet tal-Partijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali jista’ jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fil-każ tal-Unjoni, jew lill-Kummissjoni għall-Informatika u l-Libertajiet ta’ Madagascar, fil-każ ta’ Madagascar.



Appendiċi 3 – Koordinati (latitudni u lonġitundi) taż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, taż-żoni magħluqa tal-Banc de Leven u tal-Banc de Castor u tal-linji bażi

1.Żona tas-sajd ta’ Madagascar

Punt

LatDD

LonDD

LatitudeString

LongitudeString

1

-10.3144

49.4408

10° 18' 52" S

049° 26' 27" E

2

-11.0935

50.1877

11° 05' 37" S

050° 11' 16" E

3

-11.5434

50.4776

11° 32' 36" S

050° 28' 39" E

4

-12.7985

53.2164

12° 47' 55" S

053° 12' 59" E

5

-14.0069

52.7392

14° 00' 25" S

052° 44' 21" E

6

-16.1024

52.4145

16° 06' 09" S

052° 24' 52" E

7

-17.3875

52.3847

17° 23' 15" S

052° 23' 05" E

8

-18.2880

52.5550

18° 17' 17" S

052° 33' 18" E

9

-18.7010

52.7866

18° 42' 04" S

052° 47' 12" E

10

-18.8000

52.8000

18° 48' 00" S

052° 47' 60" E

11

-20.4000

52.0000

20° 23' 60" S

052° 00' 00" E

12

-22.3889

51.7197

22° 23' 20" S

051° 43' 11" E

13

-23.2702

51.3943

23° 16' 13" S

051° 23' 39" E

14

-23.6405

51.3390

23° 38' 26" S

051° 20' 20" E

15

-25.1681

50.8964

25° 10' 05" S

050° 53' 47" E

16

-25.4100

50.7773

25° 24' 36" S

050° 46' 38" E

17

-26.2151

50.5157

26° 12' 54" S

050° 30' 57" E

18

-26.9004

50.1112

26° 54' 01" S

050° 06' 40" E

19

-26.9575

50.0255

26° 57' 27" S

050° 01' 32" E

20

-27.4048

49.6781

27° 24' 17" S

049° 40' 41" E

21

-27.7998

49.1927

27° 47' 59" S

049° 11' 34" E

22

-28.1139

48.6014

28° 06' 50" S

048° 36' 05" E

23

-28.7064

46.8002

28° 42' 23" S

046° 48' 01" E

24

-28.8587

46.1839

28° 51' 31" S

046° 11' 02" E

25

-28.9206

45.5510

28° 55' 14" S

045° 33' 04" E

26

-28.9301

44.9085

28° 55' 48" S

044° 54' 31" E

27

-28.8016

44.1090

28° 48' 06" S

044° 06' 32" E

28

-28.2948

42.7551

28° 17' 41" S

042° 45' 18" E

29

-28.0501

42.2459

28° 03' 00" S

042° 14' 45" E

30

-27.8000

41.9000

27° 48' 00" S

041° 53' 60" E

31

-27.5095

41.5404

27° 30' 34" S

041° 32' 25" E

32

-27.0622

41.1644

27° 03' 44" S

041° 09' 52" E

33

-26.4435

40.7183

26° 26' 37" S

040° 43' 06" E

34

-25.7440

40.3590

25° 44' 38" S

040° 21' 32" E

35

-24.8056

41.0598

24° 48' 20" S

041° 03' 35" E

36

-24.2116

41.4440

24° 12' 42" S

041° 26' 38" E

37

-23.6643

41.7153

23° 39' 51" S

041° 42' 55" E

38

-22.6317

41.8386

22° 37' 54" S

041° 50' 19" E

39

-21.7798

41.7652

21° 46' 47" S

041° 45' 55" E

40

-21.3149

41.6927

21° 18' 54" S

041° 41' 34" E

41

-20.9003

41.5831

20° 54' 01" S

041° 34' 59" E

42

-20.6769

41.6124

20° 40' 37" S

041° 36' 45" E

43

-19.6645

41.5654

19° 39' 52" S

041° 33' 55" E

44

-19.2790

41.2489

19° 16' 44" S

041° 14' 56" E

45

-18.6603

42.0531

18° 39' 37" S

042° 03' 11" E

46

-18.0464

42.7813

18° 02' 47" S

042° 46' 53" E

47

-17.7633

43.0335

17° 45' 48" S

043° 02' 01" E

48

-17.2255

43.3119

17° 13' 32" S

043° 18' 43" E

49

-16.7782

43.4356

16° 46' 42" S

043° 26' 08" E

50

-15.3933

42.5195

15° 23' 36" S

042° 31' 10" E

51

-14.4487

43.0263

14° 26' 55" S

043° 01' 35" E

52

-14.4130

43.6069

14° 24' 47" S

043° 36' 25" E

53

-14.5510

44.3684

14° 33' 04" S

044° 22' 06" E

54

-14.5367

45.0275

14° 32' 12" S

045° 01' 39" E

55

-14.3154

45.8555

14° 18' 55" S

045° 51' 20" E

56

-13.8824

46.3861

13° 52' 57" S

046° 23' 10" E

57

-12.8460

46.6944

12° 50' 46" S

046° 41' 40" E

58

-12.6981

47.2079

12° 41' 53" S

047° 12' 28" E

59

-12.4637

47.7409

12° 27' 49" S

047° 44' 27" E

60

-12.0116

47.9670

12° 00' 42" S

047° 58' 01" E

61

-11.0158

48.5552

11° 00' 57" S

048° 33' 19" E

62

-10.3144

49.4408

10° 18' 52" S

049° 26' 27" E

2.Il-Banc du Leven u l-Banc du Castor:

Koordinati ġeografiċi taż-żona riżervata esklussivament għall-attività tas-sajd artiġjanali u tradizzjonali ta’ Madagascar

Punt

Latitudni

Lonġitudni

1

12°18.44S

47°35.63

2

11°56.64S

47°51.38E

3

11°53S

48°00E

4

12°18S

48°14E

5

12°30S

48°05E

6

12°32S

47°58E

7

12°56S

47°47E

8

13°01S

47°31E

9

12°53S

47°26E

3. Koordinati ġeografiċi tal-linji bażi

(L-Artikolu 3 tad-Digriet Nru 2018-1008 tal-14 ta’ Awwissu 2018 li jistabbilixxi l-linji bażi li minnhom titkejjel il-wisa’ tad-diversi żoni tal-baħar taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tar-Repubblika ta’ Madagascar)

Nru

Isem tal-punti

Lonġitudni

Latitudni

1

Tanjona Bobaomby (Cap d’Ambre)

49°15’ E

11°56’S

2

Nosy Anambo

48°39’ E

12°16’S

3

Nosy Lava

48°40’ E

12°45’S

4

Nosy Ankarea

48°34’ E

12°50’S

5

Nosy Fanihy

48°14’ E

13°11’S

6

Nosy Iranja

47°48’ E

13°36’S

7

Nosy Lava

47° 35’ E

14°35’S

8

Lohatanjona Maromanjo

46° 28’ E

15°31’S

9

Nosy Makamby

45° 54’ E

15°42’S

10

Tanjona Tanjona

45° 40’ E

15°46’S

11

Tanjona Amparafaka

45° 15’ E

15°56’S

12

Tanjona Vilanandro (Cap St-André)

44° 26’ E

16°12’S

13

Nosy Chesterfield

43° 56’ E

16°21’S

14

Nosy Vao

43° 45’ E

17°30’S

15

Nosy Mavony

43° 45’ E

18°19’S

16

Nosy Androtra

43° 48’ E

18°30’S

17

Tanjona Kimby

44° 14’ E

18°53’S

18

Amboanio

44° 13’ E

19°03’S

19

Ilot Indien

44° 22’ E

19°48’S

20

Tanjona Ankarana

44° 07’ E

20°29’S

21

Tanjona Andravoho

43° 50’ E

20°40’S

22

Nosy Andriangory

43° 45’ E

20°50’S

23

Lohatanjona Marohata

43° 29’ E

21°19’S

24

Nosy Lava

43° 16’ E

21°45’S

25

Nosy Andranombolo

43° 12’ E

21°58’S

26

Nosy Hao

43° 11’ E

22°06’S

27

Ambohitsobo

43° 13’ E

22°20’S

28

Solary Avo

43° 17’ E

22°34’S

29

Lohatanjona Rendrehana

43° 21 E

22°49’S

30

Toliara (Tuléar)

43° 38’ E

23°22’S

31

Nosy Ve

43° 36’ E

23°38’S

32

Falaise de Lanivato

43° 40’ E

24°20’S

33

Miary

43° 41’ E

24°23’S

34

Helodrano Salapaly

43° 54’ E

24°43’S

35

Helodrano Langarano

44° 01’ E

25°02’S

36

Nosy Manitse

44° 13’ E

25°14’S

37

Lohatonjano Fenambosy

44° 19’ E

25°16’S

38

Tanjona Vohimena (Cap Ste Marie)

45° 10’ E

25°36’S

39

Betanty (Faux Cap)

45° 31’ E

25°35’S

40

Helodrano Ranofotsy

46° 43’ E

25°11’S

41

Tanjona Ranavalona

46° 58’ E

25°05’S

42

Lohatanjona Evatra (Pointe Itaperina)

47° 06’ E

25°00’S

43

Tanjona Manafiafy (Cap Sainte Luce)

47° 13' E

24° 46' S

44

Mahavelona (Foulepointe)

49° 32' E

17° 41' S

45

Lohatanjona Vohibato

49° 49’ E

17°07’S

46

Fitariho

49° 55’ E

16°56’S

47

Lohatanjona Antsirakakambana (Pointe Albrand)

50° 02’ E

16°42’S

48

Tanjona Belao (Cap Bellone)

49° 52’ E

16°13’S

49

Nosy Nepato

50° 14’ E

16°00’S

50

Tanjona Tanjondaingo

50° 21’ E

15°49’S

51

Nosy Voara

50° 28’ E

15°28’S

52

Nosy Ngontsy

50° 29’ E

15°15’S

53

Lohatanjona Ampandrozonana

50° 12’ E

14°18’S

54

Mahavanona

50° 08’ E

13°48’S

55

Iharana (Vohémar)

50° 01’ E

13°21’S

56

Nosy Manampaho

49° 53’ E

12°48’S

57

Ambatonjanahary

49° 18’ E

11°58’S



Appendiċi 4 – Dettalji ta’ kuntatt f’Madagascar

1. Ministeru responsabbli għas-sajd

L-indirizz postali: Rue Farafaty, Ampandrianomby, Antananarivo 101

Indirizz tal-posta elettronika: mpeb.sp@gmail.com

2. Għat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd

L-indirizz postali: Rue Farafaty, Ampandrianomby, Antananarivo 101

Indirizz tal-posta elettronika: sgpt.dp.mrhp@gmail.com  

3. Dipartiment tal-Istatistika dwar is-Sajd

Indirizz tal-posta elettronika: snstatpecheaqua@gmail.com  

Numri tat-telefon: +261 34 05 563 82

4. L-Aġenzija ta’ Madagascar għas-Sajd u l-Akkwakultura (AMPA)

L-indirizz postali: Lot Près IIA122 Nanisana Antananarivo 101

Indirizz tal-posta elettronika: mpeb.ampa@gmail.com ;

Numru tat-telefon: +261 34 05 579 89

5. L-Aġenzija tal-Port Marittima u tax-Xmajjar (APMF)

L-indirizz postali: Immeuble APMF, Route des hydrocarbures, Alarobia Ivandry, Antananarivo 101, BP : 581

Indirizz tal-posta elettronika: apmf@apmf.mg

Numru tat-telefon: +261 32 11 257 00

6. Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) u notifika tad-dħul u tal-ħruġ

L-indirizz postali: Rue Farafaty, Ampandrianomby, Antananarivo 101

Indirizz tal-posta elettronika: csp-mprh@madagascar-scs-peche.mg  

Numru tat-telefon: +261 32 07 231 50

7. Awtorità tas-Saħħa tal-Ħut (ASH)

L-indirizz postali: Rue Farafaty, Ampandrianomby, Antananarivo 101

Indirizz tal-posta elettronika: christiane.rakotoarivony@ash.mg  

Numru tat-telefon: +261 034 05 800 48



Appendiċi 5 – Informazzjoni mitluba għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni (bastiment tas-sajd u bastiment tal-għajnuna)

Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(1)Isem tal-applikant

(1)Indirizz tal-applikant

(2)Isem tal-aġent f’Madagascar

(3)Indirizz tal-aġent f’Madagascar

(4)L-isem tal-bastiment

(5)Tip tal-bastiment

(6)Stat tal-bandiera

(7)Port tar-reġistrazzjoni

(8)Numru tar-reġistrazzjoni

(9)Immarkar estern tal-bastiment

(10)Kodiċi internazzjonali tar-radju

(11)Frekwenza tar-radju

(12)Numru tat-telefon bis-satellita tal-bastiment

(13)Indirizz tal-posta elettronika tal-bastiment

(14)Numru tal-IMO (jekk applikabbli)

(15)Tul totali tal-bastiment

(16)Wisa’ tal-bastiment

(17)Mudell tal-magna

(18)Qawwa tal-magna (kW)

(19)Tunnellaġġ gross (GT)

(20)Ekwipaġġ minimu

(21)Isem tal-kaptan

(22)Kategorija tas-sajd

(23)Speċijiet fil-mira

(24)Data tal-bidu tal-perjodu mitlub

(25)Data tat-tmiem tal-perjodu mitlub



Appendiċi 6 – Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ rappurtar tad-data dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema ERS)

1.Dispożizzjonijiet ġenerali

1.1.Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jkun mgħammar b’sistema elettronika, minn hawn ’il quddiem imsejħa s-“sistema ERS”, li tista’ tirreġistra u tittrażmetti data relatata mal-attività tas-sajd tal-bastiment, minn hawn ’il quddiem imsejħa “data tal-ERS”, waqt li l-bastiment ikun qiegħed jopera fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.

1.2.Bastiment tal-UE li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qiegħda taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.

1.3.Id-data tal-ERS tiġi trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn ’il quddiem iċ-“ĊMS”) tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li din tkun awtomatikament disponibbli għaċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd ta’ Madagascar.

1.4.L-Istat tal-bandiera u Madagascar għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bil-hardware u s-software meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-data tal-ERS fil-format XML, u jkollhom proċedura ta’ backup li tista’ tirreġistra u taħżen id-data tal-ERS f’forma li tinqara mill-kompjuter għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin.

1.5.It-trażmissjoni tad-data tal-ERS għandha tuża l-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-UE.

1.6.L-Istat tal-bandiera u Madagascar għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li jkun il-punt ta’ kuntatt.

(a)Il-korrispondenti tal-ERS għandhom jinħatru għal perjodu minimu ta’ sitt xhur;

(b)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ Madagascar għandhom jibagħtu lil xulxin id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS rispettivi tagħhom (l-ismijiet, l-indirizzi, in-numri tat-telefon, in-numri tal-faks u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom) qabel ma l-fornitur jibda jipproduċi s-sistemi ERS;

(c)Għandha ssir notifika minnufih dwar kull emenda fid-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS.

2.Produzzjoni u trażmissjoni tad-data tal-ERS

2.1.Il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu:

(a)jikkomunika d-data tal-ERS kuljum għal kull jum li jqatta’ fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar;

(b)jirreġistra, għal kull operazzjoni tas-sajd, il-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord bħala speċi fil-mira jew bħala qabda inċidentali, u dawk mormija lura l-baħar;

(c)jiddikjara wkoll, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minn Madagascar, meta ma jinqabad xejn minn dik l-ispeċi;

(d)jidentifika kull speċi bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha;

(e)jesprimi l-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, f’għadd ta’ ħut individwali;

(f)jirreġistra fid-data tal-ERS, għal kull speċi, il-kwantitajiet li ġew ittrażbordati u/jew li nħattu l-art;

(g)jirreġistra fid-data tal-ERS, waqt kull dħul (messaġġ COE) u ħruġ (messaġġ COX) miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, messaġġ speċifiku li jkun fih, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd maħruġa minn Madagascar, il-kwantitajiet li jkunu qegħdin jinżammu abbord fil-mument ta’ kull dħul/ħruġ;

(h)jittrażmetti kuljum id-data tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, fil-format previst fil-paragrafu 1.4 hawn fuq, sa mhux aktar tard minn 23:59 UTC.

2.2.Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-data tal-ERS li tiġi rreġistrata u mibgħuta.

2.3.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b’mod awtomatiku u mingħajr dewmien id-data tal-ERS liċ-ĊMS ta’ Madagascar.

2.4.     Iċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jikkonferma li tkun waslitlu d-data tal-ERS permezz ta’ messaġġ ta’ ritorn u għandu jipproċessa d-data kollha tal-ERS b’mod kunfidenzjali.

3.Nuqqas fis-sistema ERS abbord il-bastiment u/jew fit-trażmissjoni tad-data tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera

3.1.L-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lis-sid tal-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b’kull nuqqas tekniku fis-sistema ERS installata abbord il-bastiment u b’kull nuqqas ta’ funzjonament tat-trażmissjoni tad-data tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

3.2.L-Istat tal-bandiera għandu jinforma lil Madagascar bin-nuqqas identifikat u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

3.3.F’każ ta’ ħsara tas-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara tiġi msewwija jew is-sistema ERS tiġi sostitwita fi żmien 10 ijiem. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa f’dan il-perjodu ta’ 10 ijiem, il-bastiment ma jistax jerġa’ jibda l-attivitajiet tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar sakemm is-sistema ERS tiegħu ma tkunx fi stat perfett ta’ ħidma, sakemm ma jkunx awtorizzat minn Madagascar.

(a)Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara li jkollu nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel ma s-sistema ERS tiegħu tkun qiegħda taħdem mill-ġdid, b’mod li jissodisfa lill-Istat tal-bandiera tiegħu u ta’ Madagascar, jew

(b)Jekk jirċievi l-awtorizzazzjoni mill-Istat tal-bandiera. F’dan il-każ, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lil Madagascar bid-deċiżjoni tiegħu qabel ma l-bastiment jitlaq mill-port.

3.4.Kull bastiment tal-UE li jopera fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar b’sistema ERS difettuża għandu jittrażmetti kuljum, u sa mhux aktar tard minn 23:59 UTC, id-data kollha tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli li jkun aċċessibbli għaċ-ĊMS ta’ Madagascar.

3.5.Id-data tal-ERS li ma tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ Madagascar permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas fis-sistema għandha tintbagħat liċ-ĊMS ta’ Madagascar miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b’mezz elettroniku ieħor li jiġi maqbul b’mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jiġi mifhum li jista’ jkun li ma jkunux jistgħu jitħarsu l-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni.

3.6.Jekk iċ-ĊMS ta’ Madagascar ma jirċevix id-data tal-ERS mingħand bastiment għal 3 ijiem konsekuttivi, Madagascar jista’ jagħti struzzjonijiet lill-bastiment biex jipproċedi minnufih lejn port magħżul minn Madagascar għall-investigazzjoni.

4.Nuqqas min-naħa taċ-ĊMS – Iċ-ĊMS ta’ Madagascar ma jkunx qiegħed jirċievi d-data tal-ERS

4.1.Jekk ĊMS ma jirċevix id-data tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu jinforma minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, jikkollabora sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema.

4.2.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ Madagascar għandhom jaqblu b’mod reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-data tal-ERS f’każ li jkun hemm nuqqas fir-rigward taċ-ĊMS, u għandhom jinformaw lil xulxin minnufih b’kull bidla fihom.

4.3.Meta ċ-ĊMS ta’ Madagascar jindika li ma jkunx irċieva d-data tal-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi l-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊMS ta’ Madagascar u lill-UE bir-riżultati u bil-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa minn meta jkun ġie identifikat in-nuqqas.

4.4.Jekk ir-riżoluzzjoni tal-problema tkun teħtieġ aktar minn 24 siegħa, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti d-data tal-ERS nieqsa liċ-ĊMS ta’ Madagascar mingħajr dewmien billi juża wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-paragrafu 3.5 hawn fuq.

4.5.Madagascar għandu javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti (MKS) tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qegħdin iwettqu ksur miċ-ĊMS ta’ Madagascar minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data tal-ERS ikkawżat minn nuqqas min-naħa ta’ wieħed miċ-ĊMS.

5.Manutenzjoni ta’ ĊMS

5.1.ĊMS għandu jiġi mgħarraf bl-operazzjonijiet ippjanati ta’ manutenzjoni taċ-ĊMS l-ieħor (programm ta’ manutenzjoni) li jistgħu jaffettwaw l-iskambju tad-data tal-ERS mill-inqas 72 siegħa qabel, b’indikazzjoni, jekk ikun possibbli, tad-data tal-manutenzjoni u tat-tul ta’ żmien tagħha. Għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli.

5.2.Waqt il-manutenzjoni, id-data tal-ERS tista’ tieqaf tintbagħat sakemm is-sistema terġa’ tibda topera. Imbagħad, id-data tal-ERS ikkonċernata tiġi magħmula disponibbli immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta’ manutenzjoni.

5.3.Jekk l-operazzjoni ta’ manutenzjoni ddum aktar minn 24 siegħa, id-data tal-ERS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor permezz ta’ wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-paragrafu 3.5 hawn fuq.

5.4.Madagascar għandu javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti (MKS) tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qegħdin iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data tal-ERS ikkawżat minn operazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ ĊMS.

6.Għażla tar-rotot tad-data tal-ERS f’Madagascar

6.1.Għat-trażmissjoni tad-data tal-ERS mill-Istat tal-bandiera lil Madagascar, id-data tal-ERS għandha tuża r-riżorsi magħmula disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea.

6.2.Għall-finijiet tal-amministrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mill-flotta tal-UE, din id-data għandha tiġi maħżuna u tkun disponibbli għall-konsultazzjoni mill-persunal awtorizzat tal-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni Ewropea.

7.L-użu tal-istandard UN/FLUX u tan-network UE/FLUX

7.1.L-istandard UN/FLUX (United Nations Fisheries Language for Universal eXchange) u n-network ta’ skambju UE/FLUX jistgħu jintużaw għall-iskambju tal-pożizzjonijiet tal-bastimenti u l-ġurnali elettroniċi meta jkunu kompletament operattivi.

7.2.L-emendi tal-istandard UN/FLUX għandhom jiġu implimentati f’limitu ta’ żmien definit mill-Kumitat Konġunt abbażi tad-dispożizzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea, fejn xieraq permezz ta’ skambju ta’ ittri.

7.3.L-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-iskambji elettroniċi differenti huma definiti kif meħtieġ f’dokument ta’ implimentazzjoni mħejji mill-Kummissjoni Ewropea.

7.4.Il-miżuri tranżitorji jistgħu jintużaw sat-tranżizzjoni għall-istandard UN/FLUX għal kull komponent (pożizzjonijiet, ġurnal ta’ abbord tas-sajd). L-awtorità ta’ Madagascar għandha tiddetermina l-perjodu meħtieġ għal din it-tranżizzjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe restrizzjoni teknika possibbli. Dan jiddefinixxi l-perjodu ta’ ttestjar previst qabel l-użu attwali tal-istandard UN/FLUX. Ladarba jitlestew dawn it-testijiet, il-Partijiet għandhom jaqblu b’mod konġunt, malajr kemm jista’ jkun, dwar data effettiva tal-applikazzjoni, fil-Kumitat Konġunt jew permezz ta’ skambju ta’ ittri.

Appendiċi 7 – Mudell tad-dikjarazzjoni ta’ kull tliet xhur mill-UE tal-qbid aggregat provviżorju

L-Isem tal-Bastiment

Kodiċi tal-Ispeċijiet tal-FAO*

L-isem tal-ispeċi

Xahar

Kategorija tas-sajd

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta’ 100 GT u inqas

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta’ aktar minn 100 GT

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

Total

N.B.: Il-qabdiet tal-ispeċijiet kollha għandhom jiġu rrappurtati



Appendiċi 8 – Format tad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha

1. FORMAT TAR-RAPPORT TA’ DĦUL (TLIET SIGĦAT QABEL ID-DĦUL)

DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TA’ MADAGASCAR

KODIĊI TAL-AZZJONI: DĦUL

L-ISEM TAL-BASTIMENT:

KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU:

STAT TAL-BANDIERA:

TIP TA’ BASTIMENT:

NUMRU TAL-LIĊENZJA 1 :

POŻIZZJONI MAD-DĦUL:

DATA U ĦIN (UTC) TAD-DĦUL:

KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG:

- YFT (Tonna safra / Yellow fin tuna / Thunnus albacares) f’KG:

- SKJ (Palamit / Skipjack / Katsuwonus pelamis) f’KG:

- BET (Tonn għajnu kbira / Bigeye tuna / Thunnus obesus) f’KG:

- ALB (Alonga / Albacore tuna / Thunnus alalunga) f’KG:

- klieb il-baħar f’KG (l-ispeċijiet li jridu jiġu speċifikati):

- OĦRAJN (l-ispeċijiet li jridu jiġu speċifikati) f’KG:

2. FORMAT TAR-RAPPORT TA’ ĦRUĠ (FI ŻMIEN TLIET SIGĦAT QABEL IL-ĦRUĠ)

DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TA’ MADAGASCAR

KODIĊI TAL-AZZJONI: ĦRUĠ

L-ISEM TAL-BASTIMENT:

KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU:

STAT TAL-BANDIERA:

TIP TA’ BASTIMENT:

NRU TAL-LIĊENZJA1:

POŻIZZJONI MAL-ĦRUĠ:

DATA U ĦIN (UTC) TAL-ĦRUĠ:

KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG:

- YFT (Tonna safra / Yellowfin tuna / Thunnus albacares) f’KG:

- SKJ (Palamit / Skipjack / Katsuwonus pelamis) f’KG:

- BET (Tonn għajnu kbira / Bigeye tuna / Thunnus obesus) f’KG:

- ALB (Alonga / Albacore tuna / Thunnus alalunga) f’KG:

- klieb il-baħar f’KG (l-ispeċijiet li jridu jiġu speċifikati):

- OĦRAJN (L-ISPEĊIJIET LI JRIDU JIĠU SPEĊIFIKATI) f’KG:

Il-komunikazzjonijiet kollha għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti fl-indirizz tal-posta elettronika li ġej:

csp-mprh@madagascar-scs-peche.mg 
Numru tat-telefon: +261 32 07 231 50

Centre de Surveillance des Pêches de Madagascar, B.P.60 114 Antananarivo

Kopja tintbagħat lil MARE-CATCHES@ec.europa.eu

Appendiċi 9 – Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LIL MADAGASCAR FORMAT TAD-DATA TAL-VMS – RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-data obbligatorju li għandu jiġi rrappurtat

Kodiċi

Tip ta’ kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

Data dwar is-sistema – tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

Data dwar il-messaġġ – id-destinatarju. Kodiċi ISO alfa-3 tal-pajjiż

Mingħand

FR

Data dwar il-messaġġ – l-ispeditur. Kodiċi ISO alfa-3 tal-pajjiż

Stat tal-bandiera

FS

Data dwar il-messaġġ – l-Istat tal-bandiera

Tip ta’ messaġġ

TM

Data dwar il-messaġġ – it-tip ta’ messaġġ [ENT, POS, EXI]

Sinjal tas-sejħa bir-radju

RC

Data dwar il-bastiment – is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment

Numru ta’ referenza intern tal-parti kontraenti

IR

Data dwar il-bastiment – in-numru uniku tal-parti kontraenti (kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit b’numru)

Numru ta’ reġistrazzjoni esterna

XR

Data dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment

Latitudni

LT

Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDMM (WGS84)

Lonġitudni

LG

Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDMM (WGS84)

Cap

CO

Id-direzzjoni li fiha jkun qiegħed jivvjaġġa l-bastiment fuq skala ta’ 360°

Veloċità

SP

Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Data

DA

Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

IT

Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

Data dwar is-sistema – tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni



Appendiċi 10 – Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar biex jaħdmu abbord bastimenti tas-sajd tal-UE

Biex jaħdmu fuq bastiment tas-sajd tal-UE, il-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar għandhom:

(a)ikunu fil-pussess ta’ dokument tal-identità maħruġ mill-awtorità ta’ Madagascar;

(b)ikollhom mill-inqas 18-il sena;

(c)ikollhom ġurnal ta’ abbord validu maħruġ minn Madagascar jew dokument ekwivalenti li juri l-ħiliet u l-esperjenza tagħhom għal mill-inqas waħda mill-pożizzjonijiet li għandhom jimtlew abbord il-bastiment;

(d)il-baħħara jridu jkunu kkwalifikati skont il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (il-Konvenzjoni STCW) u jkollhom ċertifikat li juri li huma segwew, fost l-oħrajn, it-taħriġ bażiku marbut mas-sikurezza li jkopri b’mod partikolari:

— it-tekniki ta’ sopravivenza personali u sigurtà personali,

— it-tifi tan-nar u l-prevenzjoni tan-nirien,

– l-ewwel għajnuna bażika, eċċ.

(e)il-baħħara jrid ikollhom ċertifikat mediku validu maħruġ minn tabib ikkwalifikat kif xieraq, li jikkonferma li huma jinsabu f’kundizzjoni medika tajba biex iwettqu dmirijiethom fuq il-baħar;



Appendiċi 11 – Dispożizzjonijiet minimi tal-kuntratt individwali tal-impjieg tal-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar

Il-kuntratt ta’ impjieg għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)il-kunjom u l-ismijiet tal-persuna impjegata, id-data tat-twelid jew l-età tagħha, u l-post tat-twelid;

(b)il-post u d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt;

(c)l-għażla tal-bastiment(i) tas-sajd u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment(i) tas-sajd li fuqu/fuqhom is-sajjied huwa impjegat li jaħdem;

(d)l-isem ta’ min iħaddem jew tas-sid tal-bastiment tas-sajd jew ta’ parti oħra għall-ftehim;

(e)il-vjaġġ(i) li għandu/għandhom isir(u), jekk dawn jistgħu jiġu ddeterminati fil-ħin tal-inkarigu; il-kundizzjonijiet għall-ispejjeż imġarrba minn min iħaddem;

(f)il-pożizzjoni li għaliha l-persuna impjegata għandha tiġi impjegata;

(g)jekk possibbli, id-data u l-post li fihom il-persuna impjegata se tkun meħtieġa li tidher abbord għall-bidu tas-servizz tagħha;

(h)l-ikel li għandu jiġi allokat lill-persuna impjegata, sakemm il-leġiżlazzjoni applikabbli ma tipprevedix sistema differenti;

(i)l-ammont tal-paga tal-persuna impjegata jew, jekk imħallsa bis-sehem, il-perċentwal tas-sehem tagħha u l-metodu tal-kalkolu ta’ dak is-sehem, jew, jekk tiġi applikata sistema ta’ remunerazzjoni mħallta, l-ammont tal-paga, il-perċentwal tas-sehem tagħha u l-metodu tal-kalkolu ta’ dak is-sehem, kif ukoll kwalunkwe paga minima miftiehma;

(j)id-data ta’ skadenza tal-ftehim u l-kundizzjonijiet relatati miegħu, jiġifieri:

–jekk il-kuntratt ikun ġie konkluż għal perjodu fiss, id-data stabbilita għall-iskadenza tiegħu;

–jekk il-kuntratt ikun ġie konkluż fil-vjaġġ, il-port tad-destinazzjoni miftiehem għat-tmiem tal-ftehim u indikazzjoni tal-perjodu li fih il-persuna impjegata tiġi rilaxxata wara l-wasla f’dik id-destinazzjoni;

–jekk il-kuntratt ikun ġie konkluż għal perjodu indefinit, il-kundizzjonijiet li taħthom kwalunkwe parti tista’ ttemm il-ftehim u l-perjodu ta’ notifika meħtieġ, li ma għandux ikun iqsar għal min iħaddem, is-sid tal-bastiment tas-sajd jew parti oħra għajr għall-persuna impjegata;

(k)protezzjoni fil-każ ta’ mard, korriment jew mewt tal-persuna impjegata marbuta mas-servizz tagħha;

(l)il-liv annwali mħallas jew il-formula użata għall-kalkolu tiegħu, fejn applikabbli;

(m)il-protezzjoni tas-saħħa u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali li għandhom jiġu pprovduti lill-persuna impjegata minn min iħaddem, mis-sid tal-bastiment tas-sajd jew minn parti oħra għall-ftehim dwar l-impjieg, skont il-każ;

(n)id-dritt tal-persuna impjegata għar-ripatrijazzjoni;

(o)ir-referenza għall-ftehim kollettiv, fejn applikabbli;

(p)perjodi minimi ta’ mistrieħ skont il-leġiżlazzjoni applikabbli jew miżuri oħra;

(q)kwalunkwe informazzjoni oħra li l-leġiżlazzjoni applikabbli tista’ teħtieġ.

ANNESS 3
PROĊEDURA BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA

Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi tal-Protokoll skont l-Artikolu 14(3) tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u skont l-Artikoli 11 u 12, il-paragrafu 4, tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni li ssir f’isem l-Unjoni:

(a)tkun konformi mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd;

(b)tkun kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u tkun tqis il-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali;

(c)tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika u bijoloġika u ta’ tip ieħor rilevanti mibgħuta lill-Kummissjoni.

(2)Qabel ma l-Kummissjoni tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissottomettihom lill-Kunsill fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt.

(3)Il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-emendi proposti jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fil-punt 1 ta’ dan l-Anness.

(4)Sakemm ma jkunx hemm numru ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li joġġezzjonaw għall-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tapprovahom f’isem l-Unjoni. Jekk ikun hemm tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni.

(5)Jekk, waqt laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil, anki dak il-ħin stess, il-kwistjoni għandha tintbagħat lura lill-Kunsill f’konformità mal-proċedura stipulata fil-punti 2 sa 4, biex jitqiesu fatturi ġodda fid-deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li tkun trid tieħu l-UE.

(6)Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fiż-żmien dovut, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet oħrajn li ma jirrigwardawx emendi tal-Protokoll skont l-Artikolu 14(3) tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u skont l-Artikoli 11 u 12, il-paragruaf 4, tal-Protokoll, il-pożizzjoni li l-Unjoni trid tieħu fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita skont it-Trattati u skont il-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.

(1)    Numru tal-liċenzja: għandha tiġi pprovduta jekk id-dikjarazzjoni tintbagħat bil-posta elettronika, u f’każijiet ta’ tranżitu.