IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.4.2023
COM(2023) 219 final
2023/0117(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2023-2027)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Fid-19 ta’ Diċembru 2007 ġie ffirmat Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u ġie applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2007. Għandu jiġġedded b’mod taċitu għal perjodi ta’ 6 snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu.
L-aħħar Protokoll ta’ Implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ Sħubija ġie ffirmat fit-23 ta’ Diċembru 2014 u ġie applikat mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2018, meta skada.
Abbażi tad-direttivi ta’ negozjati rilevanti, il-Kummissjoni wettqet negozjati ma’ Madagascar dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija ġdid dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) bejn l-Unjoni Ewropea u Madagascar, inkluż protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid għal dak il-ftehim. L-objettiv huwa li l-bastimenti tal-Unjoni jingħataw aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u li jistadu għat-tonn u għall-ispeċijiet assoċjati hemmhekk, skont mandat ta’ ġestjoni mogħti mill-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC). B’riżultat ta’ dawn in-negozjati, fit-28 ta’ Ottubru 2022 ġew inizjalati test ġdid tal-Ftehim u test ġdid tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni.
Il-Ftehim il-ġdid iħassar u jissostitwixxi l-Ftehim eżistenti. Għandu jkopri perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stabbilita fl-Artikolu 19 tiegħu, jiġifieri l-1 ta’ Lulju 2023, soġġett għall-iffirmar tiegħu mill-Partijiet, jew id-data ta’ dan l-iffirmar jekk isseħħ wara l-1 ta’ Lulju 2023.
Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta’ 4 snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stabbilita fl-Artikolu 19 tiegħu, skont l-istess dispożizzjonijiet tal-Ftehim.
Din il-proposta għandha l-għan li tawtorizza l-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
L-objettiv ewlieni tal-SFPA l-ġdid huwa li jipprovdi qafas aġġornat li jqis il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riformata u d-dimensjoni esterna tagħha. Dan jikkontribwixxi għall-kontinwazzjoni u t-tisħiħ tas-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u Madagascar. L-SFPA l-ġdid se jippermettilhom jaħdmu aktar mill-qrib flimkien biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli, f’konformità mal-objettiv tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, kif rikonoxxut mid-dritt tal-Unjoni, u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Madagascar. Se tappoġġa wkoll l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli tal-oċeani, fl-interess taż-żewġ partijiet. Din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ kondizzjonijiet tax-xogħol diċenti fis-settur tas-sajd.
Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ Madagascar, fejn xieraq fil-limiti tal-ammonti żejda disponibbli. Hija bbażata fuq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-IOTC, li hija l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd responsabbli għall-ġestjoni ta’ stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna, li d-deċiżjonijiet tagħha huma applikabbli bis-sħiħ, kif imsemmi fil-Ftehim (l-Artikolu 4.3). Il-miżuri ta’ ġestjoni adottati mill-IOTC huma inklużi wkoll fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Politika Komuni tas-Sajd applikabbli għaż-żona tal-IOTC, b’mod partikolari dawk tar-regolament annwali li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd.
Il-Kummissjoni sejset il-pożizzjoni tagħha, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-Protokoll preċedenti (2015–2018) u ta’ evalwazzjoni li tħares ’il quddiem dwar jekk għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. Dawn iż-żewġ valutazzjonijiet saru minn esperti esterni.
Il-Protokoll jipprevedi l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin għal ħut li jpassi ħafna:
–32 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni;
–13-il bastiment li jistadu bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 100 GT;
–20 bastiment li jistadu bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ gross ta’ 100 GT jew inqas,
–kif ukoll bastimenti ta’ appoġġ skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-IOTC.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
In-negozjar ta’ SFPA ġdid huwa parti mill-azzjoni esterna tal-UE lejn il-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u jqis, b’mod partikolari, l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.
L-Unjoni u Madagascar huma wkoll partijiet mill-Ftehim Interim iffirmat fid-29 ta’ Awwissu 2009 li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra. In-negozjati bil-ħsieb li jikkonkludu SFPA ġdid huma konformi mal-FSE, li jipprevedi kooperazzjoni bejn il-partijiet dwar l-iżvilupp tas-settur tas-sajd u l-kummerċ fil-prodotti tiegħu li jkopru s-sajd fil-baħar, is-sajd fl-ilmijiet interni u l-akkwakultura.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika hija l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-TFUE”), li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd, u l-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu li jittratta l-konklużjoni tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u l-possibbiltà li n-negozjatur jiġi awtorizzat japprova, f’isem l-Unjoni, emendi fil-ftehim li jkunu ġew adottati permezz ta’ proċedura ssimplifikata jew li jkun adotta korp stabbilit permezz tal-ftehim.
L-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li bl-eċċezzjoni tal-oqsma tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, il-Kummissjoni għandha tiżgura r-rappreżentanza esterna tal-UE. B’hekk il-Kummissjoni hija l-unika waħda kompetenti li tinnotifika lil Madagascar li l-proċess tar-ratifika tlesta.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija proporzjonata mal-objettiv li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jistabbilixxi l-Politika Komuni tas-Sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet kif ukoll mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Fl-2017, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll tal-2015–2018 għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ma’ Madagascar, kif ukoll evalwazzjoni ex ante ta’ Protokoll ġdid possibbli.
L-evalwazzjoni ex post tal-Protokoll tal-2015–2018 ikkonkludiet li dan jikkomplementa l-arranġamenti l-oħra ta’ aċċess stabbiliti fir-reġjun, li jippermettu lill-bastimenti tal-Unjoni jottimizzaw l-isfruttament tal-istokkijiet tal-ħut migratorju skont ir-regoli reġjonali stabbiliti mill-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan. Il-Protokoll tqies rilevanti għall-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati tal-UE peress li pprovda aċċess prevedibbli għal żona tas-sajd ta’ interess fejn l-ispeċijiet fil-mira huma abbundanti lill-operaturi tal-bastimenti tal-UE. L-aċċess għall-ilmijiet ta’ Madagascar joffri l-possibbiltà lill-flotta tal-Unjoni tal-bastimenti tas-sajd bil-konz ibbażata f’Réunion li testendi ż-żoni tas-sajd għall-ilmijiet ġirien ta’ dan ir-reġjun ultraperiferali. L-attivitajiet imwettqa mill-flotta tat-tonn tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ Madagascar u lil hinn fl-Oċean Indjan kellhom benefiċċji soċjoekonomiċi konsiderevoli għal Madagascar, li, permezz ta’ kapaċità tal-ipproċessar lokali, jikseb parti mill-valur miżjud, u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ġiet stabbilita f’livell li fil-biċċa l-kbira jikkorrispondi għall-opportunitajiet tas-sajd sfruttati.
Fir-rigward tal-appoġġ settorjali, l-evalwazzjoni sabet li l-implimentazzjoni tal-programm kienet sodisfaċenti b’rata ta’ żborż tajba fit-terminu medju u li programm futur ta’ appoġġ settorjali għandu jkollu bħala prijorità t-tisħiħ tal-kapaċità ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza, il-kapaċitajiet ta’ spezzjoni tas-saħħa biex tiġi ppreservata l-kapaċità tal-esportazzjoni, u l-appoġġ għat-taħriġ professjonali tal-baħħara. Programm futur ta’ appoġġ settorjali jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tas-settur nazzjonali tas-sajd permezz ta’ appoġġ għal sajjieda artiġjanali u għaż-żamma ta’ koordinazzjoni tajba mal-attivitajiet iffinanzjati minn donaturi oħra. L-evalwazzjoni rrakkomandat l-allokazzjoni ta’ parti mill-finanzjament disponibbli għar-reklutaġġ ta’ assistent tekniku estern biex jikkoordina u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ settorjali.
Huwa importanti għall-Unjoni li żżomm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali mill-qrib ma’ pajjiż li huwa sieħeb ewlieni, fornitur ta’ prodotti tas-sajd għall-Unjoni u parti kkonċernata fix-xena internazzjonali, u li għandu żoni tas-sajd ta’ interess għall-flotta tal-Unjoni.
•Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati
Fil-kuntest tal-evalwazzjoni msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri, lir-rappreżentanti tas-settur, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll lill-amministrazzjoni tas-sajd u lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili f’Madagascar. Saru wkoll konsultazzjonijiet mal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal. Dawn il-konsultazzjonijiet juru li huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea u ta’ Madagascar li jinżamm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali fil-fond, b’possibbiltajiet ta’ finanzjament pluriennali għal Madagascar. Għat-tagħmir navali tal-UE, huwa fl-interess tagħhom li jżommu l-aċċess għal żona tas-sajd konsiderevoli, permezz ta’ ftehim fis-settur tas-sajd. Mill-evalwazzjoni tal-2018, is-settur professjonali kkonferma fil-laqgħat tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal li l-interess tiegħu nżamm.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni talbet lil konsulent indipendenti iwettaq l-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Drittijiet fundamentali
Il-Ftehim innegozjat klawżola dwar il-konsegwenzi tal-ksur ta’ elementi essenzjali rigward id-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou jew fl-artikolu korrispondenti tal-ftehim suċċessur tiegħu.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tammonta għal EUR 1 800 000, abbażi ta’:
a) tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 14 000 tunnellata, li għalih ġie stabbilit ammont annwali ta’ EUR 700 000 marbut mal-aċċess;
b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Madagascar, li jammonta għal EUR 1 100 000 fis-sena.
Dan l-appoġġ jilħaq l-objettivi tal-kooperazzjoni fl-oqsma tal-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, l-akkwakultura, l-iżvilupp sostenibbli tal-oċeani, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-ekonomija blu.
L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament huwa stabbilit fil-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma stabbiliti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
2023/0117 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2023-2027)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (…)
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill [XXX] ta’ [...], il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar (“il-Ftehim ta’ Sħubija”) u Protokoll ta’ Implimentazzjoni (“il-Protokoll”) ġew iffirmati fi [....], soġġett għall-konklużjoni tagħhom f’data aktar tard.
(2)Il-Ftehim ta’ Sħubija jħassar il-Ftehim preċedenti ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar, li ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007 u għal perjodu ta’ 6 snin li jiġġedded b’mod taċitu mid-dħul fis-seħħ tiegħu.
(3)Il-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tiegħu għandhom l-għan li jippermettu lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u li jippermettu lill-Unjoni u lil Madagascar jaħdmu flimkien mill-qrib biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u fl-Oċean Indjan. Din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti fis-settur tas-sajd.
(4)Jenħtieġ li l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll jiġu approvati f’isem l-Unjoni Ewropea.
(5)Sabiex il-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll jidħlu fis-seħħ, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala r-rappreżentant tal-Unjoni, tipproċedi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tinnotifika lil Madagascar dwar il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll.
(6)L-Artikolu 14 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll. Dan il-kumitat għandu s-setgħa li japprova ċerti emendi għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali.
(7)Jenħtieġ li jkun il-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni meta jiġu proposti l-emendi għall-Protokoll. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati sakemm minoranza ta’ Stati Membri li timblokka ma toġġezzjonax għalihom f'konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(8)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta opinjoni fi [jekk jogħġbok daħħal id-data],
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar (il-“Ftehim ta’ Sħubija”) u l-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar (2023-2027) (il-“Protokoll”) huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni.
It-testi tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Annessi 1 u 2.
Artikolu 2
F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha twassal in-notifika prevista fl-Artikolu 17 tal-Ftehim ta’ Sħubija u fl-Artikolu 18 tal-Protokoll, biex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim u bil-Protokoll.
Artikolu 3
Skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 3 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li jadotta l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Sħubija.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jiżdied mal-valur li mingħajru kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball (waqt il-pagament u waqt l-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2023-2027).
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
08 – Agrikoltura u politika marittima
08.05 – Ftehimiet u sħubijiet dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) u Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs)
08.05.01 – L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:
X azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
In-negozjar u l-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) ma’ pajjiżi terzi jissodisfaw l-għan ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għaż-żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tinbena sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-UE.
L-SFPAs jiżguraw ukoll il-konsistenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jsiru f’politiki Ewropej oħrajn [l-użu sostenibbli tar-riżorsi ta’ pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, kif ukoll governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd].
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru 1
Il-kontribuzzjoni għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet barra mill-UE, iż-żamma tal-preżenza Ewropea fil-flotot ta’ distanzi twal u l-protezzjoni tal-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi Ewropej, permezz tan-negozjar u l-konklużjoni ta’ SPFAs ma’ Stati kostali, f’koerenza mal-politiki l-oħra tal-UE.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija
Speċifikazzjoni tal-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Il-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu tippermetti li titkompla u tissaħħaħ is-sħubija strateġika fil-qasam tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u Madagascar. Il-konklużjoni tal-Protokoll se toħloq opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.
Il-Ftehim u l-Protokoll se jikkontribwixxu wkoll għall-ġestjoni u l-konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz tal-appoġġ finanzjarju (l-appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikolari l-pjan komprensiv għall-qasam tas-sajd, permezz tal-monitoraġġ tas-sajd illegali u l-ġlieda kontrieha u permezz tal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.
Fl-aħħar nett, il-Ftehim u l-Protokoll se jikkontribwixxu għall-isfruttament sostenibbli minn Madagascar tar-riżorsi tal-baħar tiegħu, kif ukoll għall-ekonomija tas-sajd ta’ Madagascar, billi jippromwovu t-tkabbir marbut mal-attivitajiet ekonomiċi relatati mas-sajd u l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifikazzjoni tal-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-adozzjoni annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwal tad-disponibbiltà fil-qafas tal-Protokoll).
Id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.
Il-kontribuzzjoni għax-xogħol u għal kundizzjonijiet ta’ xogħol deċenti fis-sajd, kif ukoll għall-valur miżjud fl-UE u għall-istabbiliment tas-suq tal-UE (b’mod aggregat mal-SFPAs oħra).
Il-kontribuzzjoni għat-titjib tar-riċerka, tas-sorveljanza u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd mill-pajjiż sieħeb u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, partikolarment fis-settur tas-sajd fuq skala żgħira.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Huwa previst li l-Ftehim il-ġdid u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni l-ġdid se japplikaw fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tagħhom sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ interruzzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd minħabba l-iskadenza tal-Protokoll fil-qafas tal-Ftehim attwali.
Il-Ftehim u l-Protokoll il-ġodda se jipprovdu qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-UE fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u se jippermettu lis-sidien tal-bastimenti tal-UE japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd li jippermettulhom jistadu f’din iż-żona tas-sajd. Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll il-ġodda se jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u Madagascar bl-għan li jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tagħha. B’mod partikolari, dan jipprevedi l-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-qabdiet. L-appoġġ settorjali disponibbli skont il-Protokoll se jgħin lil Madagascar fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd tiegħu, inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU, filwaqt li jippromwovi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti matul l-attivitajiet tas-sajd.
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jiżdied mal-valur li mingħajru kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Jekk l-Unjoni ma tikkonkludix Ftehim u Protokoll ġodda, il-bastimenti tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim attwali fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fil-qafas iddefinit minn Protokoll tal-Ftehim. Għalhekk, il-valur miżjud għall-flotta ta’ distanzi twal tal-UE huwa ċar ferm. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u Madagascar.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili
L-analiżi tal-qabdiet storiċi fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u tal-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli wasslu biex il-partijiet jistabbilixxu t-tunnellaġġ ta’ referenza għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbhu lit-tonn għal 14 000 tunnellata fis-sena, b’opportunitajiet tas-sajd għal 32 bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għal 33 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ. L-appoġġ settorjali ġie stabbilit f’livell għoli sabiex jitqiesu l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd u, b’mod partikolari, tal-pjan komprensiv tas-sajd.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-fondi allokati bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess għall-SFPA jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali ta’ Madagascar. Min-naħa l-oħra, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali huma allokati (ġeneralment permezz tal-inklużjoni fil-liġi finanzjarja annwali) lill-Ministeru responsabbli għas-sajd, li hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-SFPAs. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament minn donaturi internazzjonali oħra għall-implimentazzjoni ta’ proġetti u/jew programmi li għandhom jiġu implimentati fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
X durata limitata
–X
Fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2027 (soġġett għall-iffirmar qabel l-1 ta’ Lulju 2023)
–X
Impatt finanzjarju mill-2023 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2023 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
◻ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lil pajjiżi terzi jew korpi maħtura minnhom;
–◻ lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lil korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, sakemm jingħataw garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lil entitajiet irregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jingħataw b’garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli.
Il-Kummissjoni (DĠ MARE, f’kollaborazzjoni mal-uffiċjal tas-sajd tagħha responsabbli għar-reġjun — Port Louis, Mauritius, u f’koordinazzjoni mad-Delegazzjoni tal-UE f’Madagascar u mad-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni), se timmonitorja regolarment l-implimentazzjoni tal-Protokoll fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi, id-data dwar il-qabdiet u l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-appoġġ settorjali.
Barra minn hekk, l-SFPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt li fiha l-Kummissjoni u Madagascar jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, jagħmlu aġġustamenti għall-ipprogrammar u, fejn xieraq, għall-kontribuzzjoni finanzjarja
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-pagamenti għandhom isiru b’mod diżakkoppjat għall-kontribuzzjoni marbuta mal-aċċess u għall-kontribuzzjoni marbuta mal-appoġġ settorjali.
Il-pagamenti għall-aċċess se jsiru kull sena fid-data tal-anniversarju tal-Protokoll, ħlief fl-ewwel sena, meta l-pagament isir fi żmien tliet xhur minn meta l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju. L-aċċess tal-bastimenti se jiġi kkontrollat permezz tal-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.
L-ewwel pagament tal-appoġġ se jsir fi żmien tliet xhur minn meta l-Protokoll jibda japplika fuq bażi provviżorja, dejjem jekk jintlaħaq ftehim dwar il-programm ta’ implimentazzjoni annwali u pluriennali; għas-snin li ġejjin, il-pagament se jkun kundizzjonali għar-riżultati miksuba. Ir-riżultati miksuba u r-rata ta’ implimentazzjoni se jiġu mmonitorjati skont il-Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali għall-politika tas-sajd ta’ Madagascar li se jkunu miftiehma mill-Partijiet, abbażi tar-rapporti jew tal-prova dokumentarja pprovduta mill-pajjiż sieħeb u tal-kontrolli tekniċi mwettqa mill-uffiċjal tas-sajd.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-UE u n-nuqqas ta’ użu jew id-dewmien fl-użu tal-fondi maħsuba għall-finanzjament tal-politika tas-sajd settorjali minn Madagascar. Huwa ppjanat djalogu estensiv dwar il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali stabbilita mill-Ftehim u mill-Protokoll. Analiżi konġunti tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 8 tal-Protokoll jifformaw parti wkoll minn dawn il-metodi ta’ kontroll. Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll jipprevedu klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tagħhom, fil-qafas ta’ ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkostanzi.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball (waqt il-pagament u waqt l-għeluq)
Il-pagamenti relatati mal-kostijiet tal-aċċess fil-qafas tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) huma soġġetti għall-kontrolli mmirati li jiżguraw il-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali. Il-kontrolli relatati mal-appoġġ settorjali huma mmirati li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. Il-monitoraġġ jitwettaq mill-persunal tal-Kummissjoni fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-progress jiġi evalwat permezz ta’ matriċi tal-ipprogrammar pluriennali. F’każ li ma jkunx sar biżżejjed progress, il-pagament parzjali li jkun imiss jiġi sospiż, jew possibbilment jitnaqqas. Il-kost kumplessiv tal-kontrolli fuq l-SFPAs kollha huwa stmat li huwa ta’ madwar 1,8 % (tal-kontribuzzjonijiet kollha fl-2018). Il-proċeduri għall-kontrolli fuq l-SFPAs huma bbażati fil-biċċa l-kbira fuq ir-rekwiżiti regolatorji essenzjali. Jekk ma jinstab l-ebda nuqqas li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-legalità u fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli jitqiesu li jkunu effettivi. Huwa stmat li r-rata medja tal-iżbalji hija ta’ 0,0 %.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-Kummissjoni timpenja ruħha biex tistabbilixxi djalogu politiku u konsultazzjoni regolari ma’ Madagascar sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kwalunkwe pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-qafas tal-SFPA huwa soġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-kontijiet tal-bank tal-pajjiżi terzi li fihom titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja huma identifikati bis-sħiħ. L-Artikolu 3(7) tal-Protokoll jipprevedi li l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku, u dik għall-iżvilupp tas-settur f’kont uffiċjali taħt is-superviżjoni tal-Ministeru responsabbli għas-sajd.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-pajjiżi terzi
|
08.05.01
|
Diff.
|
LE
|
/LE
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
[XX.SS.SS.SS]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru 2
|
Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali
|
|
DĠ MARE
|
|
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja08.05.01
|
Impenji
|
(1a)
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ MARE
|
Impenji
|
=1a+1b +3
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b
+3
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+6
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 6
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+6
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
1,8
|
7,2
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabelxejn, trid tiġi introdotta fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
DĠ: <…….>
|
|
• Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL TAD-DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
TOTAL
|
|
|
Outputs
|
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Aċċess
|
|
|
|
0,7
|
|
0,7
|
|
0,7
|
|
0,7
|
|
2,8
|
|
- Appoġġ settorjali
|
|
|
|
1,1
|
|
1,1
|
|
1,1
|
|
1,1
|
|
4,4
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
1,8
|
|
1,8
|
|
1,8
|
|
1,8
|
|
7,2
|
|
TOTALI
|
|
1,8
|
|
1,8
|
|
1,8
|
|
1,8
|
|
7,2
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full time
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 01 02 03 (fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (li jridu jiġu speċifikati)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full time: FTE)
|
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 xx yy zz
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT — Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT — Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (li jridu jiġu speċifikati)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
Spjega r-riprogrammazzjoni meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Jekk jogħġbok ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni fuq skala kbira.
–◻
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.
–◻
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq dħul ieħor
indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).