|
16.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 275/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1004/2008
tal-15 ta’ Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 725/2003 (2) tad-29 ta’ Settembru 2003, ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2002. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Ottubru 2008, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) adotta l-Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, minn hawn ‘il quddiem “emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7”. L-emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7 jippermettu li ċerti strumenti finanzjarji jiġu riklassifikati barra mill-kategorija ‘miżmuma għan-negozju’ f’ċirkostanzi rari. Il-kriżi finanzjarja kurrenti titqies li hija ċirkostanza rari ta’ dan it-tip, li tiġġustifika l-użu ta’ din il-possibbiltà min-naħa tal-kumpaniji. |
|
(3) |
F’konformità mal-emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7, il-kumpaniji għandhom jitħallew jirriklassifikaw ċerti strumenti finanzjarji mill-1 ta’ Lulju 2008. |
|
(4) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar l-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralita’ tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) (3), il-Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi kkonsidra l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u ta l-parir tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea li din l-opinjoni hija bbilanċjata sewwa u oġġettiva. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-kuntest tat-taqlib finanzjarju kurrenti u l-fatt li ċerti strumenti finanzjarji ma għadhomx fil-kummerċ, jew li swieq relatati saru inattivi jew inkella ma jiffunzjonawx sewwa, jeħtieġ li jingħataw effett immedjat l-emendi li jippermettu r-riklassifikazzjoni ta’ ċerti strumenti finanzjarji, u għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b’urġenza. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1725/2003, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità IAS 39, Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, huma emendati kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
|
IAS 39 |
Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl |
|
IFRS 7 |
IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet eżistenti kollha huma rriservati lil hinn miż-ŻEE, għajr għad-dritt tar-riproduzzjoni għall-finijiet ta’ użu persunali jew użu ġust ieħor. Aktar tagħrif jinkiseb mill-IASB fl-indirizz www.iasb.org
Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar)
Emendi għall-IAS 39
KEJL
Riklassifikazzjoni
|
50 |
Entità:
Entità ma għandhiex tirriklassifika strument finanzjarju fil-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf wara r-rikonoxximent inizjali. |
|
50B |
Assi finanzjarju li għalih japplika l-paragrafu 50(c) (ħlief assi finanzjarju tat-tip deskritt fil-paragrafu 50D) jista' jiġi riklassifikat barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf f'ċirkostanzi rari biss. |
|
50C |
Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 50B, l-assi finanzjarju għandu jiġi riklassifikat fil-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni. Any gain or loss already recognised in profit or loss shall not be reversed. The fair value of the financial asset on the date of reclassification becomes its new cost or amortised cost, as applicable. |
|
50D |
Assi finanzjarju li għalih japplika l-paragrafu 50(c) li jissodisfa d-definizzjoni ta' self u dovuti (jekk l-assi finanzjarju ma jkunx jeħtieġ li jiġi kklassifikat kif miżmum għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rikonoxximent inizjali) jista' jiġi riklassifikat barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profit jew telf jekk l-entità jkollha l-intenzjoni u l-abbiltà li żżomm l-assi finanzjarju għall-ġejjieni prevedibbli jew sakemm jimmatura. |
|
50E |
Assi finanzjarju kklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ li jissodisfa d-definizzjoni ta' self u dovuti (jekk l-assi finanzjarju ma jkunx ġie identifikat bħala disponibbli għal bejgħ) jista' jiġi riklassifikat barra mill-kategorija ‘lesti għall-bejgħ’ għall-kategorija tas-self u d-dovuti jekk l-entità jkollha l-intenzjoni u l-abbiltà li żżomm l-assi finanzjarju għall-ġejjieni prevedibbli jew sakemm jimmatura. |
|
50F |
Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 50D jew barra mill-kategorija ‘lesti għall-bejgħ’ skont il-paragrafu 50E, hi għandha tirriklassifika l-assi finanzjarju fil-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni. Għal assi finanzjarju riklassifikat skont il-paragrafu 50D, kwalunkwe qligħ jew telf diġà rrikonoxxut fil-profitt jew telf għandhom jitreġġgħu lura. Il-valur ġust tal-assi finanzjarju fid-data tar-riklassifikazzjoni ikun il-kost il-ġdid jew il-kost ammortizzat tiegħu, skont kif applikabbli. Għal assi finanzjarju riklassifikat fil-kategorija ‘lesti għall-bejgħ’ skont il-paragrafu 50E, kwalunkwe qligħ jew telf preċedenti fuq dak l-assi li kien ġie rrikonoxxut f'introjtu ieħor komplessiv skont il-paragrafu 55(b) għandu jiddaħħal fil-kotba skont il-paragrafu 54. |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
|
103G |
Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġa f'Ottubru 2008, jemenda l-paragrafi 50 u AG8, u jżid il-paragrafi 50B-50F. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Lulju 2008. Entità ma għandhiex tirriklassifika assi finanzjarju skont il-paragrafu 50B, 50D jew 50E qabel l-1 ta’ Lulju 2008. Kwalunkwe riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarju mwettqa matul il-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Novembru 2008 jew wara għandhom jidħlu fis-seħħ biss mill-jum meta ssir ir-riklassifikazzjoni. Kwalunkwe riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarju skont il-paragrafi 50B, 50D jew 50E ma għandhiex tiġi applikata b'lura għal perjodi mitmuma qabel d-data effettiva stipulata f'dan il-paragrafu. |
Rata effettiva tal-imgħax
|
AG8 |
Jekk entità tirrevedi l-estimi tagħha tal-ħlasijiet u l-irċevuti, l-entità għandha taġġusta l-ammont li jiżamm fil-kotba mill-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja (jew grupp ta' strumenti finanzjarji) biex jirrifletti l-flussi tal-flus stmati attwali jew riveduti. L-entità tirrikalkola l-ammont li jinżamm fil-kotba billi taħdem il-valur ġust tal-istima tal-flussi futuri tal-flus skont ir-rata tal-imgħax oriġinali effettiva tal-istrument finanzjarju. L-aġġustament ikun rrikonoxxut bħala introjtu nefqa fil-profitti jew telf. Jekk assi finanzjarju jkun riklassifikat skont il-paragrafu 50B, 50D, jew 50E, u sussegwentement l-entità żżid l-estimi tagħha tal-irċevuti tal-flussi tal-flus bħala riżultat ta' rkuprabbiltà akbar ta' dawk l-irċevuti ta' flus, l-effett ta' dik iż-żieda għandha tiġi rrikonoxxuta bħala aġġustament għar-rata tal-imgħax effettiva mid-data tal-bidla fl-estimi aktar minn aġġustament għall-ammont li jinżamm fil-kotba mill-assi fid-data tal-bidla fl-estimi. |
Emendi għall-IFRS 7
IS-SINIFIKAT TAL-ISTRUMENTI FINANZJARJI GĦALL-POŻIZZJONI U L-PRESTAZZJONI FINANZJARJA
Stqarrija dwar il-pożizzjoni finanzjarja
Riklassifikazzjoni
|
12 |
Jekk l-entità rriklassifikat assi finanzjarju (skont il-paragrafi 5154 tal-IAS 39) bħala wieħed imkejjel:
hi għandha tiżvela l-ammont tar-riklassifikazzjoni f'kull kategorija u 'l barra minnha u r-raġuni għal dik ir-riklassifikazzjoni. |
|
12A |
Jekk l-entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 50B jew 50D tal-IAS 39 jew barra mill-kategorija ‘lesti għall-bejgħ’ skont il-paragrafu 50E tal-IAS 39, hi għandha tiżvela:
|
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
|
44E |
Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġa f'Ottubru 2008, jemenda l-paragrafu 12 u jżid il-paragrafu 12A. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Lulju 2008. |