<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-388/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0388</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:237">EU:T:2019:237</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190410">10.4.2019</DATE> – Kawża T‑388/11</HT></P><P><HT TYPE="SC">Deutsche Post vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20190410">10 ta’ April 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Qasam postali</KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament tal-ispejjeż addizzjonali ta’ salarji u tal-ispejjeż ta’ natura soċjali li jirrigwardaw parti mill-persunal ta’ Deutsche Post permezz ta’ sussidji u ta’ allokazzjoni ta’ dħul mir-remunerazzjoni tas-servizzi b’tariffi rregolati</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiġi estiża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna ġdida wara l-fażi ta’ investigazzjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Att li jista’ jiġi kkontestat</KEYWORD><KEYWORD>Interess ġuridiku</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi tal-annullament tad-deċiżjoni finali</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑388/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Deutsche Post AG</HT>, stabbilita f’Bonn (il-Ġermanja), irrappreżentata minn J. Sedemund, T. Lübbig u M. Klasse, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn D. Grespan, T. Maxian Rusche u R. Sauer, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnuta minn</P><P><HT TYPE="BOLD">UPS Europe SPRL/BVBA</HT>, li kienet UPS Europe NV/SA, stabbilita fi Brussell (il-Belġju),</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">United Parcel Service Deutschland Sàrl &amp; Co. OHG</HT>, li kienet UPS Deutschland Inc. &amp; Co. OHG, stabbilita f’Neuss (il-Ġermanja),</P><P>inizjalment irrappreżentati minn T. Ottervanger u E. Henny, sussegwentement minn Ottervanger u fl-aħħar minn R. Wojtek, avukati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 3081 final tal‑<DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE>, li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, f’dak li jirrigwarda l-Għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Deutsche Post, li sommarju tagħha ġie ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 263, p. 4</REF.DOC.OJ>),</P><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla Estiża),</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, V. Valančius, P. Nihoul, J. Svenningsen u U. Öberg (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: N. Schall, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proċedura ta’ investigazzjoni bejn l‑1999 u l‑2002</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fl‑1950, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kellha istituzzjoni postali waħda, Deutsche Bundespost. Fl‑1989, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja waqqfet, sabiex tissostitwixxi lil Deutsche Bundespost, tliet entitajiet separati. Dawn kienu Postdienst (attività postali), Postbank (attività bankarja) u Telekom (attività ta’ telekomunikazzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont il-Gesetz zur Umwandlung der Unternehmen der Deutschen Bundespost in die Rechtsform der Aktiengesellschaft (il-Liġi dwar ir-Riforma tal-Posta Federali Ġermaniża f’Kumpannija b’Responsabbiltà Limitata), tal‑<DATE ISO="19940914">14 ta’ Settembru 1994</DATE> (BGBl. 1994 I, p. 2325), Postdienst saret Deutsche Post AG, rikorrenti fil-kawża odjerna, u Postbank u Telekom kellhom ukoll il-forma legali ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata, sa mill‑<DATE ISO="19950101">1 ta’ Jannar 1995</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="19990817">17 ta’ Awwissu 1999</DATE>, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, wara li ġiet adita b’ilment ippreżentat minn UPS Europe NV/SA, li saret UPS Europe SPRL/BVBA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>UPS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), intervenjenti fil-kawża odjerna, iddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-konfront tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar għajnuna mogħtija f’diversi okkażjonijiet lil Postdienst, sussegwentement lir-rikorrenti (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑1999<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Fost l-għajnuna inkwistjoni kien hemm is-sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lir-rikorrenti sabiex ikopru l-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-persuni impjegati bl-istatus ta’ uffiċjal (iktar ’il quddiem is-sussidji relatati mal-irtirar”).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 2002/753/KE tad‑<DATE ISO="20020619">19 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar miżuri meħuda mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="247" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, L 247, p. 27</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Deċiżjoni finali tal‑2002<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa fl‑1999. Wara li kkonkludiet li l-kumpens mill-Istat mogħti għall-ispejjeż addizzjonali nett riżultat ta’ politika ta’ tnaqqis fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi postali bieb bieb miftuħa għall-kompetizzjoni kien jikkostitwixxi vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, il-Kummissjoni iddikjarat, fl-Artikolu 1 tad-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni, l-inkompatibbiltà mas-suq komuni ta’ din l-għajnuna pubblika fl-ammont ta’ EUR 572 miljun mogħtija lir-rikorrenti u imponiet fuq ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fl-Artikolu 2 ta’ dan l-istess dispożittiv, l-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna. Mill-perspettiva tal-Kummissjoni, l-għajnuna inkwistjoni ingħatat f’diversi forom, jiġifieri, b’mod partikolari, fil-forma ta’ trasferimenti finanzjarji mwettqa permezz ta’ Telekom favur ir-rikorrenti, ta’ garanziji pubbliċi li hija kienet ibbenefikat minnhom, u ta’ sussidji relatati mal-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20020904">4 ta’ Settembru 2002</DATE>, ir-rikorrenti adixxiet lill-Qorti Ġenerali b’rikors, irreġistrat taħt in-numru tal-kawża T‑266/02, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni finali tal‑2002.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑266/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:235">EU:T:2008:235</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni finali tal‑2002, għar-raġuni li l-Kummissjoni ma kinitx uriet l-eżistenza ta’ vantaġġ għar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Deutsche Post</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑399/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:481">EU:C:2010:481</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell ippreżentat kontra dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal‑2007</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, wara li ġie ppreżentat ilment ieħor minn UPS, li jallega li mhux il-miżuri kollha elenkati fl-ewwel ilment kienu ġew eżaminati u li kienet ingħatat għajnuna illegali wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni finali tal‑2002, u wara li ġie ppreżentat ilment ieħor minn kompetitur tar-rikorrenti, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE f’dak li jirrigwarda l-għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07) mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Deutsche Post (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="245" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 245, p. 21</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). F’din id-deċiżjoni l-ġdida, il-Kummissjoni invokat il-ħtieġa li titwettaq investigazzjoni globali fuq id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn fondi pubbliċi mogħtija lir-rikorrenti. Hija indikat li l-proċedura mibdija bid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑1999 se tiġi kkompletata sabiex tiġi integrata l-informazzjoni kkomunikata riċentement u tiġi adottata pożizzjoni definittiva fuq il-kompatibbiltà tal-għoti ta’ dawn il-fondi pubbliċi mat-Trattat KE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20071122">22 ta’ Novembru 2007</DATE> u rreġistrat taħt in-numru tal-kawża T‑421/07, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali tannulla d-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑421/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:720">EU:T:2011:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 75 tas-sentenza, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>fil-mument tal-adozzjoni [tad-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007], il-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa fl‑1999 fir-rigward tal-miżuri kontenzjużi ma kinitx ingħalqet permezz tad-deċiżjoni [finali] tal‑2002 ħlief fir-rigward tal-EUR 572 miljuni msemmija fid-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni tal-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. Il-Qorti Ġenerali ddeduċiet minn dan, fil-punt 78 ta’ din is-sentenza, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>fil-mument tal-adozzjoni [tagħha], [id-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007] la [kienet biddlet] il-portata legali tal-miżuri kontenzjużi u lanqas is-sitwazzjoni legali tar-rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, sabiex ikkonkludiet, fil-punt 80 tas-sentenza, li r-rikors kellu jiġi ddikjarat inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fuq appell, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑77/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:695">EU:C:2013:695</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, billi ddikjarat, fl-Artikolu 1 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni finali tal‑2002, l-inkompatibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna u billi imponiet fuq ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fl-Artikolu 2 ta’ dan l-istess dispożittiv, l-irkupru tal-għajnuna, il-Kummissjoni kienet kompletament għalqet il-proċedura miftuħa bid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑1999. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet minn dan li l-Qorti Ġenerali kienet wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa fl‑1999 ma kinitx ġiet magħluqa bid-Deċiżjoni finali tal‑2002 lil hinn mill-EUR 572 miljun imsemmija fid-dispożittiv ta’ din tal-aħħar. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑421/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:720">EU:T:2011:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u bagħtet il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑421/07 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:654">EU:T:2015:654</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 44 tas-sentenza, li d-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007 kellha titqies, fir-rigward tal-miżuri kollha li hija kienet tkopri, bħala deċiżjoni ta’ ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali kompletament magħluqa. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li din id-deċiżjoni kienet ittieħdet bi ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat‑<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn il-Kummissjoni kienet<?PAGE NO="4"?> fetħet mill-ġdid il-proċedura ta’ investigazzjoni formali kompletament magħluqa bid-Deċiżjoni finali tal‑2002, sabiex tieħu, mingħajr ma tiġi rrevokata jew rtirata, deċiżjoni finali ġdida. Peress li din is-sentenza ma ġietx appellata, hija akkwistat l-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-deċiżjoni li tiġi estiża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal‑2011 u d-Deċiżjoni finali tal‑2012</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE>, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bid-Deċiżjoni C(2011) 3081 final li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Deutsche Post, li sommarju tagħha ġie ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 263, p. 4</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija bħala kumpens għall-obbligi tagħha ta’ servizz universali ġiet estiża għas-sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lir-rikorrenti sabiex ikopru l-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-persuni impjegati bl-istatus ta’ uffiċjal. Din id-deċiżjoni l-ġdida kienet intiża li twessa’ l-proċedura ta’ investigazzjoni formali li kienet ġiet miftuħa mill-ġdid fl‑2007 sabiex tiġi analizzata, b’mod iktar speċifiku, is-sistema tal-irtirar li, preċedentement, kienet ġiet indirizzata b’mod superfiċjali biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 2012/636/UE tal‑<DATE ISO="20120125">25 ta’ Jannar 2012</DATE>, dwar il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implimentata mill-Ġermanja favur Deutsche Post AG (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="289" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 289, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>deċiżjoni finali tal‑2012<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari li l-finanzjament pubbliku tal-pensjonijiet kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali, inkompatibbli mas-suq intern. Min-naħa l-oħra, hija qieset li ċerti trasferimenti pubbliċi lir-rikorrenti kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern u li l-garanziji pubbliċi dwar id-djun ikkuntrattati minn Deutsche Bundespost qabel ir-riforma tagħha fi tliet kumpanniji b’responsabbiltà limitata kellhom jiġu analizzati bħala għajnuna eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20120330">30 ta’ Marzu 2012</DATE> u rreġistrat taħt in-numru tal-kawża T‑143/12, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentat rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni finali tal‑2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20120404">4 ta’ April 2012</DATE> u rreġistrat taħt in-numru tal-kawża T‑152/12, ir-rikorrenti ppreżentat ukoll rikors intiż għall-annullament tal-Artikoli 1, 2 u 4 sa 6 tad-deċiżjoni finali tal‑2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikoli 1 u 4 sa 6 tad-deċiżjoni finali tal‑2012 għar-raġuni li l-Kummissjoni ma kinitx uriet l-eżistenza ta’ vantaġġ għar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma ġietx appellata qabel l-iskadenza tat-terminu applikabbli. Għaldaqstant din saret definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170317">17 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑152/12</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:188">EU:T:2017:188</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fil-kawża T‑152/12, peress li dan kellu l-istess suġġett bħar-rikors fil-kawża T‑143/12, li kien ta lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sentenza ta’ annullament parzjali li saret definittiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20110722">22 ta’ Lulju 2011</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, skont l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat‑<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<DATE ISO="20130723">23 ta’ Lulju 2013</DATE>, wara li nstemgħu l-partijiet, il-proċedura f’din il-kawża ġiet sospiża sad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li temmet l-istanza fil-kawża C‑77/12 P, li kellha bħala suġġett is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑421/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:720">EU:T:2011:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li seħħet fl‑<DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<DATE ISO="20140512">12 ta’ Mejju 2014</DATE>, ġie aċċettat l-intervent ta’ UPS u UPS Deutschland Inc. &amp; Co. OHG, li saret United Parcel Service Deutschland Sàrl &amp; Co. OHG, insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20140915">15 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-proċedura f’din il-kawża ġiet sospiża għal darba oħra fl-istennija tad-deċiżjoni li ttemm l-istanza fil-kawża T‑421/07 RENV, li seħħet fit‑<DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE> u wasslet għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara t-tkomplija tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali, permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20151120">20 ta’ Novembru 2015</DATE>, iddeċidiet li tgħaqqad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mal-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160107">7 ta’ Jannar 2016</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat ir-replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160314">14 ta’ Marzu 2016</DATE>, l-intervenjenti ppreżentaw nota ta’ intervent komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160420">20 ta’ April 2016</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tar-Reġistru tal‑<DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, stiednet lill-partijiet jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-konsegwenzi li għandhom jiġu misluta mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar eventwali nuqqas ta’ lok li tingħata deċiżjoni, konformement mal-Artikolu 131(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda t-tkomplija tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-parti tad-deċiżjoni finali tal‑2012 li ġiet annullata kif ukoll dwar iż-żamma tal-interess ġuridiku tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-partijiet ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fit-termini stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Ewwel Awla, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura, li tibgħat il-kawża lura quddiem kulleġġ ġudikanti ikbar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tar-Reġistru tat‑<DATE ISO="20171218">18 ta’ Diċembru 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, għamlet xi mistoqsijiet lill-partijiet sabiex dawn iwiġbuhom bil-miktub fid-dawl tas-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-partijiet wieġbu l-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiddikjara li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors, minħabba li r-rikorrenti tilfet l-interess ġuridiku tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>b’mod iktar sussidjarju, tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, il-Kummissjoni targumenta li d-deċiżjoni kkontestata kienet intiża biss li tissalvagwardja d-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ għajnuna u l-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mas-suq intern, mingħajr ma tipproduċi effetti ġuridiċi awtonomi, u għalhekk inkwistjoni ma hemmx att li jista’ jiġi kkontestat. Għal din l-istess raġuni, ir-rikorrenti, fi kwalunkwe każ, ma għandha ebda interess li tikseb l-annullament tagħha. Il-Kummissjoni topponi wkoll deċiżjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni wara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta l-argumenti tal-Kummissjoni u targumenta li hija se jkompli jkollha interess ġuridiku sakemm il-Kummissjoni tirtira d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-intervenjenti jappoġġjaw it-talbiet tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tar-rikors u jopponu wkoll għal deċiżjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni wara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Skont huma, wara l-annullament tad-deċiżjoni finali tal‑2012 mill-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti żżomm interess għal jekk il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni finali ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni teċċepixxi, essenzjalment, l-inammissibbiltà ta’ dan ir-rikors għall-istess raġunijiet bħal dawk li hija kienet diġà qajmet fil-kuntest tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007. Minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà ċaħdet dawn l-argumenti fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑77/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:695">EU:C:2013:695</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Kummissjoni kkonfermat, matul is-seduta, li hija xtaqet iżżomm l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita sew jirriżulta li jikkostitwixxu atti jew deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE l-miżuri li jipproduċu effetti ġuridiċi vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti, billi jbiddlu, b’mod kunsiderevoli,<?PAGE NO="7"?> is-sitwazzjoni legali tagħha (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post u Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/10 P u C‑475/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:656">EU:C:2011:656</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑77/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:695">EU:C:2013:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-effetti ġuridiċi vinkolanti ta’ deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fil-konfront ta’ miżura li qiegħda tiġi implimentata u kklassifikata bħala għajnuna ġdida, tali deċiżjoni neċessarjament tbiddel is-sitwazzjoni legali tal-miżura meqjusa kif ukoll dik tal-impriżi li huma benefiċjarji tagħha, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda t-tkomplija tal-implimentazzjoni tagħha. Wara l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, jeżisti mill-inqas dubju kunsiderevoli dwar il-legalità ta’ din il-miżura li għandha twassal lill-Istat Membru li jissospendi l-għoti tagħha, peress li l-ftuħ tal-proċedura previst fl-Artikolu 108(2) TFUE jeskludi deċiżjoni immedjata li tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà mas-suq komuni li jippermetti li titkompla b’mod regolari l-eżekuzzjoni tal-imsemmija miżura. Tali deċiżjoni tista’ tiġi invokata quddiem qorti nazzjonali msejħa li tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(2) TFUE. Deċiżjoni bħal din tista’ wkoll tkun invokata quddiem qorti nazzjonali mitluba sabiex tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE. Fl-aħħar nett, hija tista’ twassal lill-impriżi benefiċjarji tal-miżura li jirrifjutaw, fi kwalunkwe każ, għotjiet ġodda jew li jżommu disponibbli s-somom neċessarji għal eventwali rimborsi ulterjuri. Il-komunità tan-negozju se tieħu inkunsiderazzjoni wkoll, fir-relazzjonijiet tagħha mal-imsemmija benefiċjarji, is-sitwazzjoni legali u finanzjarja prekarja ta’ dawn tal-aħħar (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑77/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:695">EU:C:2013:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150522">22 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Autoneum Germany vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑295/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:350">EU:T:2015:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni kklassifikat, fil-punt 80 tad-deċiżjoni kkontestata, is-sussidji relatati mal-irtirar ta’ għajnuna ġdida. Hija semmiet, fil-punt 103 ta-deċiżjoni kkontestata, ammont ta’ diversi miljuni ta’ ewro, li jikkorrispondi mas-somma li r-rikorrenti kellha tikkontribwixxi għall-fondi ta’ pensjoni bejn l‑1995 u l‑2007 sabiex jiġi żgurat li tinżamm il-kompetizzjoni mal-operaturi l-oħrajn fl-istess suq. Barra minn hekk, hija fakkret, fil-punt 106 tad-deċiżjoni kkontestata, l-obbligu għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li tissospendi l-miżuri ta’ għajnuna kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Bħalma jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 42 iktar ’il fuq, l-obbligu li tiġi sospiża l-implimentazzjoni tal-miżura inkwistjoni ma huwiex l-uniku effett ġuridiku ta’ deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, bħad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti hija, fil-fatt, b’mod partikolari esposta, minħabba tali deċiżjoni, għar-riskju li qorti nazzjonali tadotta miżuri provviżorji sabiex tissalvagwardja, minn naħa, l-interessi tal-partijiet ikkonċernati u, min-naħa l-oħra, l-effett utli tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. F’dan il-kuntest, il-qorti nazzjonali tista’ tordna, b’mod iktar partikolari, l-irkupru tal-eventwali għajnuna mogħtija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Hansestadt Lübeck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑524/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:971">EU:C:2016:971</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti kkonfermat, matul is-seduta, li, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, hija kienet żammet disponibbli s-somom neċessarji għall-eventwali rimborsi li kienu se jiġu imposti fuqha fil-każ li tiġi adottata deċiżjoni finali negattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, għandu jiġi konkluż li d-deċiżjoni kkontestata kienet tikkostitwixxi, mal-preżentata tar-rikors, att li kien ta’ natura li jaffettwa l-interessi tar-rikorrenti billi jbiddel b’mod ikkaratterizzat is-sitwazzjoni legali tagħha u li, għaldaqstant, din tissodisfa l-elementi kollha ta’ att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argumenti tal-Kummissjoni u tal-intervenjenti intiżi li jikkontestaw li r-rikorrenti għad għandha interess ġuridiku, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-interess ġuridiku jikkostitwixxi l-kundizzjoni essenzjali u ewlenija ta’ kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja (ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Post Invest Europe vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑413/12</NO.CASE>, mhux<?PAGE NO="8"?> ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:246">EU:T:2013:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan ir-rekwiżit jiggarantixxi, fuq il-livell proċedurali, li, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, il-Qorti Ġenerali ma tkunx adita b’talbiet għal opinjoni jew b’domandi purament teoretiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090619">19 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Socratec vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑269/03</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:211">EU:T:2009:211</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-qorti tal-Unjoni Ewropea tista’, lil hinn mill-argumenti invokati mill-partijiet biss, teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-nuqqas ta’ interess ta’ rikorrenti li tippreżenta jew tkompli rikors, minħabba fatt wara r-rikors ta’ natura li jneħħilu kwalunkwe benefiċċju għar-rikorrent, u tiddikjara r-rikors inammissibbli jew mingħajr skop għal dan l-għan (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951019">19 ta’ Ottubru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Rendo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/93 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:339">EU:C:1995:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-interess ġuridiku għandu jissussisti sakemm tingħata d-deċiżjoni ġudizzjarja, u fin-nuqqas ta’ dan, ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni, u dan jippresupponi li r-rikors jista’, jekk jirnexxi, ikun ta’ benefiċċju għall-parti li tkun ippreżentatu (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Wunenburger vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:322">EU:C:2007:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111207">7 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Fellah vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑255/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:718">EU:T:2011:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, il-fatt jekk rikorrenti għadx għandha interess ġuridiku għandu jiġi evalwat <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT>, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-konsegwenzi tal-illegalità allegata (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Abdulrahim vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:331">EU:C:2013:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Sabiex ir-rikorrenti jkollha interess ġuridiku, l-annullament tal-att ikkontestat għandu jkun għadu jista’, minnu nnifsu, jipproduċu effetti ġuridiċi fil-konfront tagħha (ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Post Invest Europe vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑413/12</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:246">EU:T:2013:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi eżaminat, mingħajr neċessarjament ma ssir limitazzjoni għall-argumenti invokati mill-partijiet biss, jekk id-deċiżjoni kkontestata, li testendi l-proċedura miftuħa mill-ġdid mid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007 sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>jiġi eżaminat iktar fil-fond<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jekk is-sussidji relatati mal-irtirar kinux jagħtu vantaġġ lir-rikorrenti jew le, għadhiex tipproduċi effetti ġuridiċi fil-konfront tar-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali tal‑2012, li għalqet il-proċedura miftuħa mill-ġdid fl‑2007, kif estiża mid-deċiżjoni kkontestata, u l-għoti tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li annullat id-deċiżjoni finali tal‑2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li, meta jiġu ppreżentati rikorsi, minn naħa, kontra deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-konfront ta’ miżura nazzjonali u, min-naħa l-oħra, kontra deċiżjoni finali, li tagħlaq l-imsemmija proċedura u tiddikjara li l-miżura nazzjonali eżaminata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, iċ-ċaħda tar-rikors kontra din id-deċiżjoni tal-aħħar twassal sabiex ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma jkollux iktar skop (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000613">13 ta’ Ġunju 2000</DATE>, <NAME.CASE>EPAC vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑204/97 u T‑270/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:148">EU:T:2000:148</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0153">153</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0159">159</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020306">6 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Álava vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑168/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:60">EU:T:2002:60</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090909">9 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑30/01 sa T‑32/01 u T‑86/02 sa T‑88/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:314">EU:T:2009:314</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0345">345</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0363">363</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza madankollu ma tistax tiġi trasposta għall-kawża odjerna, peress li d-deċiżjoni kkontestata hija differenti minħabba l-fatt li, l-ewwel nett, hija tiġi wara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑266/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:235">EU:T:2008:235</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni finali tal‑2002, it-tieni nett, din hija intiża li tapprofondixxi d-deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007 li, sussegwentement, ġiet annullata bis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑421/07 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:654">EU:T:2015:654</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u, it-tielet nett, din tiġi qabel id-deċiżjoni finali tal‑2012, li wkoll ġiet annullata, permezz tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Għandu jitfakkar li din is-sentenza tal-aħħar ma ġietx appellata u għalhekk saret definittiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-annullament tad-deċiżjoni finali tal‑2012 permezz tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandu madankollu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, ħlief fil-każ li l-irregolarità kkonstata tkun ivvizzjat il-proċedura kollha b’illegalità, il-proċedura intiża li tissostitwixxi att illegali li ġie annullat tista’ titkompla fil-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità. L-annullament ta’ att tal-Unjoni għaldaqstant ma jaffettwax neċessarjament l-atti preparatorji u l-annullament ta’ att li jġib fi tmiem proċedura amministrattiva li tinkludi diversi fażijiet ma jwassalx neċessarjament għall-annullament tal-proċedura kollha li tippreċedi l-adozzjoni tal-att ikkontestat indipendentement mill-motivi, fil-mertu jew proċedurali, għas-sentenza ta’ annullament (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, L‑<NAME.CASE>Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑587/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:721">EU:C:2013:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>SNCM vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑1/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:470">EU:T:2017:470</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok jiġi ppreċiżat li, minkejja li l-Kummissjoni impliċitament aċċettat, matul il-proċedura fil-kawża odjerna, li d-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma tneħħiet mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, ma setgħetx iktar isservi bħala bażi għal deċiżjoni ġdida li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, sa llum, hija ma rtiratx din id-deċiżjoni. Minn dan jista’ jsegwi li l-Kummissjoni għad għandha, f’dan l-istadju, il-possibbiltà li tkompli l-proċedura fl-istadju tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti għadha, konsegwentement, esposta għar-riskju ta’ rkupru tal-għajnuna allegata mill-Kummissjoni li jirriżulta minn din id-deċiżjoni, bħalma diġà ġie indikat fil-punt 44 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li t-tliet proċeduri ta’ investigazzjoni formali miftuħa mill-Kummissjoni sa mill‑1999 u s-suċċessjoni tad-diversi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali dwar id-deċiżjonijiet ta’ ftuħ u ta’ għeluq ta’ dawn il-proċeduri jidħlu f’xulxin, għandu jiġi rrilevat li, skont l-obbligi tagħha previsti fl-Artikolu 266 TFUE, il-Kummissjoni hija obbligata tieħu l-miżuri li ġġib magħha l-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑266/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:235">EU:T:2008:235</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑421/07 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:654">EU:T:2015:654</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), diġà mogħtija mill-qrati tal-Unjoni u li kisbu l-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, hija ċertament l-istituzzjoni li toħroġ l-atti annullati mill-qorti tal-Unjoni li għandha tiddetermina liema huma l-miżura meħtieġa sabiex jiġu eżegwiti s-sentenzi ta’ annullament. Madankollu, billi teżerċita s-setgħa diskrezzjonali li għandha għal dan l-għan, l-istituzzjoni kkonċernata hija obbligata tosserva kemm il-motivi tal-imsemmija sentenzi kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni applikabbli (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>HF vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑584/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:282">EU:T:2017:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 266 TFUE jimponi fuq l-istituzzjoni kkonċernata l-obbligu li tevita li kull att intiż li jissostitwixxi l-att annullat ikun ivvizzjat bl-istess irregolaritajiet bħal dawk identifikati fis-sentenza ta’ annullament. Dawn il-prinċipji japplikaw, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, meta s-sentenza ta’ annullament inkwistjoni tkun akkwistat l-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101110">10 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs Simões Dos Santos</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑260/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:461">EU:T:2010:461</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikorrenti għad għandha interess li tikseb l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u li tara li din id-deċiżjoni ma tibqax fl-ordinament ġuridiku, sa fejn, fil-każ tal-annullament tagħha, il-Kummissjoni se tkun kostretta, fl-ipoteżi li hija tiddeċiedi, għall-finijiet tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tat-tliet sentenzi ta’ annullament iċċitati fil-punt 55 iktar ’il fuq li huma imposti konformement mar-rekwiżiti tal-Artikolu 266 TFUE, li tieħu deċiżjoni ġdida ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li tiżgura ruħha li din id-deċiżjoni l-ġdida ma hijiex ivvizzjata bl-istess irregolaritajiet bħad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha li ġew qabilha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, fid-dawl tal-kumplessità proċedurali eċċezzjonali marbuta mal-eżistenza ta’ diversi deċiżjonijiet amministrattivi u ġuridiċi dwar l-istess miżuri ta’ għajnuna, hemm lok jiġi konkluż li r-rikorrenti tinsab f’sitwazzjoni ta’ inċertezza legali partikolari li tista’ tiġi kkjarifikata biss bl-investigazzjoni fil-mertu tal-kawża odjerna u l-eventwali annullament tad-deċiżjoni kkontestata, li jsaħħaħ l-interess ġuridiku tagħha kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, sa fejn il-Kummissjoni tqis li hija għad għandha l-possibbiltà li tadotta deċiżjoni finali ġdida, ir-rikorrenti ma hijiex f’pożizzjoni li tipprevedi, anki b’mod provviżorju, l-ammont tal-għajnuna jew, jekk ikun il-każ, l-interessi għall-perijodu ta’ illegalità li hija jista’ jkollha tirrimborsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont jekk il-Kummissjoni tqisx li s-somom impoġġija għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti jaqgħux b’mod awtonomu taħt il-proċedura mibdija fl‑1999, fl‑2007 jew fl‑2011, l-ammont tal-għajnuna li eventwalment tista’ jiġi rkuprata, fil-każ ta’ klassifikazzjoni tal-għajnuna inkwistjoni bħala għajnuna ġdida u ta’ konstatazzjoni ta’ inkompatibbiltà mas-suq intern, jista’ jvarja kunsiderevolment, sa fejn, konformement mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>), l-ewwel miżura meħuda mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxu fuq it-talba tal-Kummissjoni, fil-konfront tal-għajnuna illegali tinterrompi t-terminu ta’ preskrizzjoni. Skont il-każ, jekk l-għajnuna eventwali kellha titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, b’mod illi huwa biss l-irkupru tal-interessi għall-perijodu tal-illegalità li jkun jista’ jiġi ordnat mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), it-tul tal-perijodu tal-illegalità li abbażi tiegħu għandhom jiġu kkalkolati dawn l-interessi, ikun differenti wkoll skont il-punt ta’ tluq tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok jiġi kkonstatat li r-rikorrenti għad għandha interess ġuridiku kontra d-deċiżjoni kkontestata, u dan minkejja li d-deċiżjoni ta’ ftuħ mill-ġdid tal‑2007 u d-deċiżjoni finali tal‑2012 diġà ġew annullati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok jiġi konkluż, minn naħa, li r-rikors huwa ammissibbli u, min-naħa l-oħra, li ma sarx mingħajr skop. L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha għalhekk tiġi miċħuda fit-totalità tagħha, bħall-argumenti kollha tal-Kummissjoni u tal-intervenjenti intiżi għall-konstatazzjoni li r-rikorrenti tilfet l-interess ġuridiku tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem, essenzjalment, sitt motivi. L-ewwel ħames motivi huma bbażati fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, previst fl-Artikolu 296(2) TFUE, u fuq il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni huwa intiż li jistabbilixxi l-ksur tal-forom sostantivi u jeħtieġ, għal dan l-għan, eżami distint, bħala tali, tal-evalwazzjoni tal-ineżattezza tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata, li l-istħarriġ tagħha jaqa’ taħt l-eżami tal-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, L‑<NAME.CASE>Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:768">EU:C:2005:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok għalhekk li jiġi eżaminat is-sitt motiv, sa fejn dan huwa b’mod partikolari bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296(2) TFUE, qabel ma tiġi mistħarrġa, jekk ikun hemm lok, il-legalità fil-mertu tad-deċiżjoni kkontestata, li hija koperta bil-motivi l-oħrajn.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 107(1) TFUE <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[ħ]lief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE teħtieġ li l-kundizzjonijiet kollha msemmija f’din id-dispożizzjoni jkunu ssodisfatti. L-ewwel nett, għandu jkun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun ta’ natura li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tielet nett, dan għandu jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tiegħu. Ir-raba’ nett, huwa għandu jwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Hansestadt Lübeck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑524/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:971">EU:C:2016:971</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Sabiex titwettaq il-klassifikazzjoni ġuridika provviżorja ta’ miżura bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> f’deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-obbligu ta’ motivazzjoni għandu jiġi osservat fir-rigward tal-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE kif ukoll mill-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti kompetenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Club Hotel Loutraki <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑131/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:989">EU:C:2016:989</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod iktar partikolari tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 4(2) u (4) tar-Regolament 2015/1589, tali deċiżjoni tista’ tiġi adottata biss jekk il-Kummissjoni tikkonstata, wara investigazzjoni preliminari, li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ġdida u tqajjem dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE ma titneħħilux is-sustanza tiegħu, kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni fl-aħħar tal-fażi ta’ investigazzjoni preliminari għandha tinkludi evalwazzjoni provviżorja tal-miżura tal-Istat inkwistjoni, li hija intiża sabiex tiddetermina jekk din għandhiex in-natura ta’ għajnuna mill-Istat u sabiex tesponi, meta hija tagħżel li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, ir-raġunijiet li joħolqulha dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑309/04, T‑317/04, T‑329/04 u T‑336/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:457">EU:T:2008:457</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0138">138</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Tali deċiżjoni, meħuda wara l-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, għandha b’mod partikolari tqiegħed lill-partijiet interessati f’pożizzjoni li jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali li matulha huma jkollhom il-possibbiltà li jesponu l-argumenti tagħhom. Għal dan il-għan, din għandha tippermettilhom li jkunu jafu r-raġunament li wassal lill-Kummissjoni sabiex tqis provviżorjament li l-miżura inkwistjoni setgħet tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat ġdida u sabiex ikollha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑309/04, T‑317/04, T‑329/04 u T‑336/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:457">EU:T:2008:457</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0139">139</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-analiżi tas-sitt motiv, hemm lok, b’mod iktar partikolari, jiġi vverifikat jekk il-Kummissjoni esponietx b’mod suffiċjenti, fid-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet li għalihom hija qieset, wara investigazzjoni preliminari, li l-miżura inkwistjoni setgħet provviżorjament tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, qabel anki jiġi vverifikat jekk din l-għajnuna kinitx ġdida u kompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti targumenta, essenzjalment, li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni li kien impost fuqha f’dan il-każ. L-ewwel nett, hija naqset milli tikkalkula, fid-deċiżjoni kkontestata, id-differenza bejn l-ammont tal-kontribuzzjonijiet soċjali li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienet effettivament ħallset lir-rikorrenti (li minnu għandu jitnaqqas l-ammont li jikkorrispondi maż-żidiet tat-tariffi postali awtorizzati) u l-ammont tal-kontribuzzjonijiet soċjali mħallsa mill-kompetituri tagħha li jaqgħu taħt l-iskema ġenerali ta’ assigurazzjoni soċjali. It-tieni nett, hija ma ddettaljatx ir-raġunijiet li għalihom hija kienet tqis li l-kwistjoni dwar sa liema punt ir-rikorrenti kienet ħallset kontribuzzjonijiet soċjali kienet nieqsa minn rilevanza għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna mill-Istat allegata. It-tielet nett, hija ma mmotivatx suffiċjentement l-evalwazzjoni tagħha tal-eżistenza ta’ allegat sussidju trasversali, ippreżentat taħt il-forma ta’ żieda tat-tariffi postali awtorizzati, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni piżijiet soċjali li r-rikorrenti kienet ħallset. Ir-raba’ nett, hija ma spjegatx b’liema mod, fil-kuntest ta’ tali analiżi, hija kellha tibbaża ruħha biss fuq eżami tal-kompatibbiltà tal-ispejjeż mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u l-intervenjenti jikkontestaw l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex l-ewwel deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali adottata mill-Kummissjoni dwar il-miżura kontenzjuża. L-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet fil-fondi tal-pensjoni tar-rikorrenti, fil-fatt, diġà kienet is-suġġett tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑1999, tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007 u tad-deċiżjonijiet finali tal‑2002 u tal‑2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Issa, permezz ta’ sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑421/07 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:654">EU:T:2015:654</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑2007, li fil-kuntest tagħha, bħalma indikat il-Kummissjoni fil-punt 5 tad-deċiżjoni kkontestata, il-kwistjoni dwar jekk is-sussidji relatati mal-irtirar kinux jagħtu vantaġġ lir-rikorrenti jew le kienet is-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>evalwazzjoni superfiċjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u kellha terġa’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[t]iġi eżaminat[a] iktar fil-fond<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan il-kuntest proċedurali partikolari, hemm lok jitqies li l-Kummissjoni kienet suġġetta, meta hija adottat id-deċiżjoni kkontestata, għal obbligu ta’ motivazzjoni speċifiku, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn hija kienet diġà, fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa inizjalment fl‑1999 u miftuħa mill-ġdid fl‑2007, f’pożizzjoni li tistaqsi fuq il-kwistjoni dwar jekk il-kontribuzzjonijiet mill-Istat fil-fondi tal-pensjoni tar-rikorrenti kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li d-deċiżjoni kkontestata ġiet ikklassifikata mill-Kummissjoni bħala deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura miftuħa mill-ġdid fl‑2007, din ma setgħetx tqis, mingħajr ma tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tistabbilixxi, anki b’mod provviżorju, jekk wieħed mill-kriterji previsti mill-Artikolu 107(1) TFUE kienx issodisfatt u sempliċement esprimiet dubji, mingħajr ma pprovdiet il-motivi suffiċjenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Mill-punti 64 sa 67 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni sempliċement, fil-parti ddedikata għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE, u b’mod partikolari għall-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku esklużiv, semmiet id-diffikultajiet li hija kien ikollha quddiemha li kieku hija kellha tidentifika operaturi ekonomiċi li s-sitwazzjoni legali u fattwali tagħhom setgħet titqies bħala paragunabbli ma’ dik tar-rikorrenti. B’mod partikolari hija rrilevat li, sa fejn ir-rikorrenti kellha dritt ta’ esklużività fil-qasam tas-servizzi postali universali u kienet gawdiet minn diversi trasferimenti u garanziji pubbliċi fil-qasam tar-riforma tal-posta federali, hija kienet tinsab f’sitwazzjoni partikolari u mingħajr preċedent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku esklużiv ma setax jintwera permezz ta’ paragun bejn il-piżijiet imposti fuq ir-rikorrenti u dawk imposti fuq il-kompetituri tagħha. Min-naħa l-oħra, hija ppreċiżat li analiżi komparattiva mal-kompetituri tar-rikorrenti hija adegwata fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, u b’mod partikolari fl-istadju ta’ analiżi iktar fil-fond tal-effett fuq il-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-kumplament tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni għaldaqstant qieset, fl-istadju tal-investigazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern, li kien possibbli li jiġu pparagunati, abbażi ta’ rata ta’ referenza, il-kontribuzzjonijiet soċjali mħallsa mir-rikorrenti ma’ dawk imħallsa minn kompetituri privati ta’ din tal-aħħar. Madankollu hija ma pprovdiet l-ebda raġunament sabiex tispjega b’liema mod il-konstatazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna kontenzjuża kienu jikkonfermaw jew ma jikkontradixxux dawk magħmula għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, għandu jiġi konkluż li, billi enfasizzat l-assenza, fid-deċiżjoni kkontestata, ta’ kwalunkwe kalkolu li jippermetti li jitwettaq paragun tal-piżijiet imposti fuqha u ta’ dawk imposti fuq il-kompetituri tagħha fl-istadju tal-klassifikazzjoni tal-miżura kontenzjuża bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, minkejja li tali paragun kien sar sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq intern, ir-rikorrenti, ġustament, stabbilixxiet l-eżistenza ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-punt 148 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li annullat id-deċiżjoni finali tal‑2012, adottata mill-Kummissjoni wara l-proċedura ta’ investigazzjoni formali sussegwentement miftuħa mill-ġdid fl‑2007 u estiża bid-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali fakkret il-ġurisprudenza li tipprovdi li huwa fil-fatt fl-istadju tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, jiġifieri dak tal-prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ, li l-Kummissjoni għandha turi li eżenzjoni parzjali tal-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet fil-fondi tal-pensjoni tikkostitwixxi, għal ex operatur, vantaġġ ekonomiku fil-konfront tal-kompetituri tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fil-punti 150 u 151 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, qieset li, minkejja li l-Kummissjoni kienet fittxet, fid-deċiżjoni finali tal‑2012, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv, kien biss fl-istadju tal-investigazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern li hija kienet wettqet din l-investigazzjoni. Għaldaqstant hija laqgħet l-argument tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jipprovdi li l-Kummissjoni kienet wettqet żball ta’ liġi sa fejn hija ma kinitx għamlet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>bidu ta’ paragun mal-piżijiet li impriża għandha <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>normalment<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tħallas fir-rigward tal-impjegati privati konformement mad-dritt soċjali Ġermaniż biss fil-kuntest tal-investigazzjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punti 152 sa 154 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑143/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:406">EU:T:2016:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-obbligu għall-Kummissjoni li tipprova l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv favur il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa impost fuqha sa fejn hija teżamina l-kwistjoni dwar jekk miżura tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Issa, sa fejn hemm il-klassifikazzjoni, b’mod provviżorju, ta’ miżura bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, konformement mal-Artikolu 108(2) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(2) u (4) tar-Regolament 2015/1589, sa mill-investigazzjoni preliminari ta’ din il-miżura u l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, hemm lok jitqies, f’dan il-każ, li l-obbligu ta’ motivazzjoni dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv fil-konfront tar-rikorrenti, skont l-Artikolu 107(1) TFUE, kien impost diġà fuq il-Kummissjoni wara l-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, u mhux biss dwar id-deċiżjoni meħuda wara l-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fin-nuqqas tal-Kummissjoni li timmotiva, b’mod ċar u inekwivoku biżżejjed, l-eżistenza ta’ vantaġġ, konformement mar-rekwiżiti tal-Artikolu 107(1) TFUE, filwaqt li wettqet diġà l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna kontenzjuża mas-suq intern, il-Kummissjoni poġġiet lir-rikorrenti f’sitwazzjoni ta’ inċertezza legali, wara l-fażi ta’ investigazzjoni preliminari u fl-istadju tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Din l-ommissjoni tal-Kummissjoni ma tippermettix, barra minn hekk, lill-qorti tal-Unjoni teżerċita l-istħarriġ tagħha dwar il-klassifikazzjoni provviżorja tal-miżura kontenzjuża bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sitt motiv għandu jintlaqa’, sa fejn dan jirrigwarda l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Peress li l-analiżi ta’ dan il-motiv sa fejn dan huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni wera li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’difetti dwar elementi ta’ importanza essenzjali fl-istruttura ġenerali tad-deċiżjoni kkontestata, hemm lok li din id-deċiżjoni tiġi annullata għal ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, mingħajr il-ħtieġa li tiġi eżaminata l-fondatezza tal-argumenti l-oħrajn ippreżentati fil-kuntest ta’ dan il-motiv u tal-motivi l-oħrajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Peress illi l-Kummissjoni tilfet din il-kawża, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti, kif mitlub mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>UPS u United Parcel Service Deutschland għandhom kull waħda minnhom tbati l-ispejjeż tagħha skont l-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 3081 final tal‑<DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE> li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, f’dak li jirrigwarda l-Għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Deutsche Post, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti minn Deutsche Post AG.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">UPS Europe SPRL/BVBA u United Parcel Service Deutschland Sàrl &amp; Co. OHG għandhom kull waħda minnhom tbati l-ispejjeż tagħha stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Valančius</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Svenningsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Öberg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20190410">10 ta’ April 2019</DATE>.</P><?PAGE NO="15"?><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>