|
18.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8468 — Norgesgruppen/Axfood/Eurocash)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 232/15)
|
1. |
Fl-10 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Norgesgruppen ASA (“Norgesgruppen”, in-Norveġja) u Axfood AB (“Axfood”, l-Iżvezja) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Eurocash Food AB (“Eurocash”, l-Iżvezja), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Norgesgruppen: l-akkwist tal-ikel, distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut fin-Norveġja, — għal Axfood: l-akkwist tal-ikel, distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut fl-Iżvezja, — għal Eurocash: distribuzzjoni bl-imnut fi tmien supermarkets li jinsabu fl-Iżvezja f’distanza qasira mill-fruntiera Norveġiża primarjament immirati għall-konsumaturi Norveġiżi li jaqsmu l-fruntiera biex jixtru prodotti tal-konsum ta’ kuljum bl-irħis. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8468 — Norgesgruppen/Axfood/Eurocash, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).