|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/40 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Novembru 2013
dwar ir-rifjut ta’ talba għall-kanċellament ta’ isem imdaħħal fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Kołocz śląski/kołacz śląski (IGP)]
(notifikata bid-dokument C(2013) 7626)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2013/663/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 54(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jipprovdi li, minbarra talbiet mill-produtturi tal-prodott mibjugħ bid-denominazzjoni rreġistrata, il-Kummissjoni tista’ tikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta fejn ma tkunx żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jew fejn ma jkun tqiegħed fis-suq l-ebda prodott taħt l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas seba’ snin. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talba biex tiġi kkanċellata r-reġistazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Kołocz śląski/kołacz śląski” mibgħuta mill-Ġermanja fil-15 ta’ Frar 2013 u riċevuta fit-18 ta’ Frar 2013, |
|
(3) |
Din it-talba għall-kanċellazzjoni ma hija ebda wieħed miż-żewġ każijiet imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u, għalhekk, ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu. |
|
(4) |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, it-talba biex tiġi kkanċellata l-indikazzjoni ġeografika protetta “Kołocz śląski/kołacz śląski” imressqa mill-Ġermanja, għandha tiġi rifjutata. |
|
(5) |
Il-miżura li hemm dispożizzjoni dwarha f’din id-Deċiżjoni hija skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Politika ta’ Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-talba għall-kanċellament tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Kołocz śląski/kołacz śląski” hija rifjutata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni