European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2498

16.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2498

tal-5 ta’ Novembru 2026

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-konverżjoni tal-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz fi tnaqqis korrispondenti fl-għadd ta’ ċertifikati tas-CBAM li għandhom jiġu ċeduti, l-evidenza tal-ħlas ta’ dak il-prezz tal-karbonju, il-kwalifiki tal-persuna indipendenti u l-kundizzjonijiet biex jiġu aċċertati l-indipendenza u l-kwalifiki tagħha

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2023/956 jipprevedi li dikjarant awtorizzat tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) jista’ jitlob tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti li jikkorrispondu għall-prezz tal-karbonju effettivament imħallas f’pajjiż terz għall-emissjonijiet integrati ddikjarati sabiex jiġi żgurat li prezz tal-karbonju ma jitħallasx darbtejn fuq l-istess emissjonijiet.

(2)

Matul il-perjodu tranżitorju mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-importaturi jew ir-rappreżentanti doganali indiretti kellhom jirrapportaw dwar kwalunkwe prezz tal-karbonju dovut għall-emissjonijiet integrati ddikjarati, inklużi l-prezzijiet tal-karbonju dovuti għall-emissjonijiet integrati fil-materjali prekursuri rilevanti. Minbarra l-informazzjoni siewja miġbura matul dak il-perjodu, il-Kummissjoni ġabret ukoll esperjenza u informazzjoni siewja mill-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi fejn japplikaw ir-regoli tal-ipprezzar tal-karbonju.

(3)

F’konformità mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet sejħa għal evidenza bejn it-28 ta’ Awwissu u l-25 ta’ Settembru 2025 biex tiġbor il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati bl-għan li jinforma t-tfassil tar-regoli stabbiliti f’dan l-att ta’ implimentazzjoni. L-abbozz ta’ att ġie ppubblikat għall-feedback mill-partijiet ikkonċernati mit-13 ta’ Mejju 2026 sal-10 ta’ Ġunju 2026.

(4)

Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2023/956, il-Kummissjoni tista’, għall-pajjiżi terzi fejn ikunu fis-seħħ regoli tal-ipprezzar tal-karbonju, tiddetermina u tagħmel disponibbli fir-reġistru tas-CBAM il-prezzijiet tal-karbonju prestabbiliti għal dawk il-pajjiżi terzi u tippubblika l-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel hekk abbażi tal-aħjar data disponibbli minn informazzjoni affidabbli u disponibbli għall-pubbliku u minn informazzjoni pprovduta minn dawk il-pajjiżi terzi. Ir-rapportar abbażi tal-prezzijiet tal-karbonju prestabbiliti magħmula disponibbli mill-Kummissjoni, bħala alternattiva għar-rapportar abbażi tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq il-bażi ta’ evidenza ċċertifikata minn persuna indipendenti, jimminimizza l-kost tal-konformità għad-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM u jevita kwalunkwe kost tal-konformità għall-operaturi ta’ pajjiżi terzi, u b’hekk jiffaċilita t-tnaqqis tal-prezz tal-karbonju.

(5)

Peress li l-kalkolu tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas jiddependi fuq il-kalkolu tal-emissjonijiet integrati fl-oġġett, u f’konformità mal-bidliet introdotti mir-Regolament (UE) 2025/2083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), dikjarant awtorizzat tas-CBAM jista’ jitlob biss it-tnaqqis tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas, abbażi ta’ evidenza ċċertifikata minn persuna indipendenti, fejn l-emissjonijiet integrati jiġu ddeterminati abbażi tal-valuri reali. F’dan il-każ, l-emissjonijiet integrati jiġu ddeterminati abbażi tal-valuri reali, id-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM jistgħu jagħżlu wkoll li jużaw il-prezz tal-karbonju prestabbilit rilevanti. Meta l-emissjonijiet integrati jiġu ddeterminati abbażi tal-emissjonijiet prestabbiliti, it-tnaqqis jista’ jintalab biss abbażi tal-prezz tal-karbonju prestabbilit rilevanti li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli.

(6)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2023/956, jenħtieġ li prezz tal-karbonju jitħallas jew f’pajjiż terz, fl-ambitu ta’ skema għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, fil-forma ta’ taxxa, imposta jew dritt jew fil-forma ta’ kwoti ta’ emissjonijiet skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet serra, ikkalkulat fuq gassijiet serra koperti minn tali miżura, u rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti. It-taxxi, l-imposti jew it-tariffi fuq il-karbonju jistgħu jew jiġu imposti fil-livell tal-operatur jew indirettament fuq il-kontenut ta’ karbonju ta’ fjuwil. It-tipi ta’ sistemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jistgħu jinkludi sistemi abbażi tal-livelli ta’ referenza u ta’ kreditu. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ġodda tal-prezzijiet tal-karbonju f’pajjiżi terzi, kif ukoll l-applikazzjoni tar-regoli għat-taxxi fuq il-karbonju bbażati fuq il-fjuwils u tadatta dawn ir-regoli fejn meħtieġ f’każ li dawn ma jinċentivawx biżżejjed lill-industrija biex tuża fjuwils inqas intensivi fil-karbonju.

(7)

Sabiex jiġi appoġġat it-tnaqqis tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas u jiġi żgurat grad għoli ta’ uniformità fl-applikazzjoni tat-tnaqqis, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih lista ta’ mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju applikabbli f’pajjiżi terzi li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, jissodisfaw id-definizzjonijiet applikabbli fir-Regolament (UE) 2023/956 u f’dan ir-Regolament. Għall-mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju li mhumiex inklużi fil-lista, inklużi skemi u mekkaniżmi sottonazzjonali li huma ġodda, il-persuna indipendenti jenħtieġ li tivvaluta jekk jissodisfawx id-definizzjonijiet applikabbli jew le. Meta mekkaniżmu jissodisfa d-definizzjonijiet applikabbli, jenħtieġ li l-persuna indipendenti tivvaluta l-evidenza pprovduta mill-operatur tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas.

(8)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina u taġġorna fejn meħtieġ il-lista tal-mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju fuq bażi annwali, bil-ħsieb li tkopri kemm jista’ jkun mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju. Għall-fini tal-aġġornament tal-lista ta’ mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju, il-Kummissjoni tista’ tirċievi u tipproċessa kwalunkwe talba minn ġuriżdizzjonijiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi, li tiddeskrivi l-karatteristiċi rilevanti tal-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju. Il-Kummissjoni tista’ tirċievi wkoll talbiet mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż abbażi ta’ konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u d-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM, biex tivvaluta mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li mhuwiex elenkat f’dan ir-Regolament. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkopri dawk il-mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju mhux elenkati li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw f’talbiet għat-tnaqqis tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas. Sabiex jiġi żgurat tnaqqis omoġenju u konsistenti tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkomunika mingħajr dewmien ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha mal-awtoritajiet kompetenti permezz tar-reġistru CBAM.

(9)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jirrieżaminaw it-talbiet dwar il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas bħala parti mir-rieżami tagħhom tad-dikjarazzjoni tas-CBAM skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2023/956. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet kompetenti fir-rieżami tat-talbiet ta’ prezz tal-karbonju effettivament imħallas f’pajjiż terz, inkluż qabel ma ssir kwalunkwe determinazzjoni mill-awtorità kompetenti li l-għadd iddikjarat ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti ma jkunx korrett. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi assistenza b’mod partikolari għall-valutazzjoni ta’ mekkaniżmi ġodda tal-prezz tal-karbonju li mhumiex elenkati f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lit-talbiet li jkunu ogħla b’mod sinifikanti milli kieku ntużaw il-prezzijiet prestabbiliti tal-karbonju ddeterminati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2023/956.

(10)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni timpenja ruħha ma’ pajjiżi terzi jew territorji rilevanti biex tivvaluta l-possibbiltà li l-Unjoni tikkonkludi ftehimiet bilaterali, f’konformità mal-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) 2023/956, bil-ħsieb li tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi tissimplifika t-talbiet għat-tnaqqis ta’ prezz tal-karbonju mħallas u ssaħħaħ l-affidabbiltà tagħhom, inkluż billi tiddefinixxi t-tipi ta’ dokumenti uffiċjali li jistgħu jiġu invokati biex tiġi ċċertifikata l-evidenza tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas.

(11)

Sabiex jiġi żgurat li t-tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM jirrifletti l-kostijiet tal-karbonju li diġà jkunu ġġarrbu fir-rigward tal-oġġetti ddikjarati, jenħtieġ li fil-kalkolu ta’ dak it-tnaqqis jitqies kwalunkwe prezz imħallas skont mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju għall-emissjonijiet integrati tal-oġġetti, filwaqt li jenħtieġ li ma jitqisux il-prezzijiet imħallsa fuq l-emissjonijiet mhux relatati mal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti ddikjarati. Prezz tal-karbonju jista’ jkun relatat mal-emissjonijiet diretti, mal-emissjonijiet indiretti meta applikabbli, u mal-emissjonijiet ta’ prekursuri integrati fl-oġġetti ddikjarati u li jistgħu jitħallsu taħt mekkaniżmi differenti tal-prezz tal-karbonju f’ġuriżdizzjonijiet differenti fejn japplikaw ir-regoli tal-ipprezzar tal-karbonju.

(12)

Sabiex jitqiesu b’mod akkurat l-emissjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM li għalihom diġà tħallas prezz tal-karbonju, jenħtieġ li l-emissjonijiet soġġetti għal prezz tal-karbonju jiġu attribwiti għall-oġġetti prodotti mill-installazzjoni, f’konformità mal-limiti tas-sistema u mal-proċessi tal-produzzjoni stabbiliti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2547 (3).

(13)

Sabiex tiġi żgurata ekwivalenza bejn il-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz u l-prezz tal-karbonju mħallas skont l-EU ETS, jenħtieġ li l-prezzijiet tal-karbonju mħallsa fuq emissjonijiet integrati speċifiċi skont mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju f’pajjiż terz biss iwasslu għal tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti meta dik l-iskema tieħu l-forma ta’ taxxa, ta’ imposta jew ta’ tariffa jew ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li hija vinkolanti fin-natura tagħha u timponi obbligi ta’ konformità fuq l-operaturi kollha attivi fis-setturi rilevanti koperti minn dak il-mekkaniżmu. Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet immirati, trasparenti u ġeneralment applikabbli għal installazzjonijiet żgħar f’settur partikolari, simili għal-limiti definiti fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ma jxekklux dan il-prinċipju. Jenħtieġ li dan il-prinċipju jiżgura li l-objettiv ambjentali tal-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jista’ jitqies bħala ġeneralment ekwivalenti għall-EU ETS fit-trawwim tad-dekarbonizzazzjoni fis-setturi tas-CBAM. Jenħtieġ li prezz tal-karbonju effettivament imħallas taħt mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jistabbilixxi l-istess obbligu tal-ipprezzar fuq l-emissjonijiet rilaxxati għall-produzzjoni tal-oġġetti kollha ta’ installazzjoni, irrispettivament mid-destinazzjoni tal-oġġetti. Skont dan il-prinċipju, prezz tal-karbonju mħallas biss fuq l-emissjonijiet integrati ta’ oġġetti esportati ma jkunx eliġibbli għal tnaqqis tar-responsabbiltà tas-CBAM.

(14)

Minħabba li taxxa, imposta jew tariffa tal-karbonju tista’ tiġi imposta fuq il-kontenut tal-karbonju ta’ fjuwil ikkonsmat minn installazzjoni bl-emissjonijiet li jirriżultaw li jiġu rrilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti, huwa xieraq li dikjarant jista’ jitlob prezz tal-karbonju mħallas għal dawk l-emissjonijiet anke meta dak il-prezz ma jkunx tħallas direttament mill-operatur tal-installazzjoni. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li r-rata imposta fuq il-fjuwil tkun konsistenti mal-fattur ta’ emissjoni tal-fjuwil biex jiġi żgurat li r-rata tat-taxxa, tal-imposta jew tat-tariffa fuq il-karbonju tirrifletti l-emissjonijiet reali ġġenerati minn dak il-fjuwil u li, għalhekk, il-prezz tal-karbonju attribwit għall-emissjonijiet integrati jirrifletti dawk l-emissjonijiet reali ġġenerati. Sabiex jiġi żgurat li jitqiesu biss it-taxxi, l-imposti jew it-tariffi tal-karbonju li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament (UE) 2023/956 fil-prezz tal-karbonju mħallas, l-evidenza jenħtieġ li turi li t-taxxa, l-imposta jew ir-rata tat-tariffa tal-karbonju applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz hija bbażata b’mod espliċitu fuq il-kontenut tal-karbonju tal-fjuwil.

(15)

Għall-fini li tiġi żgurata l-ekwivalenza mal-prezz tal-karbonju mħallas skont l-EU ETS, jenħtieġ li l-krediti jew unitajiet oħra ta’ emissjonijiet mixtrija skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ linja bażi u ta’ kreditu jitqiesu ekwivalenti għall-kwoti mħallsa skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

(16)

Meta jitqies li l-operaturi jistgħu jużaw għażliet ta’ konformità differenti skont mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju, jenħtieġ li l-evidenza tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas tkopri l-forom kollha ta’ għażliet ta’ konformità permessi mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi, inkluż il-ħlas ta’ prezz fiss stabbilit minn dawk l-awtoritajiet jew l-użu ta’ krediti tal-karbonju, fuq il-bażi tal-limiti u tal-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju.

(17)

Meta l-obbligu li jitħallas prezz tal-karbonju jippermetti x-xiri ta’ krediti tal-karbonju bil-mira li effettivament jitnaqqsu jew jitneħħew l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, huwa xieraq li jenħtieġ li d-dikjarant jitħalla jitlob tnaqqis ibbażat fuq l-evidenza tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-krediti tal-karbonju speċifiċi użati biex jiġi ssodisfat dak l-obbligu. Jenħtieġ li l-possibbiltà li jintalab dan it-tnaqqis tkun possibbli irrispettivament minn jekk l-attivitajiet ta’ mitigazzjoni marbuta mal-kreditu tal-karbonju jitwettqux domestikament jew barra mill-ġuriżdizzjoni domestika. Sabiex jiġi rrikonoxxut bis-sħiħ li l-biċċa l-kbira tal-mekkaniżmi tal-prezzijiet tal-karbonju jippermettu lill-operaturi jissodisfaw parti mill-obbligu tagħhom billi jixtru krediti tal-karbonju għal attivitajiet ta’ mitigazzjoni domestiċi u maħruġa skont l-istandards magħżula domestikament, jenħtieġ li ma jiġi impost l-ebda kriterju kwalitattiv jew kwantitattiv addizzjonali għall-evidenza ta’ ħlas effettiv. Sabiex jiġi żgurat li t-talba għal tnaqqis għall-prezz effettivament imħallas għall-krediti tal-karbonju jkun konsistenti mal-prezz li kieku kien jitħallas bl-għażla ta’ konformità ewlenija skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju, jenħtieġ li l-prezz effettivament imħallas għall-krediti tal-karbonju fit-talba ma jaqbiżx il-prezz tal-karbonju skont l-għażliet ta’ konformità ewlenin tal-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju, bħall-prezz medju tas-suq f’sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew ir-rata tat-taxxa ewlenija rilevanti fuq il-karbonju.

(18)

Meta mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju ta’ pajjiż terz jippermetti l-użu ta’ krediti tal-karbonju ġġenerati barra mill-ġuriżdizzjoni domestika, jenħtieġ li dawk il-krediti tal-karbonju internazzjonali jissodisfaw l-istandards stabbiliti skont il-ftehim ta’ Pariġi. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jitqies biss il-prezz tal-karbonju mħallas għal krediti awtorizzati u maħruġa skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 2, jew skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 4, tal-Ftehim ta’ Pariġi bħala eżiti ta’ mitigazzjoni ttrasferiti internazzjonalment. Jenħtieġ li dan il-kriterju jippromwovi l-iżvilupp tal-krediti tal-Artikolu 6 u jipprovdi l-assigurazzjoni tal-kwalità neċessarja biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tas-CBAM. Sabiex il-produtturi minn pajjiżi terzi jitħeġġu jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom stess billi jiżviluppaw u jużaw l-aktar teknoloġiji effiċjenti, u sabiex jiġi żgurat li domestikament jiġu segwiti l-biċċa l-kbira tal-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni, jenħtieġ li l-użu ta’ tali krediti tal-karbonju internazzjonali għat-talba ta’ prezz tal-karbonju skont is-CBAM ikun limitat. L-iffissar ta’ dan il-limitu għal massimu ta’ 10 % tal-emissjonijiet irrapportati u kkonfermati skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju se jqis bis-sħiħ il-mekkaniżmi eżistenti tal-prezz tal-karbonju li jippermettu li sehem mill-obbligu ta’ konformità tal-operaturi jiġi ssodisfat bi krediti tal-karbonju internazzjonali.

(19)

Jenħtieġ li jitqies ribass jew forma oħra ta’ kumpens li effettivament tnaqqas l-obbligu ta’ ħlas għall-emissjonijiet koperti minn mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju. Kwalunkwe miżura jew appoġġ mogħti abbażi ta’ parametru li jintuża biex jiġi stabbilit l-obbligu li jitħallas prezz tal-karbonju u li effettivament inaqqas l-obbligu li jitħallas il-prezz tal-karbonju jenħtieġ li jitqies bħala kumpens għal dak l-għan. Dan jinkludi sitwazzjonijiet meta parti mill-emissjonijiet koperti mill-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju tkun eżentata minn ħlas effettiv, bħal permezz ta’ kwoti bla ħlas, l-emissjonijiet koperti minn linja bażi ta’ intensità stabbilita skont skema ta’ linja bażi u ta’ kreditu, l-emissjonijiet eżentati mill-ħlas tal-prezz tal-karbonju jew miżuri oħra li jeżentaw parti mill-emissjonijiet mill-obbligu li jitħallas prezz tal-karbonju. Jenħtieġ li jitqies ukoll kwalunkwe tnaqqis fil-prezz mogħti jew kwalunkwe rifużjoni għall-prezz imħallas lill-operaturi, kif ukoll kwalunkwe kumpens monetarju.

(20)

Sabiex tiġi żgurata ekwivalenza wiesgħa ma’ kif l-użu tad-dħul mill-EU ETS jista’ parzjalment jiġi investit mill-ġdid permezz tal-Fond għall-Innovazzjoni fl-installazzjonijiet soġġetti għall-EU ETS u sabiex jittieħed kont tal-investiment mill-ġdid leġittimu tad-dħul mill-prezz tal-karbonju għall-finanzjament ta’ miżuri klimatiċi, jenħtieġ li d-dħul minn mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li jiġi investit mill-ġdid fid-dekarbonizzazzjoni ta’ installazzjoni ta’ operatur ma jitqiesx bħala kumpens għall-prezz tal-karbonju mħallas. Dan jenħtieġ li japplika dment li l-operaturi kollha soġġetti għall-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw mill-appoġġ, li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni bla bżonn bejn l-operaturi, li d-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli għall-għoti tas-sussidji tkun pubblika u li s-sussidji jintużaw b’mod effettiv għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-installazzjoni benefiċjarja.

(21)

Sabiex jiġi żgurat li l-prezz tal-karbonju inkorporat fil-prekursuri mixtrija jiġi ddeterminat b’mod konsistenti u verifikabbli, huwa xieraq li d-dikjarazzjonijiet relatati ma’ tali prekursuri jkunu bbażati fuq ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni għall-installazzjoni li tipproduċihom. Sabiex tiġi ffaċilitata d-dikjarazzjoni tal-prezz tal-karbonju, meta l-fornitur ma jagħmilx ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni disponibbli għall-operatur, jenħtieġ li l-operaturi jkunu jistgħu jużaw il-prezz tal-karbonju prestabbilit rilevanti li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2023/956.

(22)

Sabiex tiġi ffaċilitata d-determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-emissjonijiet indiretti tal-oġġetti u minħabba li r-rapportar tal-emissjonijiet indiretti huwa bbażat b’mod prestabbilit fuq valuri tal-emissjonijiet prestabbiliti, huwa xieraq li l-operaturi jkunu jistgħu jużaw il-prezz tal-karbonju prestabbilit rilevanti li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli skont l-Artikolu 9(4) ta’ dak ir-Regolament.

(23)

Sabiex tiġi żgurata konverżjoni konsistenti u oġġettiva f’euro tal-prezzijiet tal-karbonju mħallsa f’muniti barranin għal perjodu ta’ rapportar partikolari, huwa xieraq li l-konverżjoni tkun ibbażata fuq rati tal-kambju medji annwali għal dak il-perjodu. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika r-rati tal-kambju medji annwali għal kull sena ta’ rapportar sal-bidu ta’ kull sena ta’ wara, abbażi tar-rati tal-kambju ppubblikati għal dak il-perjodu mill-Bank Ċentrali Ewropew jew, fejn xieraq, mill-Eurostat.

(24)

Sabiex jiġi kkalkolat it-tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti li jikkorrispondi għall-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-oġġetti ddikjarati, huwa neċessarju li jiġi stabbilit prezz ta’ referenza annwali taċ-ċertifikati CBAM. Jenħtieġ li dan il-prezz ta’ referenza annwali jkun ibbażat fuq il-prezz taċ-ċertifikati CBAM matul is-sena tal-importazzjoni. Għal raġunijiet ta’ trasparenza u konsistenza mal-prezz ta’ referenza mħallas mid-dikjaranti tas-CBAM awtorizzati li jixtru ċertifikat tas-CBAM, jenħtieġ li dan il-prezz ta’ referenza jkun ibbażat fuq il-prezz medju taċ-ċertifikati CBAM ippubblikati għas-sena tal-importazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2548 (5).

(25)

Sabiex jiġi żgurat li l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-oġġetti prodotti jkun jista’ jiġi ċċertifikat u traċċat lura għad-data u għall-kalkoli sottostanti, huwa xieraq li l-operatur tal-installazzjoni li tipproduċi l-oġġetti jfassal rapport dwar il-prezz tal-karbonju li jistabbilixxi l-passi ewlenin tal-kalkolu u l-informazzjoni użati għal kull oġġett prodott. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u jiġi ffaċilitat l-ipproċessar minn persuni indipendenti u minn awtoritajiet kompetenti, dan ir-Regolament jipprevedi l-użu ta’ mudell elettroniku standard u ta’ lingwa ta’ ħidma waħda għal dak ir-rapport.

(26)

Meta operatur ta’ installazzjoni jkun intitolat għal ribassi jew għal forom oħra ta’ kumpens iżda ma jipprovdix evidenza tal-ammont jew tal-livell ta’ dak il-kumpens, ma jkunx jista’ jiġi stabbilit il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas u jenħtieġ li dan ma jiġix iċċertifikat. Madankollu, peress li xi ribassi u forom oħra ta’ kumpens skont mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jistgħu jingħataw fi żminijiet differenti wara li jiġu rrilaxxati l-emissjonijiet, inkluż wara li jkunu dovuti d-dikjarazzjonijiet tas-CBAM, jenħtieġ li l-operaturi jkunu jistgħu jippreżentaw evidenza tal-livell jew tal-ammont tal-kumpens kif stabbilit uffiċjalment mill-awtorità rilevanti jew tal-livell massimu dovut jew tal-ammont massimu dovut. Meta operatur ta’ installazzjoni soġġetta għal mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jkun intitolat għal forma ta’ kumpens iżda jista’ jipprova, abbażi ta’ konferma formali bil-miktub mill-awtoritajiet rilevanti, li ma jkunx talabha jew li t-talba tkun ġiet miċħuda, jenħtieġ li meta jiġi ddeterminat il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas ma jitqiesx dak ir-ribass jew dik il-forma oħra ta’ kumpens.

(27)

Sabiex jiġi żgurat li l-ħlas reali ta’ prezz tal-karbonju jkun jista’ jiġi ċċertifikat b’mod affidabbli b’mod proporzjonat għall-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-evidenza tal-ħlas reali tiddependi fuq id-dokumentazzjoni normalment disponibbli għall-operaturi ta’ installazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal prezz tal-karbonju, filwaqt li jitqiesu t-tipi differenti ta’ obbligi ta’ konformità. Jenħtieġ li l-evidenza tal-ħlas reali tkun relatat mal-emissjonijiet tal-installazzjonijiet li jipproduċu l-oġġetti u tkun tkopri l-istess perjodu bħall-perjodu ta’ rapportar użat għall-kalkolu u għall-verifika tal-emissjonijiet integrati fl-installazzjoni. Jenħtieġ li d-dikjarant iżomm l-evidenza tal-ħlas reali fil-forma ta’ rapport dwar il-prezz tal-karbonju mħejji mill-operatur, u ċċertifikat mill-persuna indipendenti li tkun aċċessat l-evidenza primarja meħtieġa pprovduta mill-operatur ta’ pajjiż terz.

(28)

Sabiex jiġi żgurat li l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas ikun jista’ jiġi ċċertifikat b’mod affidabbli u proporzjonat fit-tipi differenti ta’ sistemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, jenħtieġ li l-evidenza tal-prezz effettivament imħallas normalment tikkonsisti fil-prezz medju annwali tas-suq, ikkalkolat abbażi tal-prezz medju ponderat tal-irkant, jew jekk dan ma jkunx disponibbli, il-medja annwali tal-prezz tas-suq sekondarju, flimkien mal-evidenza ta’ unitajiet ta’ konformità, bħal kwoti, ċeduti mill-operatur għall-emissjonijiet korrispondenti, kif ukoll evidenza tal-emissjonijiet totali rrapportati u kkonfermati skont is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Inkella, jenħtieġ li jkun possibbli għall-operaturi li jipprovdu evidenza tal-prezz tal-karbonju mħallas abbażi tal-prezz tal-unitajiet ta’ konformità mixtrija. Sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet fit-traċċar tal-unitajiet ta’ konformità reali mixtrija lill-unitajiet ta’ konformità reali ċeduti u biex jitqies il-fatt li l-operatur jista’ jixtri unitajiet ta’ konformità qabel il-perjodu ta’ konformità, jenħtieġ li l-prezz tal-karbonju jkun ibbażat fuq il-medja tal-prezz tax-xiri għall-unitajiet ta’ konformità kollha li kienu fil-kont tal-operatur tar-reġistru tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar rilevanti għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-applikazzjoni tar-regoli li jappartjenu għall-possibbiltà li l-operaturi jirrapportaw prezz ibbażat fuq l-unitajiet ta’ konformità mixtrija, biex jiġi żgurat li din il-possibbiltà tkun proporzjonali għall-kapaċità tal-persuna indipendenti li tiċċertifika l-evidenza tal-prezz effettiv imħallas.

(29)

Meta dak il-prezz jieħu l-forma ta’ taxxa, ta’ imposta jew ta’ tariffa mħallsa direttament mill-operatur, jenħtieġ li l-evidenza tinkludi rekords uffiċjali, b’mod partikolari mill-awtoritajiet tat-taxxa jew minn awtoritajiet kompetenti oħra, u jenħtieġ li tirrifletti kwalunkwe varjazzjoni fir-rata tat-taxxa, tal-imposta jew tat-tariffi matul il-perjodu ta’ rapportar.

(30)

Sabiex tappoġġa l-valutazzjoni mwettqa mill-persuna indipendenti tat-tip ta’ evidenza eliġibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika gwida qabel tmiem is-sena 2026, u taġġornaha regolarment minn hemm ’il quddiem biex tindika fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż l-evidenza dokumentarja li tista’ titqies li tissodisfa r-rekwiżiti tal-evidenza stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(31)

Skont ir-Regolament (UE) 2023/956, il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament għandhom jakkreditaw lill-persuni ġuridiċi biex iwettqu l-verifika tal-emissjonijiet integrati kkalkolati abbażi tal-valuri reali. Iċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati fl-ambitu tas-CBAM hija attività komparabbli mal-verifika u li tikkonsisti f’rieżami tal-ambitu tal-emissjonijiet koperti skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju, tal-attribuzzjoni tal-emissjonijiet tal-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju għall-oġġetti tas-CBAM u d-determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-emissjonijiet integrati fl-oġġetti tas-CBAM. Iċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju hija marbuta b’mod inseparabbli mal-verifika tal-emissjonijiet integrati. L-integrità u l-kwalità taċ-ċertifikazzjoni huma ta’ importanza kruċjali biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tat-tnaqqis tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas u tal-aġġustament finanzjarju mħallas minn dikjaranti awtorizzati tas-CBAM. Sabiex jiġi żgurat li l-kompitu taċ-ċertifikazzjoni tal-evidenza dwar il-prezz tal-karbonju jitwettaq minn entitajiet kwalifikati kif xieraq, jenħtieġ li l-persuni indipendenti li jiċċertifikaw l-evidenza dwar il-prezz tal-karbonju jkunu meħtieġa jiksbu akkreditament għal ambitu ta’ akkreditament relatat maċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas, u jenħtieġ li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament jkunu meħtieġa jivverifikaw li persuni indipendenti jkollhom il-kompetenza neċessarja għal dak l-għan. Din il-kwalifika se żżid il-kwalità taċ-ċertifikazzjoni u tnaqqas il-probabbiltà ta’ penali li jiffaċċjaw id-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM minħabba ċ-ċediment ta’ għadd żbaljat ta’ ċertifikati CBAM skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2023/956. Se tiżgura wkoll li l-operaturi jkunu jistgħu jiddependu fuq l-istess persuna ġuridika għall-verifika tal-emissjonijiet integrati u għaċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju, tissimplifika l-proċeduri ta’ applikazzjoni għall-verifika u għaċ-ċertifikazzjoni, u tissimplifika t-tfassil tar-reġistru tas-CBAM.

(32)

B’deroga, biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ persuni indipendenti matul l-ewwel sentejn soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas, u li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament jkollhom biżżejjed żmien biex jivvalutaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ akkreditament u biex jagħtu akkreditament, jenħtieġ li l-verifikaturi tas-CBAM jingħataw fuq bażi temporanja l-possibbiltà li jwettqu ċ-ċertifikazzjoni mingħajr ma jkunu meħtieġa jiksbu akkreditament. Il-verifikaturi tas-CBAM urew il-kompetenza u l-għarfien tagħhom fl-applikazzjoni tal-metodoloġija tas-CBAM u tar-rekwiżiti ta’ verifika kif ukoll l-indipendenza tagħhom.

(33)

Jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni mwettqa mill-verifikaturi tas-CBAM fil-kuntest ta’ din il-possibbiltà temporanja jiġu skrutinizzati mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti bħala parti mir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2023/956. Meta awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni, abbażi tar-rieżami tax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni, ikollha dubji leġittimi dwar il-korrettezza tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni, l-istatus ta’ persuna indipendenti għandu jiġi rrevokat, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-verifikatur tas-CBAM japplika għal akkreditament ma’ korp nazzjonali ta’ akkreditament. Jenħtieġ li, fi tmiem is-sena 2027, il-Kummissjoni tqis il-proċess ta’ akkreditament ta’ persuni indipendenti u d-disponibbiltà ta’ persuni indipendenti biex jissodisfaw id-domanda għaċ-ċertifikazzjoni.

(34)

Sabiex jitqiesu l-istandards applikabbli internazzjonalment u tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni bla bżonn tal-proċeduri, jenħtieġ li jitqiesu l-aħjar prattiki żviluppati permezz tal-applikazzjoni tal-istandards armonizzati rilevanti dwar l-attivitajiet ta’ validazzjoni u ta’ verifika adottati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni wara talba magħmula mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) . Għalhekk, jenħtieġ li persuni indipendenti jkunu meħtieġa jikkonformaw ma’ ċerti standards armonizzati bħala parti mill-attività ta’ ċertifikazzjoni tagħhom, ikkomplementati minn rekwiżiti speċifiċi addizzjonali dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas.

(35)

Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà taċ-ċertifikazzjoni, huwa neċessarju li persuni indipendenti jwettqu xogħolhom b’mod indipendenti u jieħdu miżuri biex jipprevjenu sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tagħhom tista’ tiġi kompromessa fir-rigward tal-operaturi ta’ installazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, l-awtoritajiet kompetenti tas-CBAM, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għar-regolamentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju fil-pajjiż terz, jew id-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM.

(36)

Sabiex tiġi żgurata l-kwalità taċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament jivvalutaw bħala parti mill-attivitajiet ta’ akkreditament u ta’ sorveljanza tagħhom jekk persuni indipendenti, inklużi l-membri tat-tim ta’ ċertifikazzjoni, humiex qegħdin jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kompetenza li huma speċifiċi għaċ-ċertifikazzjoni tar-rapport dwar il-prezz tal-karbonju. Bħala parti mill-attivitajiet tagħhom, jenħtieġ li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament jivverifikaw jekk persuni indipendenti jirċevux l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu ċ-ċertifikazzjoni u li jwettqu l-kontrolli neċessarji kollha għal dak l-għan. Jenħtieġ li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament jivverifikaw ukoll jekk persuni indipendenti jibbażawx b’mod xieraq fuq ir-rapport ta’ verifika dwar l-emissjonijiet integrati, fuq ir-rapporti ta’ ċertifikazzjoni għall-prekursuri użati iżda mhux prodotti fl-installazzjoni, u fuq l-evidenza pprovduta mill-awtoritajiet responsabbli għall-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju.

(37)

Sabiex tkun tista’ turi li l-emissjonijiet integrati ddikjarati kienu soġġetti għal prezz tal-karbonju effettivament imħallas, jenħtieġ li l-persuna indipendenti jkollha aċċess għad-data neċessarja. Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jista’ jinkludi żjara fuq il-post fil-postijiet fejn jiġi kkalkolat il-prezz tal-karbonju u tinħażen l-evidenza relatata, b’mod partikolari meta ma jkunx disponibbli aċċess mill-bogħod suffiċjenti għad-data u l-evidenza jew meta r-riskju ta’ dikjarazzjonijiet skorretti materjali jkun għoli wisq. Jenħtieġ li l-persuna indipendenti tinnotifika lill-operatur dwar kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta jew nuqqas ta’ konformità identifikat sabiex ikun jista’ jiġi kkoreġut. Fejn jibqgħu mhux ikkoreġuti, jenħtieġ li l-persuna indipendenti tivvaluta jekk tali dikjarazzjonijiet skorretti jew nuqqas ta’ konformità, individwalment jew meta aggregati, għandhomx impatt materjali fuq id-data rrapportata.

(38)

Sabiex il-persuna indipendenti tiġi appoġġata fil-valutazzjoni ta’ jekk dikjarazzjoni skorretta jew nuqqas ta’ konformità għandux impatt materjali fuq l-emissjonijiet totali rrapportati għall-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jew fuq il-prezz totali tal-karbonju attribwit għal oġġett, huwa xieraq li jiġi ddeterminat livell ta’ materjalità li jirrifletti l-bilanċ bejn il-kumplessità u n-novità tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni tas-CBAM u l-akkuratezza tal-kalkoli. Sabiex jiġu żgurati sinerġiji u approċċi armonizzati mal-verifika tal-emissjonijiet integrati, jenħtieġ li l-perċentwal stabbilit għal-livell ta’ materjalità jiġi allinjat ma’ dak applikabbli skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2546 (7).

(39)

Jenħtieġ li ċ-ċertifikazzjoni tipprovdi aċċertament raġonevoli li l-prezz tal-karbonju rrapportat fir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur ma jkunx materjalment iddikjarat b’mod skorrett u li r-rapport tal-operatur huwa affidabbli, sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tat-tnaqqis tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas. Għal dak l-għan, jenħtieġ li persuni indipendenti joħorġu rapport ta’ ċertifikazzjoni li jkun dettaljat biżżejjed biex jippermetti lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament jivverifika li ċ-ċertifikazzjoni tkun twettqet f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli. Jenħtieġ li l-persuna indipendenti żżomm ukoll dokumentazzjoni interna taċ-ċertifikazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja dwar l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni mwettqa.

(40)

Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti bil-kompetenza u l-għarfien neċessarji biex jiċċertifikaw il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas biss ikunu akkreditati, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar is-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-akkreditament.

(41)

Biex jiġu evitati d-duplikazzjoni tal-proċessi u piż amministrattiv eċċessiv filwaqt li tinżamm ir-robustezza tal-proċess ta’ akkreditament, jenħtieġ li l-persuni legali li diġà huma akkreditati għal grupp rilevanti ta’ attivitajiet skont is-CBAM skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2551 (8) jew skont l-EU-ETS skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (9) ikunu jistgħu japplikaw għal estensjoni tal-ambitu tal-akkreditament tagħhom għaċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas.

(42)

Sabiex jiġi żgurat li l-persuni indipendenti jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalifika applikabbli, jenħtieġ li r-regoli jispeċifikaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza li għandhom jitwettqu mill-korpi nazzjonali ta’ akkreditament. Meta s-sorveljanza turi li persuna indipendenti ma għadhiex tissodisfa dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri amministrattivi xierqa, bħas-sospensjoni, l-irtirar jew it-tnaqqis tal-ambitu tal-akkreditament, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-integrità tas-sistema ta’ akkreditament.

(43)

Għall-fini li tinkiseb esperjenza prattika fix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni mwettaq f’pajjiżi terzi skont dan ir-Regolament, inkluż dwar il-mekkaniżmi applikabbli tal-prezzijiet tal-karbonju u r-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens, il-korpi nazzjonali tal-akkreditament li għadhom ma fetħux akkreditament għaċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas jistgħu, matul l-ewwel sentejn soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas, iwettqu attivitajiet ta’ osservazzjoni tal-verifikaturi tas-CBAM li huma jkunu akkreditaw. Tali attivitajiet ta’ osservazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala attività ta’ akkreditament u l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament ma għandhomx jitqiesu bħala responsabbli għas-sorveljanza tax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni.

(44)

Ir-Regolament (UE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu l-ekwivalenza tas-servizzi pprovduti mill-korpi nazzjonali ta’ akkreditament li jkunu għaddew b’suċċess minn evalwazzjoni bejn il-pari, u għandhom jaċċettaw ċertifikati ta’ akkreditament u rapporti ta’ ċertifikazzjoni maħruġa minn persuni indipendenti akkreditati minn dawk il-korpi. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni bla bżonn tal-valutazzjonijiet u tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament li jkunu diġà għaddew jew li jkunu bdew tali evalwazzjoni bejn il-pari għall-fini tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti u jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jgħaddu minn evalwazzjoni bejn il-pari ġdida skont dan ir-Regolament.

(45)

Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva ta’ persuni indipendenti minn korpi nazzjonali ta’ akkreditament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn persuni indipendenti u l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament li jkunu akkreditawhom, bejn il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni.

(46)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni ta’ persuni indipendenti fir-reġistru tas-CBAM skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3210 (11) tkun affidabbli u aġġornata, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jirrikjedu li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe akkreditament ta’ persuni indipendenti u dwar bidliet fl-informazzjoni dwar l-akkreditament.

(47)

Sabiex jappoġġaw ir-rieżami tat-tnaqqis fl-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM minħabba l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas, jenħtieġ li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament u l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw l-informazzjoni perjodikament, b’mod partikolari dwar l-attivitajiet ippjanati għal persuni indipendenti u r-riżultati tal-kontrolli mwettqa fuq dawk l-attivitajiet. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkondividu dik l-informazzjoni mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra permezz tar-reġistru tas-CBAM. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jinformaw ukoll lill-korpi nazzjonali ta’ akkreditament bis-sejbiet rilevanti tar-rieżami tad-dikjarazzjonijiet tas-CBAM, bl-użu ta’ mudell elettroniku standard, sabiex jappoġġaw l-attivitajiet ta’ akkreditament tagħhom.

(48)

Meta d-data personali tiġi pproċessata fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u, fejn rilevanti, ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(49)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma relatati mal-prezz medju annwali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati mill-1 ta’ Jannar 2026. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

(50)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fid-29 ta’ Lulju 2026.

(51)

Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mhux aktar tard minn Diċembru 2027. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel l-isforzi kollha meħtieġa, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, biex tirrieżamina u taġġorna fejn meħtieġ il-lista ta’ mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju bil-ħsieb li tkopri kemm jista’ jkun mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju.

(52)

Il-Kumitat tas-CBAM ma ta l-ebda opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward ta’:

(a)

id-determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-emissjonijiet integrati ta’ kull oġġett, u l-użu ta’ prezzijiet tal-karbonju prestabbiliti annwali għall-prekursuri u l-emissjonijiet indiretti;

(b)

il-konverżjoni f’euro, bir-rata tal-kambju medja annwali, tal-prezzijiet tal-karbonju espressi f’munita barranija;

(c)

il-kalkolu tat-tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti;

(d)

l-evidenza meħtieġa biex jintwera li l-prezz tal-karbonju jkun tħallas effettivament;

(e)

il-modi li bihom għandhom jitqiesu r-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens li jnaqqsu l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas meta jiġi ddeterminat dak il-prezz tal-karbonju;

(f)

il-kwalifiki tal-persuna indipendenti msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2023/956 li tiċċertifika l-evidenza msemmija fl-Artikolu 7 (il-“persuna indipendenti”) u l-kundizzjonijiet biex jiġu aċċertati l-kwalifiki u l-indipendenza ta’ dik il-persuna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2546, fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551, bl-eċċezzjoni tal-punti (3), u (8) sa (12), u fl-Artikolu 1 u fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547. Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll:

(1)

“persuna indipendenti” tfisser persuna ġuridika li tkun qed tiċċertifika r-rapport dwar il-prezz tal-karbonju;

(2)

“ċertifikazzjoni” tfisser l-attivitajiet imwettqa minn persuna indipendenti, fil-qafas tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament u tal-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1, għall-fini tal-ħruġ ta’ rapport ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 19;

(3)

“mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju” tfisser taxxa fuq il-karbonju, tariffa tal-karbonju jew imposta fuq il-karbonju, jew sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet;

(4)

“ambitu tal-akkreditament” tfisser il-grupp ta’ attività tas-CBAM stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament li għalih jintalab jew ikun ingħata akkreditament;

(5)

“sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ linja bażi u ta’ kreditu” tfisser il-forma ta’ sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fejn linja bażi hija stabbilita bħala limitu tal-emissjonijiet li taħtu ma jkun dovut l-ebda prezz tal-karbonju u jinħarġu krediti ta’ emissjonijiet negozjabbli lil entitajiet li jemettu inqas mil-linja bażi, u fejn il-krediti tal-emissjonijiet iridu jinxtraw minn entitajiet li jemettu aktar mil-linja bażi;

(6)

“aċċertament raġonevoli” tfisser livell għoli ta’ garanzija iżda mhux livell assolut tagħha, espress b’mod pożittiv fl-opinjoni ta’ ċertifikazzjoni, dwar jekk ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur ikunx ħieles minn dikjarazzjoni skorretta materjali jew le;

(7)

“livell ta’ aċċertament” tfisser il-grad ta’ aċċertament li l-persuna indipendenti tipprovdi fuq ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni abbażi tal-objettiv li jitnaqqas ir-riskju ta’ ċertifikazzjoni skont iċ-ċirkostanzi tal-impenn ta’ ċertifikazzjoni;

(8)

“dikjarazzjoni skorretta” tfisser ommissjoni, rappreżentazzjoni ħażina jew żball fir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur;

(9)

“dikjarazzjoni skorretta materjali” tfisser dikjarazzjoni skorretta li, jew individwalment jew meta tiġi aggregata ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħra, taqbeż il-livell ta’ materjalità jew, abbażi tal-ġudizzju espert tal-persuna indipendenti, minħabba d-daqs u n-natura tagħha, jista’ jkollha impatt fuq il-prezz tal-karbonju effettiv totali rrapportat jew informazzjoni rilevanti oħra;

(10)

“livell ta’ materjalità” tfisser is-soll kwantitattiv jew il-punt ta’ limitu li, jekk jinqabeż, il-persuna indipendenti tqis li d-dikjarazzjonijiet skorretti, jew individwalment jew meta aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħra, ikunu materjali;

(11)

“awditur ewlieni taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM” tfisser awditur responsabbli mid-direzzjoni u mis-superviżjoni tat-tim ta’ ċertifikazzjoni, li huwa responsabbli li jwettaq u jirrapporta dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ rapport dwar il-prezz tal-karbonju ta’ operatur;

(12)

“awditur taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM” tfisser membru ta’ tim ta’ ċertifikazzjoni li jkun responsabbli għat-twettiq ta’ ċertifikazzjoni tar-rapport dwar il-prezz tal-karbonju ta’ operatur;

(13)

“unità ta’ konformità” tfisser kwota jew kreditu maħruġ fil-qafas ta’ sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet regolata u użat biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità skont dik is-sistema.

KAPITOLU II

KONVERŻJONI TAL-PREZZ TAL-KARBONJU MĦALLAS FI TNAQQIS KORRISPONDENTI FL-GĦADD TA’ ĊERTIFIKATI CBAM LI GĦANDHOM JIĠU ĊEDUTI

Artikolu 3

Determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-emissjonijiet integrati ta’ kull oġġett

1.   L-operatur għandu jiddetermina l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-emissjonijiet integrati attribwiti għal kull oġġett prodott mill-installazzjoni f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I.

2.   Għad-determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas, l-operatur għandu jqis kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens speċifikat f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Anness I.

3.   Il-perjodu ta’ rapportar għad-determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għandu jkun l-istess bħall-perjodu ta’ rapportar imsemmi fir-rapport ta’ verifika skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2546.

4.   Meta l-emissjonijiet integrati jkunu soġġetti għal mekkaniżmi differenti tal-prezzijiet tal-karbonju, il-prezzijiet tal-karbonju effettivament imħallsa skont dawk il-mekkaniżmi għandhom jiġu aggregati għal kull oġġett prodott mill-installazzjoni f’konformità mal-punt 7.3 tal-Anness I.

Artikolu 4

Tipi ta’ mekkaniżmi tal-prezzijiet tal-karbonju

1.   Il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li taħtu effettivament jitħallas il-prezz tal-karbonju għandu jikkonsisti jew f’:

(a)

sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, inkluża sistemi abbażi tal-livelli ta’ referenza u ta’ kreditu; jew

(b)

taxxa, imposta jew tariffa fuq il-karbonju, fil-forma ta’:

(1)

taxxa, imposta jew tariffa fuq il-karbonju bbażata fuq il-fjuwil, jew

(2)

taxxa, imposta jew tariffa fuq il-karbonju minn sors punt.

2.   Il-mekkaniżmi tal-prezzijiet tal-karbonju elenkati fl-Anness II għandhom jitqiesu li jissodisfaw id-definizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1.

3.   Meta mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju ma jkunx elenkat fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dak il-mekkaniżmu jissodisfax id-definizzjoni skont il-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, tikkunsidra l-inklużjoni ta’ dak il-mekkaniżmu fl-Anness II permezz ta’ reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha torganizza kif xieraq, inkluż fuq talba minn awtorità kompetenti, skambji mal-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb li tikkondividi informazzjoni dwar il-mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju mhux elenkati fl-Anness II, tivvaluta l-fatturi ta’ riskju u l-punti għall-attenzjoni, u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tar-regoli skont dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Użu ta’ prezzijiet tal-karbonju prestabbiliti għall-prekursuri u għall-emissjonijiet indiretti

1.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-emissjonijiet integrati ta’ prekursur prodott barra mill-installazzjoni, f’konformità mal-punt 6.2 tal-Anness I, l-operatur jista’ juża l-prezz tal-karbonju prestabbilit applikabbli li l-Kummissjoni għamlet disponibbli skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2023/956.

2.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-emissjonijiet indiretti ta’ oġġett li ma huwiex elenkat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/956, f’konformità mal-punt 3.2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, l-operatur jista’ juża l-prezz tal-karbonju prestabbilit applikabbli li l-Kummissjoni għamlet disponibbli skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2023/956.

Artikolu 6

Konverżjoni tal-prezz tal-karbonju f’euro

1.   F’konformità mal-punt 7.1 tal-Anness I, l-operatur għandu jikkonverti f’euro l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għal kull oġġett prodott mill-installazzjoni, bl-użu tar-rata tal-kambju medja annwali għas-sena tal-perjodu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3.

2.   Għal dak l-għan, l-operatur għandu juża r-rati tal-kambju medji annwali ppubblikati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 3.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rati tal-kambju medji annwali, billi tuża r-rati tal-kambju ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew jew, meta xieraq, mill-Eurostat. Meta ma tkun disponibbli l-ebda rata tal-kambju medja annwali għal munita partikolari, il-Kummissjoni għandha tuża l-aktar informazzjoni affidabbli u disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 7

Kalkolu tat-tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti

1.   Għal kull oġġett g, it-tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

—

ReductionActualCarbonPriceg hija t-tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati li għandhom jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas;

—

€EFF_CPg tfisser il-prezz effettiv tal-karbonju, espress f’euro għal kull tunnellata ta’ oġġett jew għal kull MWh, kif inkluż fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 19;

—

Ref Price CBAM tfisser il-prezz ta’ referenza annwali taċ-ċertifikati CBAM, espress f’euro għal kull tunnellata ta’ CO2e għas-sena tal-importazzjoni;

—

Qg tfisser il-kwantità ta’ oġġett g iddikjarat, espressa f’tunnellati jew MWh.

2.   Għal kull oġġett g, it-tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz tal-karbonju prestabbilit għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

—

ReductionDefaultCarbonPriceg huwa t-tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati li għandhom jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq oġġett g irrapportat abbażi ta’ prezz tal-karbonju prestabbilit;

—

€DCP tfisser il-prezz tal-karbonju prestabbilit annwali applikabbli magħmul disponibbli mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2023/956, rilevanti għall-oġġett, espress f’euro għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

SEEg tfisser l-emissjonijiet integrati ddikjarati tal-oġġett, li jikkorrispondu jew għall-emissjonijiet integrati speċifiċi reali, b’distinzjoni bejn l-emissjonijiet diretti, indiretti u l-emissjonijiet ta’ prekursuri fejn rilevanti, jew għall-valur prestabbilit użat għall-oġġett, espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata jew għal kull MWh ta’ oġġett;

—

Ref Price CBAM tfisser il-prezz ta’ referenza annwali taċ-ċertifikati CBAM, espress f’euro għal kull tunnellata ta’ CO2e għas-sena tal-importazzjoni;

—

Qg tfisser il-kwantità ta’ oġġett g iddikjarata, espressa f’tunnellati jew MWh.

Meta l-emissjonijiet integrati ddikjarati jkunu bbażati fuq valuri reali, il-formula għandha tapplika għal kull parti rilevanti tal-emissjonijiet integrati ta’ oġġett, inklużi l-emissjonijiet diretti, l-emissjonijiet indiretti u l-emissjonijiet tal-prekursuri. Għaldaqstant, it-tnaqqis totali fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM għal kull oġġett għandu jkun is-somma tat-tnaqqis għal kull waħda mill-emissjonijiet diretti, l-emissjonijiet indiretti u l-emissjonijiet ta’ prekursuri.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-prezz ta’ referenza annwali taċ-ċertifikati CBAM bħala l-medja tal-prezz taċ-ċertifikati CBAM ippubblikati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2548 għal sena ta’ importazzjoni partikolari. Dik il-medja għandha tiġi aġġustata għall-eqreb ċenteżmu.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-prezz ta’ referenza annwali fir-reġistru tas-CBAM.

Meta l-prezz ta’ referenza annwali jkun għadu ma jistax jiġi stabbilit abbażi tal-prezzijiet trimestrali kollha jew tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa kollha taċ-ċertifikati CBAM ippubblikati għal sena tal-importazzjoni partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-prezz ta’ referenza annwali bħala l-medja tal-prezzijiet taċ-ċertifikati CBAM ippubblikati matul dik is-sena.

KAPITOLU III

EVIDENZA TAL-PREZZ TAL-KARBONJU EFFETTIVAMENT IMĦALLAS

Artikolu 8

Rapport dwar il-prezz tal-karbonju

1.   L-operatur għandu jfassal rapport dwar il-prezz tal-karbonju ta’ operatur abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, bl-użu tal-mudell elettroniku magħmul disponibbli mill-Kummissjoni permezz tar-reġistru tas-CBAM u li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III.

2.   Meta l-operatur ikun irreġistrat fir-reġistru tas-CBAM skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2023/956, huwa għandu jibgħat ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur lill-persuna indipendenti permezz ta’ dak ir-reġistru.

Meta l-operatur ma jkunx irreġistrat fir-reġistru tas-CBAM, huwa għandu jibgħat ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur lill-persuna indipendenti b’mezzi xierqa oħra.

3.   L-operatur għandu jfassal ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur bl-Ingliż.

Artikolu 9

Ribassi u forom oħra ta’ kumpens

1.   Meta jkun qiegħed iħejji r-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur, l-operatur għandu jidentifika u jqis wieħed mir-ribassi li ġejjin jew forom oħra ta’ kumpens:

(a)

rata mnaqqsa taħt taxxa, imposta jew tariffa fuq il-karbonju;

(b)

kwalunkwe eżenzjoni tal-kopertura tal-emissjonijiet fil-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju, inklużi:

(1)

l-emissjonijiet assoċjati ma’ kwoti bla ħlas riċevuti mill-operatur;

(2)

l-emissjonijiet li huma taħt linja bażi tal-intensità tal-emissjonijiet skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ linja bażi u ta’ kreditu; u

(3)

l-emissjonijiet eżentati mill-applikazzjoni tat-taxxa, tal-imposta jew tat-tariffa fuq il-karbonju;

(c)

rifużjoni f’valur monetarju li tikkumpensa parzjalment jew totalment il-prezz tal-karbonju mħallas;

(d)

kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens li hija bbażata fuq il-parametri użati fil-metodoloġija stabbilita fl-Anness I biex jiġi stabbilit il-prezz effettiv tal-karbonju mħallas fuq emissjonijiet integrati speċifiċi.

2.   Meta jidentifika r-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens imsemmija fil-paragrafu 1, l-operatur għandu mill-inqas iqis it-tipi ta’ ribassi u l-forom l-oħra ta’ kumpens elenkati fl-Anness II.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, meta l-installazzjoni soġġetta għal mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju tibbenefika minn sussidju ffinanzjat mid-dħul iġġenerat mill-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju u li l-għan tiegħu huwa li jnaqqas l-emissjonijiet tal-installazzjoni, il-valur tas-sussidji ma għandux jitqies bħala ribass jew forma oħra ta’ kumpens biex jiġi stabbilit il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-objettiv tas-sussidju huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni applikabbli għas-sussidji jew fil-programm ta’ finanzjament li jagħti s-sussidji;

(b)

it-tnaqqis immirat tal-emissjonijiet tas-sussidji jiġi vverifikat matul il-proċess tal-applikazzjoni u wara li jkun twettaq l-investiment;

(c)

l-installazzjonijiet kollha soġġetti għall-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jkunu eliġibbli li jibbenefikaw mis-sussidji irrispettivament mill-prezz imħallas minn kull installazzjoni;

(d)

l-installazzjonijiet kollha eliġibbli biex jibbenefikaw mis-sussidji jkunu meħtieġa jissottomettu applikazzjoni sabiex jiksbu s-sussidju;

(e)

id-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli għall-għoti tas-sussidji lil kull installazzjoni tkun pubblika, u l-ammont tas-sussidji jiġi ddivulgat pubblikament; u

(f)

is-sussidju mogħti lill-installazzjoni wassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-installazzjoni benefiċjarja, jew l-installazzjoni benefiċjarja użat is-sussidju biex jittieħdu miżuri konkreti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mad-deċiżjoni tal-awtoritajiet għall-għoti tas-sussidju.

4.   Meta operatur ta’ installazzjoni soġġetta għal mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jkun intitolat għal ribass jew għal forma oħra ta’ kumpens iżda l-operatur ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza tal-ammont tar-ribass jew tal-forma oħra ta’ kumpens li għandu jitnaqqas, l-operatur ma għandux ikun intitolat għal xi tnaqqis mill-prezz tal-karbonju effettivament imħallas.

Madankollu, meta operatur ta’ installazzjoni soġġetta għal mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jkun intitolat għal ribass jew għal forma oħra ta’ kumpens li l-ammont tagħha jkun stabbilit uffiċjalment mill-awtorità rilevanti, jew li l-ammont massimu tiegħu jista’ jiġi aċċertat mill-persuna indipendenti, iżda li jkun għadu ma ġiex riċevut mill-operatur, għandu jitqies l-ammont stabbilit uffiċjalment jew l-ammont massimu tar-ribass jew ta’ forma oħra ta’ kumpens li jkun dovut sabiex jiġi stabbilit il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas.

Barra minn hekk, meta operatur ta’ installazzjoni soġġetta għal mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jkun intitolat għal ribass jew għal forma ta’ kumpens iżda jista’ jipprova, abbażi ta’ konferma formali bil-miktub mill-awtoritajiet rilevanti, li ma jkunx talabha jew li t-talba tkun ġiet miċħuda, dak ir-ribass jew dik il-forma oħra ta’ kumpens ma għandhiex titqies sabiex jiġi ddeterminat il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas.

KAPITOLU IV

KWALIFIKI TAL-PERSUNA INDIPENDENTI U KUNDIZZJONIJIET BIEX JIĠU AĊĊERTATI L-KWALIFIKI U L-INDIPENDENZA TAGĦHA

TAQSIMA 1

Kwalifiki U Indipendenza Tal-Persuni Indipendenti

Artikolu 10

Kwalifiki għall-persuni indipendenti

1.   Għall-fini taċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq emissjonijiet integrati speċifiċi f’konformità mat-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, u għall-finijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2023/956, il-persuna indipendenti għandha tiġi akkreditata għall-ambitu tal-akkreditament relatat maċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Il-persuna indipendenti għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-istandard armonizzat EN ISO/IEC 17029:2019, Valutazzjoni tal-Konformità — Prinċipji u rekwiżiti ġenerali għall-korpi ta’ validazzjoni u ta’ verifika (15).

2.   Il-persuna indipendenti, jew kwalunkwe parti mill-istess entità legali, għandha tkun indipendenti mill-persuni li ġejjin:

(a)

l-operatur soġġett għaċ-ċertifikazzjoni;

(b)

l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2023/956;

(c)

il-Kummissjoni; u

(d)

kwalunkwe awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li hija responsabbli għar-regolamentazzjoni jew għas-superviżjoni ta’ mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li fuqu hija bbażata d-determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas.

3.   Il-persuna indipendenti għandha turi, inkluż lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament, il-kompetenza kontinwa tagħha, u tiżgura li l-awditur ewlieni responsabbli taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM u l-awdituri taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM juru l-kompetenza tagħhom, fil-valutazzjoni tal-evidenza tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq emissjonijiet integrati speċifiċi u fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2.

Meta turi l-kompetenza kontinwa tagħha, il-persuna indipendenti għandha tiżgura li l-awditur ewlieni taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM u l-awdituri taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għarfien tar-rekwiżiti u tal-proċeduri legali u tekniċi applikabbli dwar l-akkreditament, dwar l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u dwar il-kalkolu u l-attribuzzjoni tal-prezz tal-karbonju skont dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/956, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547, u leġiżlazzjoni, standards u linji gwida armonizzati applikabbli oħra;

(b)

il-kapaċità li twettaq l-attivitajiet relatati maċ-ċertifikazzjoni ta’ rapport dwar il-prezz tal-karbonju ta’ operatur kif meħtieġ minn din it-taqsima;

(c)

għarfien u fehim tal-aspetti tekniċi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar speċifiċi għas-settur li huma rilevanti għall-grupp ta’ attività stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(d)

għarfien u fehim tal-applikazzjoni u l-attribuzzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju għall-emissjonijiet integrati speċifiċi.

Barra minn hekk, il-persuna indipendenti għandha tiżgura li t-tim ta’ ċertifikazzjoni jkollu għarfien tal-leġiżlazzjoni dwar il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju u għarfien tar-rekwiżiti dwar ir-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens applikabbli għall-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li għalih ikun soġġett l-operatur.

Artikolu 11

Kwalifika temporanja għall-perjodi ta’ rapportar 2026 u 2027

1.   B’deroga mill-Artikolu 10, il-paragrafu 1, għall-fini tat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni tar-rapporti dwar il-prezzijiet tal-karbonju għall-perjodi ta’ rapportar 2026 u 2027, verifikatur akkreditat skont ir-Regolament Delegat (UE) 2025/2551 għall-grupp rilevanti ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jista’ jagħżel ukoll li jsir persuna indipendenti.

Għal dan l-għan, il-verifikatur għandu jissottometti talba lill-awtorità kompetenti permezz tar-reġistru tas-CBAM biex jiġi assenjat ir-rwol mitlub ta’ persuna indipendenti. Bħala parti mit-talba tiegħu, il-verifikatur għandu jikkonferma li huwa jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Mal-validazzjoni tat-talba tiegħu, il-verifikatur għandu jinnotifika lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament li jkun ta l-akkreditament skont ir-Regolament Delegat (UE) 2025/2551.

2.   Il-persuna indipendenti li tkun ġiet assenjata dan ir-rwol skont il-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u mal-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1, inkluż mar-rekwiżiti ta’ indipendenza u ta’ kompetenza kontinwa.

3.   Il-persuna indipendenti li tkun ġiet assenjata dan ir-rwol skont il-paragrafu 1 għandha tieqaf tkun persuna indipendenti sat-30 ta’ Settembru 2028, u r-rwol tagħha għandu jitneħħa awtomatikament fir-Reġistru CBAM, sakemm ma tkunx ingħatat akkreditament għall-grupp ta’ attività stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Meta l-persuna indipendenti tkun ingħatat akkreditament għall-grupp ta’ attività stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha, f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3210, taġġorna l-informazzjoni kif xieraq.

4.   Qabel it-30 ta’ Settembru 2028, il-persuna indipendenti li tkun ġiet assenjata dan ir-rwol skont il-paragrafu 1 tista’ tissottometti talba lill-awtorità kompetenti, permezz tar-reġistru CBAM, biex tirrevoka r-rwol mogħti skont l-ewwel paragrafu.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka r-rwol mogħti skont l-ewwel paragrafu fil-każijiet li ġejjin:

(a)

il-persuna indipendenti tkun talbet ir-revoka tar-rwol tagħha ta’ persuna indipendenti skont il-paragrafu 4;

(b)

il-korp nazzjonali ta’ akkreditament issospenda jew irtira l-akkreditament skont ir-Regolament Delegat (UE) 2025/2551;

(c)

man-notifika minn awtorità kompetenti jew mill-Kummissjoni li tqis, bħala parti mir-rieżami tagħhom tad-dikjarazzjonijiet tas-CBAM skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2023/956 u tax-xogħol imwettaq mill-persuna indipendenti, li hemm dubji leġittimi fil-korrettezza tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni maħruġ mill-persuna indipendenti.

6.   Ir-revoka tar-rwol ta’ persuna indipendenti skont il-paragrafu 4 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-akkreditament skont ir-Regolament Delegat (UE) 2025/2551 jew għal dan ir-Regolament.

TAQSIMA 2

Obbligi u rekwiżiti operazzjonali tal-persuni indipendenti

Artikolu 12

Ambitu tal-valutazzjoni tal-persuna indipendenti tar-rapport dwar il-prezz tal-karbonju

Matul iċ-ċertifikazzjoni, il-persuna indipendenti għandha tivvaluta b’aċċertament raġonevoli jekk:

(a)

ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur ikunx komplut u jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III;

(b)

l-operatur ikunx aġixxa f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/956 u mal-Kapitoli II u III ta’ dan ir-Regolament;

(c)

effettivament tħallasx prezz tal-karbonju fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi stabbiliti fir-rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet tal-operatur;

(d)

meta applikabbli, ikunx ġie riċevut kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens fir-rigward tal-emissjonijiet integrati speċifiċi;

(e)

ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur ikunx ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

Għall-finijiet tal-punt (e), il-persuna indipendenti għandha tikseb evidenza ċara u oġġettiva mill-operatur biex tappoġġa d-data dwar il-prezz tal-karbonju, filwaqt li tqis l-informazzjoni kollha inkluża fl-evidenza tal-prezz tal-karbonju mħallas, l-attribuzzjoni ta’ data dwar il-prezz tal-karbonju għall-emissjonijiet integrati speċifiċi inklużi fir-rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet tal-operatur u l-evidenza ta’ ribassi jew ta’ forom oħra ta’ kumpens riċevuti relatati mal-emissjonijiet integrati speċifiċi.

Artikolu 13

Informazzjoni li għandha tintalab mill-operaturi

1.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ jekk ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur ikunx ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali u jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, il-persuna indipendenti għandha tikseb mill-operatur mill-inqas l-informazzjoni li ġejja ħlief jekk din l-informazzjoni tkun diġà disponibbli għall-persuna indipendenti bħala riżultat ta’ proċess ta’ verifika f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2023/956:

(a)

l-aktar verżjoni reċenti tal-pjan ta’ monitoraġġ tal-operatur, elaborata f’konformità mal-punt A.5 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547;

(b)

id-dokumentazzjoni rilevanti jew id-deskrizzjoni tal-installazzjoni, tal-proċeduri u tal-proċessi jew tad-dijagrammi sekwenzjali mħejjija u miżmuma aġġornati barra mill-pjan ta’ monitoraġġ, inkluża deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-fluss tad-data tal-operatur, u s-sistema ta’ kontroll tiegħu;

(c)

jekk applikabbli, rekord tal-bidliet kollha magħmula fl-installazzjoni, il-bidliet fil-pjan ta’ monitoraġġ u l-bidliet li jaffettwaw id-data dwar il-prezz tal-karbonju mill-aħħar ċertifikazzjoni;

(d)

ir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547 u r-rapport ta’ verifika korrispondenti skont il-punt 2.17 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551, għall-perjodu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(e)

ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur għall-perjodu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 3(3);

(f)

ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni għall-perjodu ta’ rapportar ta’ qabel il-perjodu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3, jekk ma jkunx iċċertifikat mill-istess persuna indipendenti;

(g)

jekk applikabbli, ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur u r-rapport ta’ ċertifikazzjoni korrispondenti relatati mal-prekursuri użati iżda mhux prodotti fl-installazzjoni;

(h)

ir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jew informazzjoni oħra li tiddikjara l-emissjonijiet koperti mill-prezz tal-karbonju u, jekk applikabbli, ir-rapport ta’ verifika korrispondenti jew il-korrispondenza rilevanti mal-awtorità responsabbli għall-konferma tal-emissjonijiet irrapportati skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju;

(i)

meta applikabbli, informazzjoni dwar kif l-operatur ikun ikkoreġa n-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jew indirizza r-rakkomandazzjonijiet għal titjib li ġew irrapportati fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni dwar il-perjodu ta’ rapportar ta’ qabel il-perjodu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3;

(j)

evidenza tal-prezz tal-karbonju mħallas skont it-Taqsima 3.5 tal-Anness I;

(k)

evidenza ta’ kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens applikabbli skont l-Artikolu 9, u t-Taqsima 3.5 u t-Taqsima 5.3 tal-Anness I, u mill-inqas ta’ dan li ġej:

(1)

il-livell jew il-valur taħt kull ribass jew forma oħra ta’ kumpens;

(2)

li s-sussidji msemmija fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3, jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(3)

kwalunkwe deroga applikabbli skont l-Artikolu 9, il-paragrafu 4, is-subparagrafi 2 u 3;

(l)

evidenza tal-perjodu ta’ rapportar applikabbli u l-attribuzzjoni ta’ data dwar il-prezz tal-karbonju lill-oġġetti f’konformità mat-Taqsima 4.3 tal-Anness I;

L-operatur għandu jipprovdi lill-persuna indipendenti l-informazzjoni mitluba.

2.   L-operatur għandu jissottometti lill-persuna indipendenti r-rapport dwar il-prezz tal-karbonju finali awtorizzat u vvalidat internament. Il-persuna indipendenti ma għandhiex toħroġ ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni ħlief jekk il-persuna indipendenti tkun kisbet dak ir-rapport.

Artikolu 14

Ċertifikazzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas

1.   Il-persuna indipendenti għandha tiċċertifika d-data meħtieġa biex tiddetermina l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi billi tivvaluta l-attribuzzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju u billi tapplika ttestjar dettaljat tad-data, inkluż billi tittraċċa d-data lura għas-sors primarju tad-data, tagħmel kontroverifiki tad-data ma’ sorsi tad-data esterni, twettaq rikonċiljazzjonijiet, tivverifika s-solli fir-rigward ta’ data xierqa u twettaq kalkoli mill-ġdid.

2.   Bħala parti miċ-ċertifikazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1, il-persuna indipendenti għandha mill-inqas tivverifika l-aspetti li ġejjin u, meta dawk il-kontrolli jindikaw dikjarazzjonijiet skorretti jew nuqqas ta’ konformità, għandha taġixxi f’konformità mal-Artikolu 17:

(a)

jekk il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jew il-mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju li huma elenkati fir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju jkunux mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li jissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 4;

(b)

jekk l-emissjonijiet integrati kinux soġġetti għal prezz tal-karbonju minn mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju u, jekk applikabbli, ikunux ġew riċevuti ribassi jew forom oħra ta’ kumpens f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli għal dak il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju;

(c)

jekk hemmx biżżejjed evidenza, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, ta’ prezz tal-karbonju mħallas u ta’ ribassi jew forom oħra ta’ kumpens riċevuti;

(d)

jekk l-applikazzjoni tal-attribuzzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju għal kull oġġett tkunx saret f’konformità mal-Anness I;

(e)

il-validità tal-informazzjoni li tintuża għall-attribuzzjoni ta’ data dwar il-prezz tal-karbonju u ta’ ribassi jew kumpens ieħor riċevut għall-emissjonijiet integrati rrapportati vverifikati;

(f)

evidenza tal-prezz tal-karbonju mħallas u tar-ribassi jew ta’ forma oħra ta’ kumpens riċevuta fir-rigward tal-emissjonijiet totali rrapportati skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju;

(g)

meta d-data dwar il-prezz tal-karbonju tkun ibbażata fuq sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, il-konsistenza tal-emissjonijiet tal-operatur irrapportati u kkonfermati skont dik is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet b’evidenza tal-unitajiet ta’ konformità korrispondenti ċeduti skont dik is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet;

(h)

meta d-data dwar il-prezz tal-karbonju tkun ibbażata fuq sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u l-kwoti jkunu ġew allokati bla ħlas, il-konsistenza tal-kwantità ta’ dawk il-kwoti allokati għal deċiżjonijiet bla ħlas u regolatorji li fihom ikunu nħarġu dawk il-kwoti lill-operatur;

(i)

meta d-data dwar il-prezz tal-karbonju tkun ibbażata fuq sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u l-prezz tal-karbonju jkun ibbażat fuq unitajiet ta’ konformità individwali mixtrija jew prezz fiss li bih jinxtraw unitajiet ta’ konformità, l-evidenza tal-kwantità tal-unitajiet ta’ konformità mixtrija u l-prezz tax-xiri tagħhom fir-rekords finanzjarji tal-operatur;

(j)

meta l-unitajiet ta’ konformità jiġu ċeduti skont is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew it-taxxa, l-imposta jew it-tariffa fuq il-karbonju biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità, jekk dawk l-unitajiet ta’ konformità jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I;

(k)

meta d-data dwar il-prezz tal-karbonju tkun ibbażata fuq taxxa, imposta jew tariffa fuq il-karbonju, il-konsistenza bejn il-kwantità ta’ emissjonijiet minn oġġetti jew fjuwil li tkun soġġetta għal taxxa, imposta jew tariffa fuq il-karbonju u l-evidenza tat-taxxa, l-imposta jew it-tariffa fuq il-karbonju li tkun fil-fatt tħallset fuq dawk l-emissjonijiet, inklużi ftehimiet kuntrattwali mal-fornituri tal-fjuwil, fatturi u evidenza regolatorja tat-taxxa, tal-imposta jew tat-tariffa mħallsa;

(l)

il-konsistenza bejn ir-ribassi totali jew forom oħra ta’ kumpens irrapportati u evidenza ta’ sostenn, u l-konsistenza bejn l-emissjonijiet attribwiti skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju u l-emissjonijiet integrati fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet għad-dipendenza tal-persuna indipendenti fuq il-verifika u fuq iċ-ċertifikazzjoni esterni għall-attribuzzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju

1.   Għall-finijiet tal-verifika tal-attribuzzjoni korretta tad-data dwar il-prezz tal-karbonju għall-emissjonijiet integrati, il-persuna indipendenti għandha tikkonferma li r-rapport ta’ verifika pprovdut mill-operatur skont l-Artikolu 13, il-paragrafu 1, il-punt (d), jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

fiż-żmien meta nħareġ ir-rapport ta’ verifika, l-entità li twettaq l-attivitajiet ta’ verifika kienet verifikatur b’ċertifikat ta’ akkreditament validu, li kien fih l-ambitu tal-akkreditament meħtieġ biex titwettaq il-verifika u li għalih ma kienet tapplika l-ebda miżura amministrattiva skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551;

(b)

id-dikjarazzjoni tal-opinjoni li tinsab fir-rapport ta’ verifika tindika li r-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur huwa vverifikat bħala sodisfaċenti;

(c)

ir-rapport ta’ verifika jkopri l-perjodu ta’ rapportar li matulu ġew prodotti l-oġġetti soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju.

Meta l-persuna indipendenti ma tkunx tista’ tikkonferma li r-rapport ta’ verifika jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-persuna indipendenti ma għandhiex tiċċertifika r-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur.

2.   Meta d-data dwar il-prezz tal-karbonju ċċertifikata tiġi attribwita għall-emissjonijiet integrati ta’ prekursur użat iżda mhux prodott fl-installazzjoni, il-persuna indipendenti għandha tqis l-informazzjoni stabbilita fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni tal-installazzjoni li tipproduċi l-prekursur biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

fiż-żmien meta nħareġ ir-rapport dwar iċ-ċertifikazzjoni, l-entità li twettaq iċ-ċertifikazzjoni kienet persuna indipendenti b’ċertifikat ta’ akkreditament validu, li kien fih l-ambitu tal-akkreditament meħtieġ biex titwettaq iċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas u li għalih ma kienet tapplika l-ebda miżura amministrattiva skont l-Artikolu 27;

(b)

id-dikjarazzjoni tal-opinjoni li tinsab fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni tindika li r-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur huwa ċċertifikat bħala sodisfaċenti;

(c)

ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni tal-installazzjoni li tipproduċi l-prekursur ikopri l-istess perjodu ta’ rapportar bħal dak speċifikat fir-rapport ta’ verifika msemmi fil-paragrafu 1.

Meta l-persuna indipendenti ma tkunx tista’ tqis l-informazzjoni stabbilita fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni tal-installazzjoni li tipproduċi l-prekursur, il-persuna indipendenti tista’ titlob lill-operatur japplika l-prezz tal-karbonju prestabbilit rilevanti msemmi fl-Artikolu 5 għal dak il-prekursur.

3.   Għall-finijiet tal-verifika tal-validità tal-informazzjoni użata għall-attribuzzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju kif imsemmi fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2, il-punt (e), il-persuna indipendenti għandha tiddependi fuq id-data dwar l-emissjonijiet u d-data dwar il-prezz tal-karbonju kif irrapportati u kkonfermati skont il-mekkaniżmu rilevanti tal-prezz tal-karbonju meta tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, skont it-tip ta’ mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju:

(a)

meta mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jirrikjedi evalwazzjoni minn partijiet terzi tal-emissjonijiet tal-prezz tal-karbonju, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

id-data dwar l-emissjonijiet irrapportati tiġi vverifikata minn entità indipendenti awtorizzata mir-regolatur jew akkreditata minn korp ta’ akkreditament ta’ pajjiż terz biex twettaq tali verifika f’konformità mal-istandards rikonoxxuti applikabbli għall-verifika tal-gassijiet serra;

(2)

il-persuna jew l-entità li tkun evalwat b’mod indipendenti d-data dwar l-emissjonijiet irrapportati jkollha ċertifikat validu ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ akkreditament u l-awtorizzazzjoni jew l-akkreditament ma jiġix irtirat jew sospiż fiż-żmien tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika;

(3)

id-data dwar l-emissjonijiet irrapportati tiġi evalwata bħala sodisfaċenti u l-evalwazzjoni korrispondenti tikkonferma li l-ambitu tal-evalwazzjoni jkopri l-flussi tad-data rilevanti kollha.

(b)

meta l-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jirrikjedi kontroll mill-awtorità responsabbli għall-ġestjoni tas-sistema minflok verifika, l-operatur jipprovdi komunikazzjoni formali ta’ aċċettazzjoni mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li twettaq tali kontroll u r-rapport dwar l-emissjonijiet ġie aċċettat.

Meta l-persuna indipendenti ma tkunx tista’ tqis id-data dwar l-emissjonijiet f’konformità ma’ dan is-subparagrafu, il-persuna indipendenti għandha tiċċertifika r-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur bħala mhux sodisfaċenti f’konformità mal-Artikolu 19, il-paragrafu 1, il-punt (b).

Artikolu 16

Aċċess għad-data neċessarja

Il-persuna indipendenti għandha twettaq intervisti u tingħata aċċess għad-data neċessarja biex tiġbor biżżejjed informazzjoni u evidenza li jippermettu lill-persuna indipendenti tikkonkludi jekk ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur ikunx ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

Meta jkun ġustifikat abbażi tal-analiżi tal-persuna indipendenti mwettqa f’konformità mal-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-persuna indipendenti tista’ tiddeċiedi li twettaq żjara fiżika fuq il-post jew il-postijiet fejn jiġi ddefinit il-proċess ta’ attribuzzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju għal emissjonijiet integrati speċifiċi u fejn tinħażen l-evidenza tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas.

Artikolu 17

Indirizzar tad-dikjarazzjonijiet skorretti u tan-nuqqas ta’ konformità

1.   Meta l-persuna indipendenti tidentifika dikjarazzjonijiet skorretti jew kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament matul iċ-ċertifikazzjoni, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-operatur dwar dan u titlob lill-operatur jikkoreġi d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqas ta’ konformità identifikat. L-operatur għandu jikkoreġi d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqas ta’ konformità identifikat.

2.   Fid-dokumentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni interna tagħha, il-persuna indipendenti għandha tiddokumenta d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqas ta’ konformità kollu li jkun ġie kkoreġut mill-operatur matul iċ-ċertifikazzjoni u għandha timmarkah bħala solvut.

3.   Meta l-operatur ma jikkoreġix id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqas ta’ konformità, il-persuna indipendenti għandha, qabel ma toħroġ ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 19, titlob lill-operatur jispjega l-kawżi ewlenin tad-dikjarazzjonijiet skorretti jew tan-nuqqas ta’ konformità u r-raġunijiet għaliex ma għamilx il-korrezzjonijiet mitluba.

4.   Il-persuna indipendenti għandha tiddetermina jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti mhux ikkoreġuti, individwalment jew meta aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħra, għandhomx impatt fuq il-prezz tal-karbonju totali effettivament imħallas irrapportat għal kull oġġett. Meta tkun qiegħda tivvaluta l-materjalità tad-dikjarazzjonijiet skorretti, il-persuna indipendenti għandha tikkunsidra d-daqs u n-natura tad-dikjarazzjonijiet skorretti u ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom ikunu seħħew.

Il-persuna indipendenti tista’ tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet skorretti bħala materjali anke jekk dawn, individwalment jew meta aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħra, ma jkunux jaqbżu l-livell ta’ materjalità stabbilit fl-Artikolu 18, meta d-daqs u n-natura tad-dikjarazzjonijiet skorretti u ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom iseħħu jkunu jiġġustifikaw tali kunsiderazzjoni.

5.   Jekk l-operatur ma jikkoreġix in-nuqqas ta’ konformità f’konformità mal-paragrafu 1 qabel ma l-persuna indipendenti toħroġ ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni, il-persuna indipendenti għandha tivvaluta jekk in-nuqqas ta’ konformità mhux ikkoreġut ikollux impatt fuq il-prezz tal-karbonju totali effettivament imħallas irrapportat għal kull oġġett u jekk dan iwassalx għal dikjarazzjoni skorretta materjali.

Artikolu 18

Livell ta’ materjalità

Meta tivvaluta d-dikjarazzjonijiet skorretti fid-data rrapportata għall-perjodu ta’ rapportar soġġett għaċ-ċertifikazzjoni, il-persuna indipendenti għandha tapplika livell ta’ materjalità għal kull tunnellata tal-oġġett rilevanti, jew fil-każ ta’ elettriku importat għal kull MWh, identifikat mill-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) tiegħu. Dak il-livell ta’ materjalità għandu jkun ta’ 5 % tal-prezz tal-karbonju totali effettivament imħallas attribwit għal dak l-oġġett.

Artikolu 19

Rapport ta’ ċertifikazzjoni

1.   Abbażi tal-informazzjoni miġbura, il-persuna indipendenti għandha tiċċertifika r-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur. Ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni għandu jinkludi waħda mid-dikjarazzjonijiet tal-opinjoni li ġejjin:

(a)

ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur jiġi ċċertifikat bħala sodisfaċenti meta jkun ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali u l-prezz tal-karbonju fuq l-emissjonijiet integrati vverifikati jkun effettivament tħallas;

(b)

ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur jiġi ċċertifikat bħala mhux sodisfaċenti meta tkun tapplika mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

ikun fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali li ma ġewx ikkoreġuti qabel ma ħareġ ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni;

(2)

il-persuna indipendenti ma kinitx kapaċi tikseb evidenza suffiċjenti;

(3)

ma hemmx biżżejjed ċarezza biex jiġi ddikjarat b’aċċertament raġonevoli li r-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

2.   Mill-1 ta’ Frar 2027, il-persuna indipendenti għandha toħroġ ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni fir-reġistru tas-CBAM.

3.   Meta l-operatur ikun reġistrat fir-reġistru tas-CBAM skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2023/956, ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni għandu jintbagħat lill-operatur permezz tar-reġistru tas-CBAM.

4.   Meta l-operatur ma jkunx reġistrat fir-reġistru tas-CBAM, il-persuna indipendenti għandha tesporta mir-reġistru tas-CBAM u tibgħat ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni fil-format tas-software standard oriġinali tiegħu lill-operatur b’mezzi oħra. Il-persuna indipendenti għandha tipprovdi wkoll lill-operatur b’kopja tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni f’format elettroniku standardizzat li jkun aċċettat b’mod mifrux għad-dokumenti diġitali, għall-finijiet ta’ informazzjoni biss.

5.   Ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni għandu jitħejja abbażi tal-mudell elettroniku magħmul disponibbli mill-Kummissjoni.

6.   Il-mudell elettroniku msemmi fil-paragrafu 5 għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V.

7.   hemm rapport ta’ ċertifikazzjoni li jkopri l-istess perjodu ta’ rapportar għall-istess installazzjoni.

8.   Fuq talba tal-operatur, il-persuna indipendenti tista’ toħroġ verżjoni riveduta ta’ rapport ta’ ċertifikazzjoni, li tissostitwixxi l-verżjoni preċedenti, biex tikkoreġi żball jew biex tqis evidenza jew informazzjoni ġdida skoperta wara l-ħruġ tagħha.

9.   Il-persuna indipendenti għandha tfassal ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni bl-Ingliż.

Artikolu 20

Dokumentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni interna

1.   Il-persuna indipendenti għandha tħejji u tiġbor dokumentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni interna li jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-riżultati taċ-ċertifikazzjoni;

(b)

l-informazzjoni riċevuta mingħand l-operatur skont l-Artikolu 13;

(c)

l-analiżi strateġika, l-analiżi tar-riskji u l-pjan ta’ ċertifikazzjoni;

(d)

biżżejjed informazzjoni biex tappoġġa d-dikjarazzoni tal-opinjoni fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni, inklużi l-ġustifikazzjonijiet għall-valutazzjonijiet dwar jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti kinux materjali.

2.   Id-dokumentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni interna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi abbozzata b’tali mod li l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jkun jista’ jivvaluta jekk iċ-ċertifikazzjoni tkunx twettqet f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

3.   Il-persuna indipendenti għandha żżomm id-dokumentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni interna sakemm ikun hemm bżonn biex tippermetti li jsir rieżami tad-dikjarazzjonijiet tas-CBAM li jkunu ġew sottomessi.

4.   Meta tintalab tagħmel dan, il-persuna indipendenti għandha tagħti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti aċċess għad-dokumentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni interna u għal informazzjoni rilevanti oħra biex tiffaċilita evalwazzjoni taċ-ċertifikazzjoni. Il-persuna indipendenti għandha tipprovdi aċċess għal dik id-dokumentazzjoni permezz tar-reġistru tas-CBAM, ħlief jekk jintalab mod ieħor, fi żmien 30 jum kalendarju wara li ssir it-talba.

TAQSIMA 3

Akkreditament u superviżjoni tal-persuni indipendenti u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

Artikolu 21

Applikazzjoni għall-akkreditament

1.   Applikant li jkun stabbilit skont id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru għandu jissottometti applikazzjoni għall-akkreditament lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament ta’ dak l-Istat Membru għall-ambitu tal-akkreditament stabbilit fl-Anness IV.

Madankollu, l-applikant għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għall-akkreditament lil korp nazzjonali ta’ akkreditament ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li jagħti akkreditament għall-ambitu tal-akkreditament stabbilit fl-Anness IV fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-Istat Membru tal-istabbiliment ikun iddeċieda li ma jistabbilix korp nazzjonali ta’ akkreditament u ma jkunx irrikorra għall-korp nazzjonali ta’ akkreditament ta’ Stat Membru ieħor;

(b)

meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jwettaqx akkreditament għall-ambitu tal-akkreditament stabbilit fl-Anness IV;

(c)

meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx għadda b’suċċess minn evalwazzjoni bejn il-pari fir-rigward tal-gruppi ta’ attività li għalihom ikun qiegħed jintalab l-akkreditament.

2.   Applikant li ma jkunx stabbilit skont id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru għandu jissottometti applikazzjoni għall-akkreditament lil korp nazzjonali ta’ akkreditament ta’ kwalunkwe Stat Membru li jipprovdi l-akkreditament għall-ambitu tal-akkreditament stabbilit fl-Anness IV.

3.   Flimkien mal-applikazzjoni, l-applikant imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jagħmel disponibbli għall-korp nazzjonali ta’ akkreditament tal-inqas id-dokumenti li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-kompetenza tal-applikant li jwettaq iċ-ċertifikazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1;

(b)

deskrizzjoni tal-proċess biex tiġi żgurata l-indipendenza, inklużi r-rekords rilevanti dwar l-imparzjalità u l-indipendenza tal-applikant u tal-persunal tiegħu;

(c)

il-lista tal-esperti tekniċi u tal-persunal ewlieni involuti fiċ-ċertifikazzjoni tar-rapporti dwar il-prezz tal-karbonju tal-operaturi;

(d)

deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità stabbilita fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1, inklużi l-elementi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni interna;

(e)

ir-rekords rilevanti sabiex juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-kompetenza u tal-imparzjalità tal-persunal tal-applikant;

(f)

jekk applikabbli, kwalunkwe evidenza rilevanti ta’ kompetenza pprovata fl-applikazzjoni tal-istandard internazzjonali msemmi fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1, kif rikonoxxut minn korp nazzjonali ta’ akkreditament jew minn korp ta’ akkreditament ta’ pajjiż terz.

4.   Wara li jirċievi l-applikazzjoni għall-akkreditament, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jitlob lill-applikant jissottometti kwalunkwe informazzjoni oħra li l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jikkunsidra neċessarja għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni.

Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jitlob lill-applikant li ma jkunx stabbilit skont id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru biex jipprovdi informazzjoni li tikkonferma li l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jwettaq attivitajiet ta’ akkreditament fil-pajjiż tal-istabbiliment tal-applikant.

5.   Meta korp nazzjonali ta’ akkreditament li jipprovdi servizzi ta’ akkreditament skont dan ir-Regolament ma jkunx jista’ jwettaq l-akkreditament ta’ applikant li ma jkunx stabbilit skont id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru, dan għandu jipprovdi lill-applikant, mingħajr dewmien żejjed wara li jirċievi l-applikazzjoni għall-akkreditament tiegħu, tweġiba debitament ġustifikata li tiddeskrivi r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ twettiq tal-akkreditament u jipprovdi lista tal-korpi nazzjonali ta’ akkreditament li jistgħu jwettqu l-proċess ta’ akkreditament.

6.   Il-korp li huwa rikonoxxut bħala l-organizzatur tal-evalwazzjoni bejn il-pari msemmi fl-Artikolu 29 għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament billi jżomm lista ta’ korpi nazzjonali ta’ akkreditament li jipprovdu servizzi ta’ akkreditament skont is-CBAM u ta’ korpi nazzjonali ta’ akkreditament li jkunu jistgħu jwettqu l-proċess ta’ akkreditament għall-applikanti li ma humiex stabbiliti skont id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru.

Artikolu 22

Ambitu tal-valutazzjoni minn korpi nazzjonali ta’ akkreditament

Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament imsemmi fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (UE) 2023/956 għandu jivvaluta jekk il-persuna ġuridika li tapplika għall-akkreditament (“l-applikant”) jew il-persuna indipendenti tissodisfax iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun kwalifikata biex tiċċertifika r-rapporti tal-prezz tal-karbonju tal-operaturi f’konformità ma’ dan il-Kapitolu;

(b)

qed twettaq ċertifikazzjoni f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 23

Valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-akkreditament u deċiżjoni li jingħata akkreditament

1.   Meta jħejji l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-akkreditament, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jagħmel dan kollu li ġej:

(a)

jirrieżamina l-informazzjoni pprovduta mill-applikant skont l-Artikolu 21, il-paragrafu 3;

(b)

iwettaq żjara fuq il-post tal-bini tal-applikant biex jirrieżamina kampjun rappreżentattiv tad-dokumentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni interna tal-applikant;

(c)

jixhed il-prestazzjoni u jivvaluta l-kompetenza ta’ għadd rappreżentattiv tal-persunal tal-applikant involut fiċ-ċertifikazzjoni tar-rapporti dwar il-prezz tal-karbonju tal-operaturi biex jiżgura li dawn joperaw f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.   Matul il-valutazzjoni, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jqis dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-kumplessità tal-ambitu tal-akkreditament kopert mill-applikazzjoni għall-akkreditament;

(b)

iż-żoni ġeografiċi li fihom l-applikant qiegħed iwettaq jew qiegħed jippjana li jwettaq ċertifikazzjoni;

(c)

jekk l-applikant ikunx akkreditat għal ambitu tal-akkreditament skont ir-Regolament (UE) 2023/956.

Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jikkunsidra ukoll kwalunkwe evidenza rilevanti pprovduta mill-applikant, skont l-Artikolu 21, il-paragrafu 3, il-punt (f).

3.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jikkonkludi ftehim ma’ korp ta’ akkreditament stabbilit f’pajjiż terz biex jiddelega parti mill-attivitajiet ta’ valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lil dak il-korp ta’ akkreditament fir-rigward ta’ applikanti stabbiliti skont id-dritt nazzjonali ta’ dak il-korp ta’ akkreditament. Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jibqa’ responsabbli għall-akkreditament tal-applikant.

4.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jirrapporta s-sejbiet tiegħu u kwalunkwe nuqqas ta’ konformità lill-applikant u għandu jitlob tweġiba.

5.   L-applikant għandu jieħu azzjoni korrettiva biex jindirizza kwalunkwe nuqqas ta’ konformità rrapportat skont il-paragrafu 3 u għandu jissottometti tweġiba, fi ħdan iż-żmien stabbilit mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament, li tindika l-azzjoni li jkun ħa, jew jippjana li jieħu, biex isolvi dak in-nuqqas ta’ konformità.

6.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jirrieżamina t-tweġiba sottomessa mill-applikant skont il-paragrafu 4.

7.   Meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament isib li t-tweġiba tal-applikant jew l-azzjoni meħuda ma tkunx biżżejjed jew ma tkunx effettiva, huwa għandu jirrikjedi li l-applikant jissottometti aktar informazzjoni jew jieħu azzjoni ulterjuri, u jista’ jitlob evidenza tal-implimentazzjoni reali ta’ dik l-azzjoni jew iwettaq valutazzjoni ta’ segwitu biex jivvalutaha.

8.   Meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jiddeċiedi li jagħti jew li jġedded akkreditament jew li jestendi l-ambitu ta’ akkreditament, huwa għandu joħroġ ċertifikat ta’ akkreditament għal dak l-għan.

Iċ-ċertifikat ta’ akkreditament għandu jkun validu għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu.

Artikolu 24

Estensjoni tal-ambitu

1.   Verifikatur akkreditat skont ir-Regolament Delegat (UE) 2025/2551 għal grupp ta’ attività elenkat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jew applikant akkreditat skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 għall-grupp rilevanti ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jista’ japplika għal estensjoni tal-ambitu tal-akkreditament tiegħu għall-grupp ta’ attività stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

2.   Bi tweġiba għal applikazzjoni skont il-paragrafu 1 għal estensjoni tal-ambitu ta’ akkreditament mogħti, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jiddetermina jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22 humiex issodisfati għall-estensjoni mitluba tal-ambitu tal-akkreditament tiegħu.

Artikolu 25

Sorveljanza annwali

Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jwettaq sorveljanza annwali ta’ kull persuna indipendenti li jkun inħarġilha ċertifikat ta’ akkreditament. Dik is-sorveljanza għandha tinkludi, tal-inqas, dawn li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tal-uffiċċju fuq il-post jew virtwali tal-persuna indipendenti;

(b)

l-osservazzjoni tal-prestazzjoni ta’ għadd rappreżentattiv tal-persunal tal-persuna indipendenti u l-valutazzjoni tal-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 23, il-paragrafu 1, il-punt (c).

Artikolu 26

Ilmenti

Meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament ikun irċieva lment dwar persuna indipendenti li jkun akkredita minn kwalunkwe awtorità kompetenti, mill-Kummissjoni, mill-operatur jew minn kwalunkwe parti interessati oħra, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tal-wasla tal-ilment, jagħmel dan kollu li ġej:

(a)

jivvaluta l-validità tal-ilment;

(b)

jiżgura li l-persuna indipendenti kkonċernata tingħata l-opportunità li tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha;

(c)

jieħu azzjonijiet xierqa biex jindirizza l-ilment;

(d)

jirreġistra l-ilment u l-azzjoni meħuda;

(e)

iwieġeb lill-ilmentatur.

Artikolu 27

Sospensjoni u tnaqqis tal-ambitu tal-akkreditament u rtirar tal-akkreditament

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2, 3 u 4, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jissospendi akkreditament, inaqqas l-ambitu ta’ akkreditament jew jirtira akkreditament ta’ persuna indipendenti, meta l-persuna indipendenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jissospendi akkreditament, inaqqas l-ambitu ta’ akkreditament jew jirtira akkreditament meta l-persuna indipendenti titlob dan.

3.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jissospendi jew inaqqas l-ambitu ta’ akkreditament meta l-persuna indipendenti tkun għamlet xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

wettqet ksur serju tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(b)

naqset b’mod persistenti u ripetut milli tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(c)

kisret kwalunkwe terminu u kundizzjoni speċifiċi oħra stabbiliti mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament.

4.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jirtira l-akkreditament ta’ persuna indipendenti meta tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-persuna indipendenti tkun naqset milli tirrimedja n-nuqqasijiet li kienu jikkostitwixxu r-raġunijiet għal deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-akkreditament;

(b)

membru tal-maniġment tal-persuna indipendenti, jew membru tal-persunal tal-persuna indipendenti involut fiċ-ċertifikazzjoni, ikun instab ħati ta’ frodi;

(c)

il-persuna indipendenti tkun ipprovdiet intenzjonalment informazzjoni falza jew tkun ħbiet l-informazzjoni b’mod intenzjonali.

5.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jissospendi jew jirtira akkreditament ta’ persuna indipendenti meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament isib li ma jkunx għadu jista’ jwettaq attivitajiet ta’ akkreditament fil-pajjiż tal-istabbiliment tal-applikant.

Artikolu 28

Attivitajiet ta’ osservazzjoni

1.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet ta’ osservazzjoni ta’ verifikaturi li jkunu saru persuni indipendenti skont l-Artikolu 11, il-paragrafu 1, għall-fini li jikseb esperjenza tal-attivitajiet ta’ akkreditament skont dan ir-Regolament qabel ma jwettaq akkreditament għall-ambitu tal-akkreditament stabbilit fl-Anness IV.

2.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jwettaq biss attivitajiet ta’ osservazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-korp nazzjonali ta’ akkreditament ma jwettaqx akkreditament għall-ambitu tal-akkreditament stabbilit fl-Anness IV;

(b)

mill-inqas persuna indipendenti waħda tkun innotifikat lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament li tkun saret persuna indipendenti skont l-Artikolu 11, il-paragrafu 1.

3.   L-attivitajiet ta’ osservazzjoni jistgħu jkopru kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jwettaq skont dan ir-Regolament għall-akkreditament ta’ persuna indipendenti, inklużi s-sottomissjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u tar-rapport ta’ ġestjoni msemmi fl-Artikolu 32 u n-notifika skont l-Artikolu 35.

Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jittrażmetti lill-persuni indipendenti rilevanti, permezz ta’ avviż raġonevoli, il-lista ta’ attivitajiet ta’ osservazzjoni li jkun biħsiebu jwettaq.

Artikolu 29

Evalwazzjoni bejn il-pari u rikonoxximent reċiproku

1.   Il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament għandhom jissottomettu lilhom infushom għal evalwazzjonijiet bejn il-pari regolari mill-korp rikonoxxut bħala l-organizzatur tal-evalwazzjoni bejn il-pari skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.   Meta l-eżitu tal-evalwazzjoni bejn il-pari ma jkunx sodisfaċenti, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jieqaf iwettaq attivitajiet jew jipprovdi servizzi skont dan ir-Regolament sakemm jintlaħaq eżitu sodisfaċenti tal-evalwazzjoni bejn il-pari.

3.   Meta korp nazzjonali ta’ akkreditament ikun għadda b’suċċess minn evalwazzjoni bejn il-pari f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551 jew ikun ingħata eżenzjoni mir-rekwiżit li jgħaddi minn evalwazzjoni bejn il-pari ġdida skont l-Artikolu 27, il-paragrafu 4 ta’ dak ir-Regolament Delegat, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament ma għandux ikun meħtieġ li jgħaddi minn evalwazzjoni bejn il-pari ġdida skont dan ir-Regolament.

L-eżenzjoni mir-rekwiżit li ssir evalwazzjoni bejn il-pari ġdida għandha tapplika għal perjodu sa erbgħa snin mid-data li fiha l-korp rikonoxxut bħala l-organizzatur tal-evalwazzjoni bejn il-pari skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament.

4.   Sakemm jitlesta l-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta’ akkreditament u r-rapporti ta’ ċertifikazzjoni ta’ persuni indipendenti akkreditati minn dak il-korp nazzjonali ta’ akkreditament bħala validi. Huma għandhom jagħmlu dan dment li l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jissodisfa mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun ingħata l-eżenzjoni msemmija fil-paragraf 3;

(b)

tkun inbdiet evalwazzjoni bejn il-pari tiegħu.

Artikolu 30

Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni

Meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jipprovdi servizzi ta’ akkreditament għall-ambitu tal-akkreditament stabbilit fl-Anness IV, l-Istat Membru li fih jinsab il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jistabbilixxi skambju effettiv ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn dak il-korp nazzjonali ta’ akkreditament u l-awtorità kompetenti.

Artikolu 31

Skambju ta’ informazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta’ akkreditament u miżuri amministrattivi

1.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jipprovdi, mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit l-informazzjoni rilevanti kollha neċessarja għar-reġistrazzjoni tal-persuna indipendenti fir-reġistru tas-CBAM u għal kwalunkwe aġġornament sussegwenti ta’ dik ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3210. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe deċiżjoni li tingħata akkreditament, jew kwalunkwe deċiżjoni biex jiġġedded jew jiġi estiż l-ambitu ta’ dak l-akkreditament;

(b)

kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 27 li tissospendi akkreditament, tnaqqas l-ambitu ta’ akkreditament jew tirtirah, u kwalunkwe deċiżjoni dwar appell li treġġa’ lura deċiżjoni bħal din;

(c)

kwalunkwe revoka ta’ deċiżjoni għas-sospensjoni ta’ akkreditament.

2.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirreġistra fir-reġistru tas-CBAM, u żżomm aġġornata, l-informazzjoni dwar il-persuni indipendenti riċevuta f’konformità mal-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’format interoperabbli.

Artikolu 32

Programm ta’ ħidma ta’ akkreditament u rapport dwar il-ġestjoni

1.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jinkludi fil-programm ta’ ħidma ta’ akkreditament imsemmi fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551 lista ta’ persuni indipendenti li jkun akkredita. Għal kull persuna indipendenti, dik il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-attivitajiet li l-korp nazzjonali ta’ akkreditament ikun ippjana għal dik il-persuna indipendenti, inklużi l-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ rivalutazzjoni;

(b)

iż-żmien u l-post antiċipati taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li jiġi indikat jekk tkunx se titwettaq żjara fiżika jew virtwali fuq il-post;

(c)

id-dati tal-awditi ta’ osservazzjoni antiċipati li għandhom jitwettqu mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament biex jivvaluta l-persuna indipendenti, inklużi l-isem u d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-operaturi u tal-installazzjonijiet li se ssirilhom żjara matul l-awditi ta’ osservazzjoni.

2.   Meta tinbidel kwalunkwe informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti programm ta’ ħidma aġġornat fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551.

3.   Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jinkludi fir-rapport ta’ ġestjoni msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551, għal kull persuna indipendenti li jkun akkredita, tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji tal-akkreditament tal-persuna indipendenti, inkluż l-ambitu tal-akkreditament tagħha;

(b)

kwalunkwe tibdil fl-ambitu tal-akkreditament tal-persuna indipendenti;

(c)

sommarju tar-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ valutazzjoni mill-ġdid li l-korp nazzjonali ta’ akkreditament ikun wettaq;

(d)

sommarju tar-riżultati tal-valutazzjonijiet straordinarji li jkunu saru, inklużi r-raġunijiet għalfejn ikunu nbdew tali valutazzjonijiet straordinarji;

(e)

kwalunkwe lment ippreżentat kontra l-persuna indipendenti mill-aħħar rapport ta’ ġestjoni u l-azzjonijiet meħuda mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament fir-rigward ta’ tali lmenti;

(f)

dettalji tal-azzjoni meħuda mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament b’reazzjoni għall-informazzjoni kondiviża mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 34, ħlief jekk il-korp nazzjonali ta’ akkreditament jkun ikkunsidra l-informazzjoni bħala lment skont it-tifsira tal-Artikolu 26.

Meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament ikun innotifika applikant għall-akkreditament, f’konformità mal-Artikolu 21, il-paragrafu 5, li ma setax iwettaq il-proċess ta’ akkreditament, fir-rapport ta’ ġestjoni msemmi fil-paragrafu 3, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jinkludi lista ta’ applikanti, inklużi isimhom, il-pajjiż tal-istabbiliment u l-ambitu tal-akkreditament imfittex.

Artikolu 33

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra u għall-Kummissjoni, mingħajr dewmien u permezz tar-reġistru tas-CBAM, l-informazzjoni dwar il-persuni indipendenti inkluża fil-programm ta’ ħidma ta’ akkreditament u fir-rapport ta’ ġestjoni msemmi fl-Artikolu 32.

2.   Meta l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni twettaq rieżami tad-dikjarazzjoni tas-CBAM skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2023/956, hija għandha tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn, u fejn applikabbli lill-Kummissjoni, permezz tar-reġistru tas-CBAM, informazzjoni dwar il-bidu u r-riżultati ta’ dak ir-rieżami, sa fejn dawn ikunu relatati mal-ħidma mwettqa mill-persuna indipendenti.

Artikolu 34

Informazzjoni mill-awtorità kompetenti għall-korp nazzjonali ta’ akkreditament u s-segretezza professjonali

1.   Fuq bażi regolari u mill-inqas darba fis-sena, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandha tikkomunika lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament li jkun akkredita lill-persuna indipendenti tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-riżultati rilevanti tal-kontrolli fuq l-evidenza li turi li l-prezz tal-karbonju jkun effettivament tħallas, u fuq ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni, inkluż kwalunkwe nuqqas ta’ konformità identifikat tal-persuna indipendenti ma’ dan ir-Regolament;

(b)

kwalunkwe lment riċevut mill-awtorità kompetenti dwar il-persuna indipendenti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-mudell elettroniku magħmul disponibbli mill-Kummissjoni.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tirċievi lment dwar persuna indipendenti akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditament ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-ilment lil dak il-korp nazzjonali ta’ akkreditament.

4.   Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 turi li awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni tkun identifikat nuqqas mill-persuna indipendenti li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jittratta l-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni bħala lment ippreżentat mill-awtorità kompetenti dwar dik il-persuna indipendenti f’konformità mal-Artikolu 26.

5.   Meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jirċievi informazzjoni relatata mar-rapport dwar il-prezz tal-karbonju ta’ operatur jew ma’ rapport ta’ ċertifikazzjoni, dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għas-segretezza professjonali. Il-korp nazzjonali ta’ akkreditament ma għandux jiddivulga dik l-informazzjoni lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra, ħlief meta d-divulgazzjoni tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali.

Artikolu 35

Notifika mill-persuni indipendenti

1.   Sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-persuni indipendenti għandhom jissottomettu lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament li jkun akkreditahom l-informazzjoni li ġejja għas-sena kalendarja li jmiss:

(a)

iż-żmien u l-post ippjanati taċ-ċertifikazzjonijiet li għandhom iwettqu, filwaqt li jindikaw jekk tkunx se ssir żjara fiżika jew virtwali fuq is-sit;

(b)

l-isem u d-dettalji ta’ identifikazzjoni ta’ kull operatur li r-rapporti dwar il-prezz tal-karbonju tagħhom ikunu soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni tagħhom, u d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-installazzjonijiet ikkonċernati;

(c)

l-ismijiet tal-membri tat-tim ta’ ċertifikazzjoni u l-ambitu ta’ akkreditament li jkopri l-attivitajiet tal-operatur.

2.   Meta tinbidel kwalunkwe parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-persuni indipendenti għandhom jinnotifikaw lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament b’dawk il-bidliet f’perjodu miftiehem ma’ dak il-korp.

3.   Il-persuni indipendenti għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament bi kwalunkwe bidla sinifikanti li tikkonċerna l-istatus jew l-operazzjoni tagħhom li tista’ taffettwa l-akkreditament tagħhom.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIIET FINALI

Artikolu 36

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Għandu jiġi rivedut sa mhux aktar tard mill-2027.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2025/2083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/956 fir-rigward tas-simplifikazzjoni u tat-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L, 2025/2083, 17.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2083/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2547 tal-10 ta’ Diċembru 2025 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti (ĠU L, 2025/2547, 22.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2547/oj).

(4)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2548 tal-10 ta’ Diċembru 2025 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu u l-pubblikazzjoni tal-prezz taċ-ċertifikati tas-CBAM (ĠU L, 2025/2548, 22.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2548/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2546 tal-10 ta’ Diċembru 2025 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji għall-verifika tal-emissjonijiet integrati ddikjarati skont ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/2546, 22.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2546/oj).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2551 tal-20 ta’ Novembru 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ akkreditazzjoni lill-verifikaturi, għall-kontroll u għas-sorveljanza ta’ verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditazzjoni u għar-rikonoxximent reċiproku u għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi ta’ akkreditazzjoni (ĠU L, 2025/2551, 22.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2551/oj).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/oj).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/765/oj).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3210 tat-18 ta’ Diċembru 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-reġistru tas-CBAM (ĠU L, 2024/3210, 30.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3210/oj).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).

(15)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1835 tat-3 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istandards armonizzati għall-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-konformità (ĠU L 408, 4.12.2020, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1835/oj).


ANNESS I

Metodoloġija għall-kalkolu tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-emissjoni integrata

Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodi għall-attribuzzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għall-emissjonijiet integrati speċifiċi fl-oġġetti.

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, u tal-Annessi II u III, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“emissjonijiet tal-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju (CPM)” tfisser emissjonijiet irrapportati u kkonfermati skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju;

(2)

“ribass jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet” tfisser is-sehem tal-emissjonijiet tas-CPM ikkumpensati minn ribassi jew minn forom oħra ta’ kumpens;

(3)

“taxxa fuq il-karbonju” tfisser taxxa, imposta jew tariffa fuq il-karbonju, fil-forma ta’ taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt jew taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-karburant stabbilita mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi;

(4)

“taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt” tfisser taxxa, imposta jew tariffa diretta imposta fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li joriġinaw minn sors speċifiku u identifikabbli;

(5)

“taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-karburant” tfisser taxxa, imposta jew tariffa diretta imposta fuq il-kontenut tal-karbonju tal-provvista tal-karburanti fossili li l-emissjonijiet tagħhom jiġu rrilaxxati matul il-produzzjoni ta’ oġġetti;

(6)

“perjodu ta’ rapportar tas-CPM” tfisser il-perjodu li huwa applikabbli għall-monitoraġġ u għar-rapportar tal-emissjonijiet tas-CPM;

(7)

“kreditu ta’ karbonju” tfisser kreditu maħruġ minn mekkaniżmu tal-ikkreditar li jirrappreżenta tnaqqis tal-emissjonijiet jew it-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-atmosfera, li jiġi ġġenerat minn attività ta’ mitigazzjoni u implimentat f’operazzjonijiet li l-emissjonijiet tagħhom ma humiex koperti mill-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju;

(8)

“kreditu internazzjonali ta’ karbonju” tfisser kreditu ta’ karbonju relatat ma’ attività ta’ mitigazzjoni implimentata f’pajjiż għajr il-pajjiż tal-produzzjoni ta’ oġġett.

2.   PASSI TA’ ATTRIBUZZJONI FIL-METODOLOĠIJA

Il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi għall-oġġetti għandu jiġi attribwit billi jitwettqu l-passi konsekuttivi li ġejjin:

(a)

jiġi ddeterminat il-prezz tal-karbonju mħallas għal kull tunnellata tas-emissjonijiet tas-CPM, espress f’euro għal kull tCO2e, f’konformità mat-Taqsima 3, għal kull mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li jkopri l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti;

(b)

jiġu attribwiti l-emissjonijiet tas-CPM lil kull oġġett, f’konformità mat-Taqsima 4, għal kull mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li jkopri l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti;

(c)

jiġu attribwiti r-rifużjoni jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet għal kull oġġett, f’konformità mat-Taqsima 5, għal kull mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li jkopri l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti;

(d)

jiġi attribwit il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għal emissjonijiet integrati speċifiċi u jiġu ddeterminati punti ta’ data li huma neċessarji għad-dikjarant tas-CBAM, f’konformità mat-Taqsima 6, għal kull mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li jkopri l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti;

(e)

jiġi kkonvertit il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas f’euro u jiġi aggregat il-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi, f’konformità mat-Taqsima 7.

Fejn dan l-Anness jispeċifika l-evidenza li tappoġġa l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas, dik l-evidenza għandha tkun relatata mal-installazzjoni speċifika li tipproduċi l-oġġetti, inkluż meta l-prezz tal-karbonju jitħallas minn entità soġġetta għal mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li japplika għal diversi installazzjonijiet.

3.   DETERMINAZZJONI TAL-PREZZ TAL-KARBONJU APPLIKABBLI GĦAL KULL TUNNELLATA TA’ EMISSJONIJIET, ABBAŻI TAL-FORMA TAL-MEKKANIŻMU TAL-PREZZ TAL-KARBONJU

Għal kull mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li jkopri l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-produzzjoni tal-oġġetti, għandu jiġi ddeterminat prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet.

Fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikopru l-emissjonijiet diretti, il-prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet diretti (CPDIR) għandu jiġi ddeterminat kif speċifikat fit-Taqsimiet 3.1 u 3.3.

Fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikopru l-emissjonijiet indiretti, il-prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet indiretti (CPIND) għandu jiġi ddeterminat kif speċifikat fit-Taqsimiet 3.2 u 3.3.

Fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikopru kemm l-emissjonijiet diretti kif ukoll dawk indiretti, il-prezz tal-karbonju għandu jiġi stabbilit għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet diretti jew emissjonijiet indiretti separatament.

Meta r-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens jieħdu l-forma ta’ rifużjoni fil-valur fi flus, it-tnaqqis korrispondenti fil-prezz tal-karbonju għandu jiġi stabbilit kif speċifikat fit-Taqsima 3.4.

3.1.   Determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju assoċjat mal-emissjonijiet diretti

Fejn il-prezz tal-karbonju japplika għall-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni li hija soġġetta għal sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew għal taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt, il-prezz tal-karbonju fuq l-emissjonijiet diretti għandu jiġi stabbilit abbażi tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

(ekwazzjoni 1)

Fejn:

—

CPDIR hija l-prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni li tipproduċi oġġetti, espress bħala l-prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

CP hija l-prezz totali tal-karbonju mħallas mill-operatur fuq l-emissjonijiet diretti għall-perjodu ta’ rapportar rilevanti tas-CPM, espress fl-unità tal-munita lokali tal-ġuriżdizzjoni;

—

EM_CPMDIR hija l-emissjonijiet totali tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet diretti għall-perjodu ta’ rapportar tas-CPM rilevanti, espressi bħala tunnellata ta’ CO2e.

Fejn il-prezz tal-karbonju japplika għall-emissjonijiet tal-elettriku importat (bħala oġġett tas-CBAM), il-prezz tal-karbonju jista’ jiġi stabbilit billi jintuża l-prezz tal-karbonju prestabbilit rilevanti magħmul disponibbli mill-Kummissjoni jew ibbażat fuq prezz reali tal-karbonju meta r-rapportar tal-emissjonijiet integrati jiġi stabbilit abbażi ta’ valuri reali, b’mod konsistenti mal-fattur ta’ emissjoni għall-elettriku importat iddeterminat abbażi tal-emissjonijiet reali rrapportati fir-rapport dwar l-emissjonijiet, f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547.

Fejn il-prezz tal-karbonju japplika għal mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju bbażat fuq il-karburant, għandha tapplika t-Taqsima 3.3.3.

3.2.   Determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju assoċjat mal-emissjonijiet indiretti

Fejn il-prezz tal-karbonju japplika għall-emissjonijiet indiretti tal-installazzjoni, il-prezz tal-karbonju fuq l-emissjonijiet indiretti għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ prezz medju annwali tal-karbonju għal kull unità ta’ elettriku mixtrija, bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

(ekwazzjoni 2)

Fejn:

—

CPIND hija l-prezz medju tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM, assoċjat mal-emissjonijiet indiretti tal-installazzjoni li tipproduċi oġġetti, espress bħala prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

CP hija l-prezz totali tal-karbonju mħallas fuq l-emissjonijiet indiretti, espress fl-unità tal-munita lokali tal-ġuriżdizzjoni;

—

QIND hija l-kwantità rilevanti ta’ elettriku kkonsmat, espressa f’MWh jew TJ;

—

EF hija l-fattur ta’ emissjoni rilevanti għall-elettriku kkonsmat, espress f’tunnellati ta’ CO2e/MWh jew f’tunnellati ta’ CO2e/TJ.

Il-fattur ta’ emissjoni għall-elettriku EF fl-ekwazzjoni 2 għandu jkun konsistenti mal-emissjonijiet indiretti integrati reali f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-prezz tal-karbonju assoċjat mal-emissjonijiet indiretti (CPIND ) jista’ jkun prezz tal-karbonju prestabbilit magħmul disponibbli mill-Kummissjoni.

3.3.   It-tipi ta’ mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju li skont dawn jitħallas il-prezz tal-karbonju

Il-prezz tal-karbonju li jkopri l-emissjonijiet diretti jew indiretti għandu jiġi stabbilit abbażi tat-tip ta’ mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju elenkati fit-taqsimiet li ġejjin. L-evidenza tat-tali prezz tal-karbonju hija speċifikata fit-Taqsima 3.5.

3.3.1.   Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Meta sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tkun applikabbli, il-prezz totali tal-karbonju mħallas fuq l-emissjonijiet diretti fl-ekwazzjoni 1 u l-prezz totali tal-karbonju mħallas fuq l-emissjonijiet indiretti fl-ekwazzjoni 2 għandhom jiġu stabbiliti separatament mill-prezz medju ponderat tal-irkantar tal-unità għall-konformità matul il-perjodu ta’ rapportar, espress fi prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e, magħmul disponibbli mill-awtoritajiet rilevanti responsabbli għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

Meta l-prezz medju ponderat tal-irkantar tal-unità għall-konformità ma jkunx disponibbli għall-perjodu ta’ rapportar, għandu jiġi applikat il-prezz medju tal-kambju tal-unità għall-konformità fis-suq sekondarju rikonoxxut kif ippubblikat mill-awtorità pubblika responsabbli għall-ġestjoni tas-suq sekondarju. Jekk il-prezz medju tal-kambju ma jkunx ippubblikat mill-awtorità pubblika responsabbli jew ma tkunx tista’ tiġi pprovduta evidenza ta’ dak il-prezz tal-kambju ppubblikat, għandu jiġi applikat il-prezz medju tal-kambju kif ippubblikat mill-pjattaforma tal-kambju jew ta’ skambju li tkun awtorizzata u sorveljata mill-awtoritajiet tal-ġuriżdizzjoni.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, is-CPDIR u s-CPIND fl-ekwazzjonijiet 1 u 2, rispettivament, jistgħu jiġu stabbiliti abbażi tal-medja tal-prezz tal-kost tal-unitajiet għall-konformità tal-operatur fil-ħin tax-xiri. Meta tiġi ddeterminata din il-medja, l-operatur għandu jqis biss dawk l-unitajiet għall-konformità li jkunu fil-kont tar-reġistru tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar li jintuża għar-rapportar tal-emissjonijiet inkorporati.

3.3.2.   Taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt

Fejn tkun applikabbli taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt, CPDIR u CPIND fl-ekwazzjonijiet 1 u 2, rispettivament, għandhom jiġu stabbiliti separatament mir-rata applikabbli tat-taxxa fuq il-karbonju, espressa fi prezz tal-karbonju mħallas għal kull tunnellata ta’ CO2e.

Jekk rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-karbonju titħallas f’konformità mal-leġiżlazzjoni stabbilita skont it-taxxa fuq il-karbonju, ir-rata tal-prezz tal-karbonju għandha tkun dik ir-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-karbonju espressa fi prezz tal-karbonju mħallas għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet diretti jew indiretti.

Meta r-rata tat-taxxa fuq il-karbonju tkun ġiet immodifikata matul il-perjodu ta’ rapportar, għandha tiġi stabbilita rata medja ponderata skont il-ħin tal-prezz tal-karbonju, li tiġbor flimkien ir-rata oriġinali tal-prezz tal-karbonju u r-rata tal-prezz tal-karbonju modifikata b’mod proporzjonali għall-perjodu ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom matul il-perjodu ta’ rapportar.

3.3.3.   Taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-karburant

Fejn taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-karburant tkun applikabbli għall-karburanti kkonsmati mill-installazzjoni, CPDIR fl-ekwazzjoni 1 u CPIND fl-ekwazzjoni 2 għandhom jiġu stabbiliti separatament abbażi tar-rata medja ponderata tat-taxxa fuq il-karbonju għall-karburanti li huma soġġetti għat-taxxa fuq il-karbonju.

Għal dak l-għan:

(a)

għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja għall-karburanti maħruqa fl-installazzjoni fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 3a)

(b)

għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja għall-karburanti maħruqa fl-installazzjoni fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 3b)

Fejn:

—

CPDIR hija r-rata medja ponderata tal-prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM, assoċjata mal-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni li tipproduċi oġġetti, espressa bħala prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

CPIND hija r-rata medja ponderata tal-prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM, assoċjata mal-emissjonijiet indiretti tal-installazzjoni li tipproduċi oġġetti, espressa bħala prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

TaxRateFuelf hija r-rata tat-taxxa speċifika għal kull unità ta’ karburant f li hija applikabbli għall-karburant kif stabbilit fit-taxxa fuq il-karbonju li għaliha jkun soġġett l-operatur;

—

QFUELf hija l-kwantità ta’ karburant f ikkonsmat fl-installazzjoni fil-perjodu ta’ rapportar tas-CPM li jkun soġġett għat-taxxa fuq il-karbonju, espressa f’unitajiet ta’ karburant;

—

DEFf hija l-fattur ta’ emissjoni prestabbilit rilevanti għall-karburant f ikkonsmat, espress f’tunnellati ta’ CO2e/unità ta’ karburant;

—

Formula
hija s-somma tar-rati tat-taxxa speċifiċi kollha għall-fjuwils rilevanti soġġetti għal taxxa speċifika fuq il-karbonju.

Il-fatturi tal-emissjonijiet prestabbiliti applikati fl-ekwazzjonijiet 3a u 3b (DEFf ) għandhom ikunu:

(a)

fatturi standard li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-ġuriżdizzjoni jew speċifikati mill-awtorità tat-taxxa bħala l-bażi għad-derivazzjoni tat-taxxa għal kull unità ta’ fjuwil abbażi tal-kontenut ta’ emissjonijiet tagħha;

(b)

jekk dawk il-fatturi ta’ emissjoni ma jkunux disponibbli, il-fatturi standard li jintużaw mill-pajjiż fejn tinsab l-installazzjoni għas-sottomissjoni l-aktar reċenti tal-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

(c)

jekk dawk il-fatturi standard tal-inventarju nazzjonali ma jkunux disponibbli, il-fatturi standard li jinsabu fl-aħħar Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra (“GHG”) tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Ir-rata tat-taxxa fuq il-karbonju stabbilita skont il-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq il-karbonju li hija applikabbli għall-fjuwil (TaxRateFuelf ) u għall-fattur ta’ emissjoni rilevanti għal dak il-fjuwil ikkonsmat (DEFf ) għandhom ikunu konsistenti mar-rata tal-prezz tal-karbonju stabbilita skont il-leġiżlazzjoni.

Fejn rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-karbonju tkun applikabbli għal kull unità ta’ fjuwil ikkonsmat f’konformità mal-leġiżlazzjoni stabbilita skont it-taxxa fuq il-karbonju, TaxRateFuelf għandha tkun ir-rata mnaqqsa ta’ taxxa għal kull unità ta’ fjuwil ikkonsmat, li tkun applikabbli għall-fjuwil dment li ma jkunx hemm evidenza li l-operatur ikun ħallas ir-rata sħiħa ta’ taxxa fuq il-karbonju u li ma jkun ġie applikat l-ebda tnaqqis fuq ir-rata tat-taxxa.

Fejn ir-rata tat-taxxa fuq il-karbonju ta’ karburant f tkun ġiet immodifikata matul il-perjodu ta’ rapportar, għandha tiġi stabbilita u tintuża rata medja ponderata skont il-ħin tal-prezz tal-karbonju għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ TaxRateFuelf fl-ekwazzjonijiet 3a u 3b.

3.3.4.   Mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju b’għażliet differenti ta’ konformità

Fejn il-prezz tal-karbonju li japplika għall-emissjonijiet diretti jew għall-emissjonijiet indiretti tal-installazzjoni jitħallas skont forom differenti ta’ għażliet ta’ konformità inkluż l-użu ta’ krediti ta’ karbonju biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew taxxa fuq il-karbonju, li tippermetti lill-installazzjonijiet f’sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jixtru kwoti jew krediti nieqsa ta’ natura ekwivalenti b’rata fissa stabbilita mill-awtoritajiet responsabbli, CPDIR fl-ekwazzjoni 1 u CPIND fl-ekwazzjoni 2, għandhom jiġu stabbiliti separatament billi tiġi applikata rata medja ponderata tal-prezz tal-karbonju bl-użu ta’:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 4a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 4b)

Fejn:

—

CPDIR hija l-prezz medju ponderat tal-prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM, assoċjat mal-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni li tipproduċi oġġetti, espress fi prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

CPIND hija l-prezz medju ponderat tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM, assoċjat mal-emissjonijiet indiretti tal-installazzjoni li tipproduċi oġġetti, espress fil-prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

CPCOi hija l-prezz tal-karbonju i kopert mill-għażla ta’ konformità partikolari, espress prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

EMCOi hija l-kwantità ta’ emissjonijiet tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet diretti jew mal-emissjonijiet indiretti koperti minn għażla ta’ konformità partikolari li tintuża biex jissodisfaw l-obbligi ta’ konformità.

Fejn l-għażla ta’ konformità tikkonsisti fl-użu ta’ krediti ta’ karbonju biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew sistema ta’ taxxa fuq il-karbonju, CPCOi huwa l-prezz tal-karbonju tal-krediti ta’ karbonju użati biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew taxxa fuq il-karbonju, espress fl-unità tal-munita lokali tal-ġuriżdizzjoni. Il-prezz irrapportat imħallas għall-krediti ta’ karbonju (CPCOi ) ma għandux jaqbeż il-prezz tal-karbonju ta’ għażliet oħra ta’ konformità skont is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew it-taxxa fuq il-karbonju, kif determinat skont it-Taqsimiet 3.3.1, 3.3.2 u 3.3.3.

Meta l-operatur ma jkunx xtara l-krediti ta’ karbonju użati biex jissodisfaw l-obbligi ta’ konformità skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew taxxa fuq il-karbonju, għandu jiġi assenjat prezz ta’ żero għall-emissjonijiet tas-CPM koperti minn dawk il-krediti ta’ karbonju sakemm l-operatur ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza tal-prezz tas-suq tagħhom ibbażata fuq evidenza definita fit-Taqsima 3.5.4.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju mħallas, il-krediti internazzjonali ta’ karbonju skont l-Artikoli 6.2 u 6.4 tal-Ftehim ta’ Pariġi użati biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew taxxa fuq il-karbonju jistgħu jintalbu biss għal massimu ta’ 10 % tal-emissjonijiet tas-CPM irrapportati u kkonfermati koperti minn dak il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju ta’ pajjiż terz speċifiku, b’tali mod li EMco li tikkorrispondi għall-krediti internazzjonali ta’ karbonju murija li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.5.4 ma għandhiex taqbeż il-perċentwali li ġejjin:

(a)

fejn l-EMco jikkonċerna emissjonijiet diretti, 10 % tal-emissjonijiet totali tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet diretti (total EM_CPMDIR ) għall-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li fih dawk il-krediti internazzjonali ta’ karbonju jintużaw biex jissodisfaw l-obbligi ta’ konformità;

(b)

fejn l-EMco jikkonċerna l-emissjonijiet indiretti, 10 % tal-emissjonijiet totali tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet indiretti (total EM_CPMIND ) għall-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li fih dawk il-krediti internazzjonali ta’ karbonju jintużaw biex jissodisfaw l-obbligi ta’ konformità.

Fejn aktar minn 10 % tal-emissjonijiet tas-CPM diretti jew indiretti rrapportati u kkonfermati kif applikabbli huma koperti minn tali krediti internazzjonali ta’ karbonju, għandu jiġi assenjat prezz ta’ żero għall-emissjonijiet tas-CPM koperti minn krediti internazzjonali ta’ karbonju li jaqbżu dan is-soll ta’ 10 % u l-medja tal-prezz tal-karbonju mħallas għal dawn il-krediti internazzjonali ta’ karbonju għandha tiġi assenjata għal 10 % tal-emissjonijiet tas-CPM diretti jew indiretti rrapportati u kkonfermati kif applikabbli.

Formula
[
Formula
] għandha tikkorrispond għall-emissjonijiet totali tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet diretti jew indiretti koperti minn għażliet ta’ konformità.

3.4.   Determinazzjoni tal-valur tal-prezz tar-ribassi jew ta’ forom oħra ta’ kumpens f’valur fi flus

Meta r-ribass jew forma oħra ta’ kumpens tieħu l-forma ta’ rifużjoni f’valur fi flus, ir-rata tal-prezz ta’ dik ir-rifużjoni għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 5a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 5b)

Fejn:

—

RCDIR hija r-ribass jew forma oħra ta’ rata ta’ kumpens għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM assoċjata mal-emissjonijiet diretti u assoċjata mat-tip ta’ rifużjoni f’din it-taqsima, espressa fi prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

RCIND hija r-ribass jew forma oħra ta’ rata ta’ kumpens għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM assoċjata mal-emissjonijiet indiretti u assoċjata mat-tip ta’ rifużjoni f’din it-taqsima, espressa fi prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

RCVALUE hija l-valur totali tal-prezz ta’ ribass jew ta’ forma oħra ta’ kumpens f’termini ta’ valur fi flus riċevut, assoċjat mal-perjodu ta’ CPM, espressa fil-munita lokali;

—

EM_CPMDIR hija fejn ir-rifużjoni fil-valur fi flus tkun relatata mal-emissjonijiet diretti, l-emissjonijiet totali tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet diretti, espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

—

EM_CPMIND hija fejn ir-rifużjoni fil-valur fi flus tkun relatata mal-emissjonijiet indiretti, inkluż kumpens tal-kost għal prezz tal-karbonju mħallas fuq l-elettriku mixtri, l-emissjonijiet totali tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet indiretti, espressi f’tunnellati ta’ CO2e.

Ir-ribass jew forma oħra ta’ rata ta’ kumpens għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet assoċjati mar-rifużjoni fil-valur fi flus għandu jitnaqqas mir-rata tal-prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM assoċjati ma’ emissjonijiet diretti jew ma’ emissjonijiet indiretti bl-użu ta’:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 6a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 6b)

Fejn:

—

EFF_CPDIR hija l-prezz effettiv tal-karbonju mħallas għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM assoċjati ma’ emissjonijiet diretti espress fi prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

EFF_CPIND hija l-prezz effettiv tal-karbonju mħallas għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet indiretti espress bħala prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

CPDIR hija r-rata tal-prezz tal-karbonju jew ir-rata medja ponderata tal-prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM assoċjata mal-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni li tipproduċi oġġetti, espressa bħala prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

CPIND hija r-rata medja ponderata tal-prezz tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM, assoċjata mal-emissjonijiet indiretti tal-installazzjoni li tipproduċi oġġetti, espressa fi prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

RCDIR hija r-ribass jew ir-rata ta’ kumpens għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet assoċjata mal-emissjonijiet diretti u t-tip ta’ rifużjoni f’din it-taqsima, espressa fi prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e;

—

RCIND hija r-ribass jew rata ta’ kumpens għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet assoċjata mal-emissjonijiet indiretti u t-tip ta’ rifużjoni f’din it-taqsima, espressa fi prezz għal kull tunnellata ta’ CO2e.

3.5.   Rekwiżiti dwar l-evidenza għall-prezz tal-karbonju mħallas

3.5.1.   Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Meta jintuża l-prezz medju ponderat tal-irkantar tal-kwota biex jiġi ddeterminat il-prezz totali tal-karbonju mħallas mill-operatur f’sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet f’konformità mat-Taqsima 3.3.1, l-evidenza tal-prezz tal-karbonju fil-perjodu ta’ rapportar rilevanti għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

evidenza tal-prezz medju ponderat tal-irkantar, magħmula disponibbli mill-awtoritajiet rilevanti responsabbli għall-amministrazzjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet;

(b)

meta s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tqiegħed l-obbligu ta’ konformità fuq l-operatur, l-emissjonijiet totali tas-CPM kif irrapportati u kkonfermati skont is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(3), il-punti (a) jew (b);

(c)

meta s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tqiegħed l-obbligu ta’ konformità fuq l-operatur, evidenza li tikkonsisti minn:

(1)

rekords uffiċjali ta’ unitajiet ta’ konformità ċeduti fir-reġistru jew rekords rilevanti oħra mill-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet li juru l-għadd ta’ unitajiet ta’ konformità ċeduti biex ikopru l-emissjonijiet tas-CPM irrapportati u kkonfermati, jew evidenza li l-obbligu li jiġu ċeduti unitajiet ta’ konformità huwa dovut biss f’perjodu ta’ rapportar annwali aktar tard u finali ta’ perjodu ta’ konformità pluriennali.

Meta ċ-ċiklu ta’ konformità tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ikopri diversi snin u r-regoli tiegħu jirrikjedu li l-unitajiet ta’ konformità kollha jiġu ċeduti fl-aħħar sena, ir-rekords uffiċjali tal-unitajiet ta’ konformità ċeduti f’dik l-aħħar sena u l-emissjonijiet tas-CPM irrapportati u kkonfermati tas-snin kollha taċ-ċiklu ta’ konformità li jkopru dawn l-unitajiet ta’ konformità;

(2)

meta r-rapport taċ-ċertifikazzjoni jinħareġ qabel l-iskadenza għaċ-ċediment tal-unitajiet għall-konformità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-evidenza li tikkonferma l-emissjonijiet totali tas-CPM imsemmija fil-punt (b) tkun għadha valida u jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(3), il-punti (a) jew (b).

(d)

meta s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tqiegħed l-obbligu ta’ konformità upstream fuq distributur tal-fjuwil, fornitur jew importatur tal-fjuwil, evidenza li l-prezz tal-karbonju tħallas inkluża evidenza mid-distributur tal-fjuwil, mill-fornitur jew mill-importatur tal-fjuwil, jew evidenza tal-prezz tal-karbonju mħallas miksub mill-awtorità li timmaniġġja s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

Fejn jintuża l-prezz medju tal-kambju tal-kwoti fis-suq sekondarju rikonoxxut biex jiġi ddeterminat il-prezz totali tal-karbonju mħallas mill-operatur skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, l-evidenza tal-prezz tal-karbonju fil-perjodu ta’ rapportar rilevanti għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

evidenza tal-prezz medju tal-kambju ppubblikat tal-unità għall-konformità użata f’konformità mat-Taqsima 3.3.1;

(b)

evidenza kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), ta’ din it-taqsima.

Fejn rata fissa li magħha jistgħu jinxtraw il-kwoti tintuża mill-operatur skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, l-evidenza tal-prezz tal-karbonju mħallas fil-perjodu ta’ rapportar rilevanti għandha tinkludi dan kollu li ġej:

(a)

leġiżlazzjoni li tippreskrivi r-rata fissa, applikabbli fiż-żmien tar-rapportar tad-data dwar il-prezz tal-karbonju, li abbażi tagħha jistgħu jinxtraw il-kwoti;

(b)

il-prova tax-xiri, inklużi d-data tax-xiri, l-għadd ta’ kwoti mixtrija u l-prezz totali tax-xiri għall-għadd ta’ kwoti;

Fejn il-prezz totali tal-karbonju mħallas mill-operatur f’sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ikun ibbażat fuq il-prezz medju tal-kost tal-unitajiet għall-konformità mixtrija, l-evidenza għandha tinkludi:

(a)

rekords uffiċjali tal-għadd ta’ unitajiet għall-konformità ċeduti fir-reġistru jew rekords rilevanti oħra mill-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet biex ikopru l-emissjonijiet tas-CPM irrapportati u kkonfermati;

(b)

evidenza tal-kwantità tal-unitajiet għall-konformità fil-kont tar-reġistru tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar użata għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati, id-data tax-xiri u l-prezz mixtri għal dawk l-unitajiet għall-konformità;

(c)

evidenza li l-unitajiet għall-konformità msemmija fil-punt (b) għadhom validi fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar użat għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati;

(d)

l-emissjonijiet totali tas-CPM kif irrapportati u kkonfermati skont is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(3), il-punti (a) jew (b).

Meta r-regoli ta’ sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jirrikjedu li operatur iċedi parzjalment kwoti kull sena u jċedi l-ammont ta’ kwoti neċessarji li jifdal biex ikopru l-emissjonijiet kollha rrapportati u kkonfermati fl-aħħar sena ta’ ċiklu ta’ konformità pluriennali, l-evidenza tal-prezz tal-karbonju mħallas għandha tinkludi:

(a)

fejn il-perjodu ta’ rapportar ikopri l-perjodu ta’ rapportar tas-CPM li fih kien hemm ċediment parzjali ta’ kwoti, l-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun applikabbli għall-kwoti parzjalment ċeduti għal dawk il-perjodi ta’ rapportar;

(b)

meta l-perjodu ta’ rapportar ikopri s-sena finali li fiha l-bilanċ tal-kwoti sħaħ ġie ċedut biex jaqbel mal-emissjonijiet irrapportati u kkonfermati, l-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun applikabbli għall-kwoti ċeduti bis-sħiħ f’dik l-aħħar sena taċ-ċiklu ta’ konformità pluriennali.

3.5.2.   Taxxa fuq il-karbonju

Fejn il-prezz tal-karbonju jkun relatat ma’ taxxa fuq il-karbonju, l-evidenza fil-perjodu ta’ rapportar rilevanti għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

il-leġiżlazzjoni li tippreskrivi r-rata applikabbli tat-taxxa fuq il-karbonju jew, jekk applikabbli, ir-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-karbonju fiż-żmien tar-rapportar tad-data dwar il-prezz tal-karbonju, inklużi modifiki possibbli matul il-perjodu ta’ rapportar;

(b)

fejn it-taxxa fuq il-karbonju hija taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt applikata għall-emissjonijiet diretti:

(1)

rekords uffiċjali tat-taxxa mħallsa fuq il-kwantità ta’ emissjonijiet, inkluża evidenza miksuba mill-awtoritajiet tat-taxxa;

(2)

evidenza tal-emissjonijiet tas-CPM ikkonfermati u rrapportati skont it-taxxa fuq il-karbonju dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(3), il-punt (b);

(c)

fejn it-taxxa fuq il-karbonju tiġi imposta fuq karburant (taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-karburant):

(1)

evidenza tat-taxxa mħallsa fuq il-kwantità ta’ fjuwil, inkluża evidenza mill-fornituri tal-fjuwil jew evidenza miksuba mill-awtoritajiet tat-taxxa responsabbli għat-taxxa fuq il-karbonju;

(2)

evidenza tal-kwantità tal-fjuwil ikkonsmat li fuqu tapplika t-taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-fjuwil, inkluża konferma mill-awtorità tal-fjuwil ikkonsmat, meta l-operatur ikun meħtieġ jissottometti rapport dwar il-fjuwil ikkonsmat lil dik l-awtorità;

(3)

evidenza li l-fatturi ta’ emissjoni użati fl-ekwazzjoni 3 huma konsistenti mal-fatturi ta’ emissjoni msemmija fit-Taqsima 3.3.3.

3.5.3.   Rifużjoni

Fejn ir-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens jieħdu l-forma ta’ rifużjoni skont it-Taqsima 3.4, l-evidenza għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

korrispondenza uffiċjali mal-awtorità responsabbli għall-għoti tar-rifużjonijiet, inklużi applikazzjonijiet għal rifużjonijiet ex post u l-approvazzjoni mill-awtorità ta’ dawk l-applikazzjonijiet;

(b)

konferma uffiċjali ta’ meta tkun ġiet riċevuta jew tkun se tingħata r-rifużjoni;

(c)

konferma uffiċjali tal-ammont tar-rifużjoni diretta riċevuta jew tar-rifużjoni ex post li għandha tiġi riċevuta;

(d)

fejn disponibbli, rekord tal-ħlas tar-rifużjoni diretta lill-operatur mill-awtorità responsabbli għall-għoti tar-rifużjonijiet, inklużi rekords kontabilistiċi finanzjarji;

(e)

fejn il-prezz tal-karbonju jiġi impost fuq l-elettriku, il-kont tal-elettriku bit-tnaqqis iddikjarat fil-kreditu jew fil-ħlas;

(f)

fejn ir-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens ikollhom valur fi flus li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat fil-kontijiet finanzjarji annwali jew fil-karti bilanċjali, fid-dikjarazzjonijiet minn awdituri finanzjarji kwalifikati jew fir-rapporti formali tal-ġestjoni finanzjarja.

3.5.4.   Krediti ta’ karbonju

Fejn il-prezz tal-karbonju jitħallas parzjalment bl-użu ta’ krediti ta’ karbonju, l-evidenza tal-krediti ta’ karbonju użati fil-perjodu ta’ rapportar rilevanti għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

rekords uffiċjali tal-għadd ta’ krediti ta’ karbonju ċeduti fir-reġistru jew rekords rilevanti oħra mill-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew tat-taxxa fuq il-karbonju biex ikopru l-emissjonijiet tas-CPM irrapportati u kkonfermati li jintużaw bħala parametru għall-istabbiliment tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas f’konformità mat-Taqsima 3.3.4;

(b)

rekord uffiċjali tal-emissjonijiet totali kkonfermati u rrapportati skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju inkluż għal liema parti minn dawk intużaw il-krediti ta’ karbonju għall-emissjonijiet biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità skont is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew it-taxxa fuq il-karbonju;

(c)

meta l-operaturi jkunu xtraw il-krediti ta’ karbonju, evidenza tal-kwantità mixtrija ta’ krediti ta’ karbonju, id-data tax-xiri u l-prezz mixtri għal dawn il-krediti ta’ karbonju;

(d)

meta l-operatur ma jkunx xtara l-krediti ta’ karbonju, evidenza tal-kwantità tal-krediti ta’ karbonju miksuba mill-operatur u evidenza li l-prezz tal-kreditu ta’ karbonju huwa bbażat fuq prezzijiet tas-suq disponibbli pubblikament;

(e)

fejn jintużaw krediti internazzjonali ta’ karbonju, tiġi pprovduta evidenza li:

(1)

il-krediti ta’ karbonju ġew ittrasferiti bħala Riżultati ta’ Mitigazzjoni Trasferiti fil-Livell Internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 6.2 tal-Ftehim ta’ Pariġi, u f’konformità mad-definizzjoni tal-ewwel trasferiment stabbilita fl-Ittra ta’ Awtorizzazzjoni assoċjata tagħhom li tinsab fuq il-Pjattaforma Ċentralizzata ta’ Kontabilità u Rapportar (CARP) stabbilita mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (“UNFCCC”), inklużi l-krediti ta’ karbonju maħruġa skont l-Artikolu 6.4 tal-Ftehim ta’ Pariġi bbażati fuq ir-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru tal-Mekkaniżmu tal-UNFCCC bħala Tnaqqis tal-Emissjonijiet awtorizzat għat-trasferiment internazzjonali;

(2)

ma ġiet identifikata l-ebda inkonsistenza sinifikanti, kif iddeterminat mir-rieżaminaturi esperti tekniċi tal-Artikolu 6 f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-UNFCCC dwar ir-rieżamijiet tal-Artikolu 6, fir-rapport tar-rieżami tal-esperti tekniċi tal-aktar rapport inizjali reċenti jew tar-rapport inizjali aġġornat għall-approċċ kooperattiv rilevanti disponibbli fuq is-CARP; u

(3)

s-sehem tal-krediti ta’ karbonju internazzjonali ma jaqbiżx l-10 % tal-emissjonijiet irrapportati u kkonfermati tal-installazzjoni koperti mill-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju ta’ pajjiż terz li jintużaw biex jiġi stabbilit il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas f’konformità mat-Taqsima 3.3.4.

4.   ATTRIBUZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAS-CPM GĦALL-OĠĠETTI

L-emissjonijiet tas-CPM għandhom jiġu attribwiti għal kull oġġett f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547 u mal-Anness I u III ta’ dak ir-Regolament billi jitwettqu l-attivitajiet fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2.

Għall attribuzzjoni għandhom jintużaw l-emissjonijiet totali tas-CPM ta’ installazzjoni li tipproduċi l-oġġetti kif irrapportati u kkonfermati skont ir-rekwiżiti tal-ġuriżdizzjoni tal-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(3).

Meta l-ambitu tal-emissjonijiet koperti minn mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jvarja mill-ambitu tal-emissjonijiet integrati taħt il-limiti tas-sistema applikabbli għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547, l-operatur għandu jirrikonċilja dawk l-ambiti u jattribwixxi biss l-emissjonijiet tas-CPM li jaqgħu fil-limiti tas-sistema applikabbli.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, fejn il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jkun taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-fjuwil, l-emissjonijiet totali tas-CPM jiġu derivati bl-użu ta’:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 7a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu assoċjati mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 7b)

Fejn:

—

EM_CPMDIR hija l-emissjonijiet totali tas-CPM tal-installazzjoni skont mekkaniżmu individwali tal-prezz tal-karbonju assoċjat mal-emissjonijiet diretti, espressi bħala tunnellati CO2e;

—

EM_CPMIND hija l-emissjonijiet totali tas-CPM tal-installazzjoni skont mekkaniżmu individwali tal-prezz tal-karbonju assoċjat mal-emissjonijiet indiretti, espressi bħala tunnellati CO2e;

—

QFUELf hija l-kwantità tal-karburant f li ġie kkonsmat fl-installazzjoni fil-perjodu ta’ rapportar tas-CPM u li huwa soġġett għal prezz tal-karbonju, espressa f’unitajiet ta’ karburant;

—

DEFf hija l-fattur ta’ emissjoni prestabbilit rilevanti għall-karburant f ikkonsmat, espress f’tunnellati ta’ CO2e/unità ta’ karburant;

—

Formula
hija s-somma tal-emissjonijiet attribwibbli għall-fjuwils differenti soġġetti għat-taxxa speċifika fuq il-karbonju.

Il-fattur ta’ emissjoni prestabbilit fl-ekwazzjoni 7a u 7b għandu jkun konsistenti mal-fattur ta’ emissjoni prestabbilit użat fl-ekwazzjonijiet 3a u 3b u mar-regoli applikabbli għal dak il-fattur ta’ emissjoni fit-Taqsima 3.3.3.

Fejn l-emissjonijiet tas-CPM ikunu relatati ma’ prekursuri prodotti barra mill-installazzjoni li jintużaw fil-produzzjoni ta’ oġġett, għandhom jitwettqu l-passi stabbiliti fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2.

4.1.   Attribuzzjoni tal-emissjonijiet tas-CPM fil-perjodu ta’ rapportar

Il-kwantità totali ta’ emissjonijiet tas-CPM għandha tinqasam f’dawk l-emissjonijiet li jaqgħu fil-perjodu ta’ rapportar u dawk l-emissjonijiet li jaqgħu barra minn dak il-perjodu ta’ rapportar billi jintużaw:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet ikunu assoċjati ma’ emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 8a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet ikunu assoċjati ma’ emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 8b)

Fejn:

—

EMDIR hija l-emissjonijiet diretti totali tal-installazzjoni li jaqgħu fil-perjodu ta’ rapportar, espressi bħala tunnellati ta’ CO2e;

—

EMIND hija l-emissjonijiet indiretti totali tal-installazzjoni li jaqgħu fil-perjodu ta’ rapportar, espressi bħala tunnellati ta’ CO2e;

—

EM_CPMDIR hija l-emissjonijiet totali tas-CPM tal-installazzjoni assoċjati mal-emissjonijiet diretti, espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

—

EM_CPMIND hija l-emissjonijiet totali tas-CPM tal-installazzjoni assoċjati mal-emissjonijiet indiretti, espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

—

EMPNR_DIR hija l-emissjonijiet diretti totali tal-installazzjoni li ma jaqgħux fil-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

—

EMPNR_IND hija l-emissjonijiet indiretti totali tal-installazzjoni li ma jaqgħux fil-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2e.

Is-sena ta’ referenza użata għad-determinazzjoni ta’ jekk l-emissjonijiet tas-CPM jaqgħux fil-perjodu ta’ rapportar użat għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati għandha tkun il-perjodu ta’ rapportar imsemmi fir-rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikat mill-verifikatur f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551.

Meta l-perjodu ta’ rapportar tas-CPM ma jkunx l-istess bħall-perjodu ta’ rapportar użat għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati, l-operatur għandu juża d-data rilevanti dwar l-emissjonijiet tas-CPM minn żewġ perjodi ta’ rapportar konsekuttivi tas-CPM, u jattribwixxi din id-data għall-perjodu ta’ rapportar li jintuża għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547, abbażi ta’ mill-inqas monitoraġġ ta’ kull xahar.

4.2.   Attribuzzjoni tal-emissjonijiet totali fil-perjodu ta’ rapportar għal kull oġġett

L-emissjonijiet diretti totali u l-emissjonijiet indiretti totali koperti mill-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju u fil-perjodu ta’ rapportar (EMDIR jew EMIND ) għandhom jiġu attribwiti separatament għal kull oġġett fil-livell tal-kodiċi NM bl-istess passi bħal meta jiġu attribwiti l-emissjonijiet integrati għal kull oġġett f’konformità mal-Artikolu 4 u mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547. Dik l-attribuzzjoni għandha tikkonsisti fil-passi li ġejjin:

(a)

EMDIR jew EMIND għandhom jiġu attribwiti għal-limiti tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni assoċjati mal-produzzjoni tal-oġġetti f’konformità mal-Artikolu 4 u mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547;

(b)

emissjonijiet diretti u indiretti msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu attribwiti separatament għal kull kodiċi NM tal-oġġett f’konformità mal-Anness I flimkien mal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547.

Meta jiġu attribwiti l-emissjonijiet indiretti totali koperti mill-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju għal kull oġġett, l-oġġetti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/956 ma għandhomx jitqiesu.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-emissjonijiet diretti u indiretti attribwiti għandhom jiġu espressi f’unitajiet funzjonali għal kull kodiċi NM f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547.

L-emissjonijiet diretti u indiretti fil-perjodu ta’ rapportar li huma espressi f’unitajiet funzjonali għandhom jiġu attribwiti separatament għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM kif speċifikat fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547, bl-użu ta’:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet ikunu assoċjati ma’ emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 9a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn l-emissjonijiet ikunu assoċjati ma’ emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 9b)

Fejn:

—

EMDIRg hija l-emissjonijiet diretti totali fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni tal-oġġett g, espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

EMINDg hija l-emissjonijiet indiretti totali fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni tal-oġġett g, espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

EMDIR_FUg hija l-emissjonijiet diretti totali fil-perjodu ta’ rapportar, attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni, espressi f’tCO2e għal kull unità funzjonali għal kull oġġett g f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547;

—

EMIND_FUg hija l-emissjonijiet indiretti totali fil-perjodu ta’ rapportar, attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni, espressi f’tCO2e għal kull unità funzjonali għal kull kodiċi NM f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547;

—

FUFg hija l-fattur ta’ unità funzjonali applikabbli għal kull oġġett g għall-fini tad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ unità funzjonali għal kull tunnellata ta’ oġġetti, kif speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547.

Fejn l-unità funzjonali tkun tunnellata ta’ oġġett, il-fattur ta’ unità funzjonali jkun ta’ 1. Fejn l-installazzjoni tipproduċi biss l-elettriku bħala oġġett stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, l-unità funzjonali tkun ta’ 1. L-operatur għandu jikkonverti l-unità funzjonali tal-elettriku f’MWh.

Fejn l-unità funzjonali tal-oġġetti kif imsemmija fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547 tkun tunnellati ta’ kontenut ta’ klinker u fejn l-unità funzjonali tal-fertilizzanti kif imsemmija fl-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament tkun tunnellati ta’ kontenut ta’ nitroġenu jew l-unità supplimentari kg ta’ kontenut ta’ nitroġenu u fejn dawk l-oġġetti jiġu kkummerċjalizzati f’meded differenti ta’ kompożizzjoni, l-emissjonijiet diretti jew indiretti fil-perjodu ta’ rapportar għandhom jiġu attribwiti separatament għal kull medda ta’ kompożizzjoni, jew kompożizzjoni speċifika, f’konformità mat-Taqsima B tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. F’dak il-każ, il-fattur ta’ unità funzjonali għandu jqis il-proporzjon ta’ kontenut ta’ klinker fl-oġġett kif imsemmi fl-Artikolu 4(5) ta’ dak ir-Regolament u l-proporzjonijiet differenti ta’ kontenut ta’ nitroġenu fl-oġġett kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.3.   Evidenza tal-perjodu ta’ rapportar applikabbli u tal-attribuzzjoni għall-oġġetti

Fejn il-perjodu ta’ rapportar tas-CPM ma jkunx l-istess bħall-perjodu ta’ rapportar użat għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547, l-evidenza għandha tikkonsisti f’data dwar l-emissjonijiet tas-CPM, minn mill-inqas rapportar ta’ kull xahar, meħud mis-sett tad-data għal żewġ perjodi ta’ rapportar tas-CPM konsekuttivi attribwiti għall-perjodu ta’ rapportar li jintuża għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

Evidenza tal-attribuzzjoni tal-emissjonijiet tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet diretti u indiretti għall-kodiċi NM ta’ kull oġġett kif speċifikat fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547, kif ukoll għall-unità funzjonali għal kull kodiċi NM u għall-kwantità tal-produzzjoni għal kull kodiċi NM tal-oġġett għandha tkun konsistenti mal-attribuzzjoni f’konformità mal-Annessi I u III ta’ dak ir-Regolament, u għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

evidenza fid-dokumentazzjoni tal-prezz tal-karbonju li l-attribuzzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju għal kull oġġett hija allinjata mal-approċċ għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet integrati fir-rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikat mill-verifikatur f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551;

(b)

rekords interni rilevanti li jippermettu l-kontrolli tal-plawżibbiltà fuq l-affidabbiltà tad-data elenkata fl-Artikolu 14;

(c)

fejn l-attribuzzjoni tkun relatata ma’ prekursuri prodotti barra mill-installazzjoni u fejn japplika l-Artikolu 15(2), ir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur iċċertifikat u r-rapport ta’ ċertifikazzjoni korrispondenti tal-installazzjoni li pproduċiet il-prekursuri.

5.   ATTRIBUZZJONI TA’ RIBASSI JEW FOROM OĦRA TA’ KUMPENS FUQ L-EMISSJONIJIET GĦALL-OĠĠETTI

Għal kull mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju, il-kwantità ta’ emissjonijiet relatati ma’ ribassi jew ma’ forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet għandha tiġi ddeterminata f’konformità mat-Taqsimiet 5.1 u 5.2. L-emissjonijiet relatati ma’ tali ribassi jew ma’ forom oħra ta’ kumpens għandhom jinkludu:

(a)

l-emissjonijiet assoċjati ma’ kwoti bla ħlas li jaslu għand l-operatur u li għalihom ma tħallas l-ebda prezz tal-karbonju;

(b)

l-emissjonijiet li jkunu taħt linja bażi tal-intensità tal-emissjonijiet li huma eżentati mill-ħlas ta’ prezz tal-karbonju skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ linja bażi u kreditu;

(c)

l-emissjonijiet li jkunu taħt soll li taħtu ma jkun dovut l-ebda prezz tal-karbonju;

(d)

l-emissjonijiet li jkunu eżentati mill-ħlas ta’ prezz tal-karbonju għal raġunijiet għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (c).

5.1.   Determinazzjoni tal-kwantità ta’ ribass jew ta’ forma oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet applikabbli għall-perjodu ta’ rapportar

Għal kull mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju, il-kwantità tal-emissjonijiet assoċjati ma’ ribassi jew ma’ forom oħra ta’ kumpens, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tat-Taqsima 5, għandha tinqasam f’dawk l-emissjonijiet assoċjati ma’ ribassi u ma’ forom oħra ta’ kumpens li jkunu fil-perjodu ta’ rapportar li jintuża għar-rapportar ta’ emissjonijiet integrati u dawk l-emissjonijiet li jkunu barra minn dak il-perjodu ta’ rapportar. Għal dak l-għan:

(a)

tintuża l-ekwazzjoni li ġejja meta l-emissjonijiet ikunu assoċjati mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 10a)

(b)

tintuża l-ekwazzjoni li ġejja meta l-emissjonijiet ikunu assoċjati ma’ emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 10b)

Fejn:

—

Rebated_EMDIR hija l-emissjonijiet diretti assoċjati ma’ ribassi jew ma’ forom oħra ta’ kumpens li jaqgħu fil-perjodu ta’ rapportar espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

—

Rebated_EMIND hija l-emissjonijiet indiretti assoċjati ma’ ribassi jew ma’ forom oħra ta’ kumpens li jaqgħu fil-perjodu ta’ rapportar espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

—

Rebated_EM_CPMDIR hija l-emissjonijiet totali tas-CPM tal-installazzjoni li jkunu assoċjati mal-emissjoniji diretti u mar-ribassi u ma’ forom oħra ta’ kumpens, espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

—

Rebated_EM_CPMIND hija l-emissjonijiet totali tas-CPM tal-installazzjoni li jkunu assoċjati mal-emissjoniji indiretti u mar-ribassi u ma’ forom oħra ta’ kumpens, espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

—

Rebated_EM_CPMnRP_DIR hija l-emissjonijiet diretti assoċjati ma’ ribassi jew ma’ forom oħra ta’ kumpens li ma jaqgħux fil-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2e;

—

Rebated_EMnRP_IND hija l-emissjonijiet indiretti assoċjati ma’ ribassi jew ma’ forom oħra ta’ kumpens li ma jaqgħux fil-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2e.

L-operatur għandu jattribwixxi l-emissjonijiet assoċjati ma’ ribassi u ma’ forom oħra ta’ kumpens minn żewġ perjodi konsekuttivi ta’ rapportar tas-CPM fl-istess proporzjonijiet bħall-emissjonijiet li huma attribwiti fit-Taqsima 4.1 sabiex jaqblu mal-perjodu ta’ rapportar li jintuża għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati.

5.2.   Attribuzzjoni ta’ ribassi jew ta’ forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet għal kull oġġett

Ir-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet diretti u indiretti kif iddeterminati f’konformità mat-Taqsima 5.1 għandhom jiġu attribwiti separatament għal kull oġġett fil-livell tal-kodiċi NM bl-istess passi bħal dawk għall-attribuzzjoni ta’ emissjonijiet integrati għal kull oġġett f’konformità mal-Artikolu 4 u mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547. Dik l-attribuzzjoni għandha tikkonsisti fil-passi li ġejjin:

(a)

Rebated_EMDIR u Rebated_EMIND għandhom jiġu attribwiti lill-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni assoċjati mal-produzzjoni ta’ oġġetti f’konformità mal-Artikolu 4 u mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547;

(b)

ir-ribassi jew ta’ forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet imsemmija fil-punt (a) (Rebated_EMDIR u Rebated_EMIND ) għandhom jiġu attribwiti għal kull kodiċi NM tal-oġġett f’konformità mal-Anness I flimkien mal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547.

Meta jiġu attribwiti r-ribassi indiretti jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet għal kull oġġett, l-oġġetti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/956 ma għandhomx jitqiesu.

Għall-finijiet tal-punt (b), ir-ribassi attribwiti jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet għandhom jiġu espressi f’unitajiet funzjonali għal kull kodiċi NM f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547.

Ir-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet fil-perjodu ta’ rapportar li huma espressi f’unitajiet funzjonali għandhom jiġu attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM kif speċifikat fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547, bl-użu ta’:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja għall-emissjonijiet assoċjati mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 11a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja għall-emissjonijiet assoċjati mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 11b)

Fejn:

—

Rebated_EMDIRg hija r-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet diretti fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, espress f’tunnellata ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

Rebated_EM INDg hija r-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet indiretti fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, espressi f’tunnellata ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

Rebated_EMFU_DIRg hija r-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet diretti fil-perjodu ta’ rapportar, attribwiti għall-kwantità tal-produzzjoni, espressi fl-unità funzjonali għal kull kodiċi NM f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547;

—

Rebated_EMFU_INDg hija r-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet indiretti fil-perjodu ta’ rapportar, attribwiti għall-kwantità tal-produzzjoni, espressi fl-unità funzjonali għal kull kodiċi NM f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547;

—

FUFg hija l-fattur ta’ unità funzjonali applikabbli għal kull oġġett għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ unità funzjonali għal kull tunnellata ta’ oġġetti, kif speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547.

Fejn l-unità funzjonali tkun tunnellata ta’ oġġett, il-fattur ta’ unità funzjonali jkun ta’ 1.

Meta l-unitajiet funzjonali ta’ oġġetti kif imsemmija fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547 ikunu tunnellati ta’ kontenut ta’ klinker u meta l-unitajiet funzjonali ta’ fertilizzanti kif imsemmija fl-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament ikunu tunnellati ta’ kontenut ta’ nitroġenu jew l-unità supplimentari kg ta’ kontenut ta’ nitroġenu u dawn l-oġġetti jiġu kkummerċjalizzati f’meded differenti ta’ kompożizzjoni, ir-ribassi diretti jew indiretti jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet fil-perjodu ta’ rapportar għandhom jiġu attribwiti separatament għal kull medda ta’ kompożizzjoni, jew kompożizzjoni speċifika, f’konformità mat-Taqsima B tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. F’dak il-każ, il-fattur ta’ unità funzjonali għandu jqis il-proporzjon ta’ kontenut ta’ klinker fl-oġġett kif imsemmi fl-Artikolu 4(5) ta’ dak ir-Regolament u l-proporzjonijiet differenti ta’ kontenut ta’ nitroġenu fl-oġġett kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament.

5.3.   Evidenza ta’ ribassi jew ta’ forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet

L-operatur għandu jipprovdi lill-persuna indipendenti b’mill-inqas l-evidenza ta’ ribassi jew ta’ forom oħra ta’ kumpens li ġejja:

(a)

fejn ir-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens jikkonsistu fi kwoti bla ħlas:

(1)

l-applikazzjonijiet għall-kwoti bla ħlas sottomessi mill-operatur lill-awtorità responsabbli għall-ħruġ tal-kwoti u d-deċiżjonijiet uffiċjali ta’ dawk l-awtoritajiet li japprovaw il-ħruġ tal-kwoti bla ħlas lill-operatur jew allokazzjonijiet ta’ kwoti bla ħlas ippubblikati ċentralment mill-awtorità responsabbli;

(2)

dokumenti li juru l-ammont ta’ kwoti bla ħlas mogħtija mir-regolatur lill-installazzjoni f’perjodu partikolari jew tabelli ta’ allokazzjoni bla ħlas ippubblikati mir-regolatur li juru l-ammont ta’ kwoti bla ħlas mogħtija lil installazzjoni;

(3)

evidenza tad-data tal-ħruġ ta’ kwoti bla ħlas, inkluża, jekk rilevanti, korrispondenza mal-awtorità responsabbli għall-għoti tal-kwoti;

(b)

fejn ir-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens jikkonsistu f’emissjonijiet li jinsabu taħt linja bażi tal-intensità tal-emissjonijiet u li huma eżentati mill-ħlas ta’ prezz tal-karbonju:

(1)

leġiżlazzjoni applikabbli li tistabbilixxi l-linja bażi applikabbli skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju;

(2)

ittra jew dikjarazzjoni mill-awtorità responsabbli għar-ribassi jew għal forom oħra ta’ kumpens li tikkonferma l-ammont ta’ emissjonijiet taħt il-linja bażi u r-ribassi jew forma oħra ta’ kumpens mogħtija lill-operatur kif ukoll il-kwantità u l-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom;

(c)

fejn ir-ribassi jew forom oħra ta’ kumpens ikunu emissjonijiet eżentati mill-ħlas ta’ prezz tal-karbonju minħabba li jkunu taħt soll li taħtu ma jkun dovut l-ebda prezz tal-karbonju jew raġunijiet oħra kif imsemmi fil-punt (d) fl-ewwel subparagrafu tat-Taqsima 5:

(1)

leġiżlazzjoni applikabbli li tistabbilixxi l-eżenzjoni speċifika mill-ħlas tal-prezz tal-karbonju skont il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju;

(2)

ittra jew dikjarazzjoni mill-awtorità responsabbli għar-ribassi jew għal forom oħra ta’ kumpens, li tindika l-kwantità ta’ ribassi jew forom oħra ta’ kumpens mogħtija lill-operatur u l-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom.

6.   ATTRIBUZZJONI TAL-PREZZ TAL-KARBONJU EFFETTIVAMENT IMĦALLAS GĦAL EMISSJONIJIET INTEGRATI SPEĊIFIĊI F’KULL OĠĠETT

Għal kull mekkaniżmu individwali tal-prezz tal-karbonju, il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għandu jiġi attribwit għall-emissjonijiet integrati speċifiċi li ġejjin f’konformità mat-Taqsima 6.1:

(a)

l-emissjonijiet diretti totali fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti f’konformità mat-Taqsima 4.2 għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett jew għal kull MWh;

(b)

l-emissjonijiet indiretti totali fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti f’konformità mat-Taqsima 4.2 għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett jew għal kull;

(c)

l-emissjonijiet kif imsemmija fil-punti (a) u (b) relatati ma’ prekursuri prodotti barra mill-installazzjoni f’konformità mat-Taqsimiet 6.2 u 6.3.

6.1.   Determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi relatati mal-oġġetti

Il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għandu jiġi attribwit għal kull tunnellata ta’ oġġett bl-użu ta’:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas ikun relatat mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 12a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas ikun relatat mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 12b)

Fejn:

—

EFF_CPDIRg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi (emissjonijiet diretti), espress fi prezz għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

EFF_CPINDg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi (emissjonijiet indiretti), espress fi prezz għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

EMDIRg hija l-emissjonijiet diretti totali fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, f’konformità mat-Taqsima 4, espressi f’tunnellata ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

EMINDg hija l-emissjonijiet indiretti totali fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, f’konformità mat-Taqsima 4, espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

Rebated_EMDIRg hija r-ribass jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet diretti fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, espressi f’tunnellata ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

Rebated_EM INDg hija r-ribass jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet indiretti fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, espressi f’tunnellata ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

EFF_CPDIR hija l-prezz effettiv tal-karbonju mħallas għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM koperti minn emissjonijiet diretti, kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 3.4;

—

EFF_CPIND hija l-prezz effettiv tal-karbonju mħallas għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CPM koperti minn emissjonijiet indiretti, kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 3.4.

Fejn l-installazzjoni tipproduċi biss l-elettriku bħala oġġett speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, EMDIRg jiġi espress f’tunnellata ta’ CO2e għal kull MWh.

6.2.   Determinazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet tas-CPM attribwiti lil prekursuri prodotti barra mill-installazzjoni

Fejn ikun ġie stabbilit rapport ta’ ċertifikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi tal-prekursur f’konformità mal-Artikolu 15(2), l-operatur li jipproduċi l-oġġetti għandu juża l-prezz tal-karbonju ċċertifikat effettivament imħallas għal kull prekursur inkluż fir-rapport dwar il-prezz tal-karbonju ta’ dan l-operatur iċċertifikat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 15(2).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operatur jista’ juża l-prezz tal-karbonju prestabbilit rilevanti għall-emissjonijiet integrati speċifiċi tal-prekursur prodott barra mill-installazzjoni, wara li jikkonverti dan il-prezz tal-karbonju prestabbilit espress għal kull tunnellata ta’ CO2e fil-prezz korrispondenti għal kull tunnellata ta’ prekursur, abbażi tal-emissjoni integrata ta’ dak il-prekursur.

Fejn installazzjoni li tipproduċi oġġetti kumplessi użat prekursuri minn fornituri differenti, il-prezz medju ponderat effettiv tal-karbonju għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta’ dawn:

(a)

il-formula li ġejja fejn il-prezz tal-karbonju jkun relatat mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 13a)

(b)

il-formula li ġejja fejn il-prezz tal-karbonju jkun relatat mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 13b)

Fejn:

—

Formula
hija l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi (emissjonijiet diretti) ta’ prekursur p tal-istess tip mixtri minn fornitur individwali i, espress fi prezz (euro) għal kull tunnellata ta’ prekursur;

—

Formula
hija l-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi (emissjonijiet indiretti) ta’ prekursur p tal-istess tip mixtri minn fornitur individwali i, espress fi prezz (euro) għal kull tunnellata ta’ prekursur;

—

Avg

Formula
hija l-prezz medju ponderat tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet diretti tal-prekursuri kollha tal-istess tip p mill-fornituri differenti kollha li jipprovdu dawk il-prekursuri għall-installazzjoni li tipproduċi l-oġġett kumpless, espress fi prezz (euro) għal kull tunnellata ta’ prekursur prodott barra mill-installazzjoni;

—

Avg

Formula
hija l-prezz medju ponderat tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet indiretti tal-prekursuri kollha tal-istess tip p mill-fornituri differenti kollha għall-installazzjoni li tipproduċi l-oġġett kumpless, espress fi prezz (euro) għal kull tunnellata ta’ prekursur prodott barra mill-installazzjoni;

—

Qp,i hija l-kwantità tal-istess tip ta’ prekursur p ikkonsmat mill-fornitur i;

—

Formula
hija n-numru ta’ fornituri i ta’ prekursur mill-istess tip minn 1 sa n.

Il-kwantità tal-istess tip ta’ prekursur prodott minn fornituri differenti (Qp,i ) użat fil-produzzjoni tal-oġġett kumpless għandha tkun konsistenti mal-kwantità rrapportata għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati ta’ dak l-oġġett fir-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fir-Regolament (UE) 2025/2547.

6.3.   Attribuzzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq il-prekursuri prodotti barra mill-installazzjoni lill-oġġetti prodotti

Il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq prekursuri prodotti barra mill-installazzjoni għandu jiġi attribwit għall-kwantità ta’ kull oġġett bl-użu ta’ dawn:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn il-prezz tal-karbonju jkun relatat mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 14a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn il-prezz tal-karbonju jkun relatat mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 14b)

Fejn:

—

EFF_CPDIR_PREg hija l-prezz totali tal-karbonju mħallas effettivament fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi (emissjonijiet diretti) ta’ prekursur prodott barra mill-installazzjoni u kkunsmat fil-produzzjoni ta’ kull oġġett g, espress fi prezz (euro) għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

EFF_CPIND_PREg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi (emissjonijiet indiretti) ta’ prekursur prodott barra mill-installazzjoni u kkonsmat fil-produzzjoni ta’ kull oġġett g, espress fi prezz (euro) għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

Qp hija l-kwantità totali ta’ prekursur p ikkonsmat fil-proċess tal-produzzjoni tal-oġġett fil-perjodu ta’ rapportar, kif speċifikat fir-rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet tal-operatur f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547, espressa f’tunnellata prekursur;

—

Avg(€EFF_CPDIRp) hija l-prezz medju ponderat tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet diretti tal-prekursuri kollha tal-istess tip p mill-fornituri differenti kollha għall-installazzjoni li tipproduċi l-oġġett kumpless, espress fi prezz (euro) għal kull tunnellata ta’ prekursur;

—

Avg(€EFF_CPINDp) hija l-prezz medju ponderat tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet indiretti tal-prekursuri kollha tal-istess tip p mill-fornituri differenti kollha għall-installazzjoni li tipproduċi l-oġġett kumpless, espress fi prezz (euro) għal kull tunnellata ta’ prekursur;

—

QTOTg hija l-produzzjoni totali ta’ kull oġġett g tal-installazzjoni fil-perjodu ta’ rapportar kif speċifikat fir-rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet tal-operatur f’konformità mat-Taqsima 1, il-punt 34, is-subpunt (a), tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547.

7.   KONVERŻJONI F’EURO U AGGREGAZZJONI TAL-PREZZ TOTALI TAL-KARBONJU EFFETTIVAMENT IMĦALLAS

Il-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet diretti integrati speċifiċi u l-emissjonijiet indiretti relatati mal-oġġetti kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 6.1 għandu jiġi kkonvertit f’euro f’konformità mat-Taqsima 7.1.

Għal kull mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju, dak il-prezz totali tal-karbonju kkonvertit f’euro f’konformità mat-Taqsima 7.1 għandu jiżdied mal-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet diretti integrati speċifiċi u l-emissjonijiet indiretti relatati mal-prekursuri ddeterminati f’konformità mat-Taqsimiet 6.2 u 6.3 sabiex jiġi ddeterminat il-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi totali tal-oġġetti u tal-prekursuri f’konformità mat-Taqsima 7.2.

Sussegwentement, il-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi totali għandu jiġi aggregat għall-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas skont il-mekkaniżmi kollha tal-prezz tal-karbonju li għalihom ikunu soġġetti l-emissjonijiet integrati tal-oġġett, f’konformità mat-Taqsima 7.3.

7.1.   Konverżjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas f’euro

Il-prezz tal-karbonju ddeterminat f’konformità mat-Taqsima 6.1 u effettivament imħallas fil-munita tal-ġuriżdizzjoni lokali għandu jiġi kkonvertit f’euro bir-rata tal-kambju medja annwali f’konformità mal-Artikolu 6 bl-użu ta’ dawn:

(a)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas kien relatat mal-emissjonijiet diretti:

Formula

(ekwazzjoni 15a)

(b)

l-ekwazzjoni li ġejja fejn il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas kien relatat mal-emissjonijiet indiretti:

Formula

(ekwazzjoni 15b)

Fejn:

—

€EFF_CPDIRg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet diretti speċifiċi integrati relatati ma’ kull oġġett g kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 6.1, espress bħala prezz f’euro għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

€EFF_CPINDg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet indiretti speċifiċi integrati relatati ma’ kull oġġett g kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 6.1, espress bħala prezz f’euro għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

EFF_CPDIRg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet diretti speċifiċi integrati relatati ma’ kull oġġett g kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 6.1, espress bħala prezz fil-munita lokali għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

EFF_CPINDg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet indiretti speċifiċi integrati relatati ma’ kull oġġett g kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 6.1, espress bħala prezz fil-munita lokali għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

€XR tfisser ir-rata tal-kambju medja annwali li għandha tintuża biex il-munita lokali tiġi kkonvertita f’euro, espressa bħala euro għal kull unità tal-munita lokali.

Fejn l-installazzjoni tipproduċi biss l-elettriku bħala oġġett speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, €EFF_CPDIRg huwa espress bħala prezz tal-karbonju effettivament imħallas f’euro għal kull MWh.

7.2.   Aggregazzjoni tal-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet diretti, indiretti u prekursuri ta’ oġġett

Il-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi totali għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

(ekwazzjoni 16)

Fejn:

—

€EFF_CPg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi totali assoċjati ma’ kull oġġett, li jkopri l-emissjonijiet diretti, indiretti u prekursuri, espress fi prezz (euro) għal kull tunnellata ta’ oġġett;

—

€EFF_CPDIRg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas f’euro fuq l-emissjonijiet diretti assoċjati ma’ kull tunnellata ta’ oġġett;

—

€EFF_CPINDg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas f’euro fuq l-emissjonijiet indiretti assoċjati ma’ kull tunnellata ta’ oġġett;

—

€EFF_CPPREg hija l-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi, li jkopri kemm l-emissjonijiet diretti kif ukoll dawk indiretti relatati mal-prekursur ikkonsmat fil-produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett.

7.3.   Aggregazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għal emissjonijiet integrati speċifiċi li huma soġġetti għal diversi mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju

Il-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq emissjonijiet integrati speċifiċi li huma soġġetti għal mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju differenti għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

(ekwazzjoni 17)

Fejn:

—

TOTAL €EFF_CPg hija s-somma tal-prezzijiet totali tal-karbonju effettivament imħallsin f’euro fuq kull oġġett li jkopri l-mekkaniżmi kollha tal-prezz tal-karbonju i applikabbli għall-oġġett, espressa bħala euro għal kull tunnellata ta’ oġġett.


ANNESS II

Tip ta’ mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju

Il-lista ta’ tipi ta’ mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju msemmija f’dan l-Anness ma hijiex eżawrjenti, u ma tippreġudikax il-possibbiltà li l-persuna indipendenti tivvaluta tipi addizzjonali ta’ mekkaniżmi tal-prezz tal-karbonju.

Ġuriżdizzjoni

Mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju

Tip ta’ mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju

Tip ewlieni ta’ ribassi u forom oħra ta’ kumpens

L-Albanija

Taxxa fuq il-Karbonju tal-Albanija

Taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-karburant

 

L-Arġentina

Taxxa fuq il-Karbonju tal-Arġentina (Taxxa fuq il-Fjuwils Likwidi u fuq id-Diossidu tal-Karbonju)

Taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-fjuwil

 

L-Awstralja

Mekkaniżmu ta’ salvagwardja tal-Awstralja

Sistema ta’ skambju tal-kwoti abbażi tal-livelli ta’ referenza u ta’ kreditu

Emissjonijiet taħt il-linja bażi

Il-Provinċji u t-Territorji Kanadiżi

Innovazzjoni Teknoloġika u Tnaqqis tal-Emissjonijiet ta’ Alberta (TIER);

Sistema tal-Ipprezzar Ibbażata fuq l-Output ta’ British Columbia (OBPS);

Sistema tal-Ipprezzar Ibbażata fuq l-Output ta’ New Brunswick (NB OBPS);

Sistema tal-Ipprezzar tal-Karbonju għall-Industrija Kbira ta’ Newfoundland u ta’ Labrador;

Sistema tal-Ipprezzar Ibbażata fuq l-Output ta’ Nova Scotia (OBPS);

ISistema tal-Ipprezzar tal-Emissjonijiet ta’ Ontario (EPS);

Programm tal-Istandards tal-Prestazzjoni Bbażati fuq l-Output ta’ Saskatchewan;

Sistema tal-Ipprezzar Ibbażata fuq l-Output (OBPS) tal-mekkaniżmu ta’ garanzija ta’ kontinġenza Federali;

Sistema ta’ skambju tal-kwoti abbażi tal-livelli ta’ referenza u ta’ kreditu

Emissjonijiet taħt il-linja bażi

Sistema ta’ limitu u ta’ skambju ta’ Quebec

Sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

Kwoti bla ħlas

Iċ-Ċilì

Taxxa fuq il-Karbonju taċ-Ċilì

Taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt

 

Iċ-Ċina

Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet taċ-Ċina

Sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

Kwoti bla ħlas

Limitu massimu ta’ responsabbiltà

Il-Kolombja

Taxxa fuq il-Karbonju tal-Kolombja

Taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-karburant

 

L-Indja

Skema tal-Iskambju tal-Kreditu tal-Karbonju tal-Indja

Sistema ta’ skambju tal-kwoti abbażi tal-livelli ta’ referenza u ta’ kreditu

Emissjonijiet taħt il-linja bażi

L-Indoneżja

Il-Valur Ekonomiku Indoneżjan tal-Iskema tal-Kummerċ tal-Karbonju

Sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

Kwoti bla ħlas

Iżrael

Taxxa fuq il-Karbonju ta’ Iżrael

Taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-fjuwil

Emissjonijiet eżentati

Il-Ġappun

Taxxa fuq il-karbonju tal-Ġappun (Taxxa għall-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima)

Taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-fjuwil

 

Il-Ġappun

GX-ETS tal-Ġappun

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Kwoti bla ħlas

Il-Kazakastan

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Każakistan

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Kwoti bla ħlas

Il-Messiku

Taxxa fuq il-Karbonju tal-Messiku

Taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-karburant

 

Il-Montenegro

Is-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Montenegro

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Kwoti Bla Ħlas

New Zealand

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ New Zealand

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Kwoti bla ħlas

Is-Serbja

It-taxxa fuq il-karbonju tas-Serbja

Taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt

Emissjonijiet eżentati

Singapore

Taxxa fuq il-karbonju ta’ Singapore

Taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt

Emissjonijiet eżentati

L-Afrika t’Isfel

Taxxa fuq il-karbonju tal-Afrika t’Isfel

Taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt

Emissjonijiet eżentati

Il-Korea t’Isfel

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Korea (K-ETS)

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Kwoti bla ħlas

It-Tajwan

Tariffa tal-karbonju tat-Tajwan

Tariffa tal-karbonju bbażata fuq il-fjuwil

Rata mnaqqsa

Emissjonijiet eżentati

It-Turkija

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tat-Turkija

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Kwoti bla ħlas

Ir-Renju Unit

Skema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tar-Renju Unit

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Kwoti bla ħlas

Ir-Renju Unit

Appoġġ għall-Prezz tal-Karbonju

Taxxa fuq il-karbonju bbażata fuq il-karburant

 

L-Ukrajna

Taxxa fuq il-karbonju tal-Ukrajna

Taxxa fuq il-karbonju ta’ sors punt

 

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Programm ta’ California għal-Limitu u għall-Investiment

Il-Programm ta’ Protezzjoni tal-Klima ta’ Oregon

Il-Programm ta’ Washington għal-Limitu u għall-Investiment

Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Kwoti bla ħlas


ANNESS III

Mudell tar-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-OPERATUR U TAL-INSTALLAZZJONI

(a)

In-numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-installazzjoni fir-reġistru tas-CBAM;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-operatur tal-installazzjoni fir-reġistru tas-CBAM.

2.   IDENTIFIKAZZJONI TAR-RAPPORT DWAR IL-PREZZ TAL-KARBONJU TAL-OPERATUR

(a)

L-identifikatur uniku u n-numru tal-verżjoni tar-rapport dwar il-prezz tal-karbonju tal-operatur;

(b)

il-perjodu ta’ rapportar applikabbli;

(c)

l-identifikaturi uniċi tar-rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet tal-operatur u r-rapport ta’ verifika korrispondenti.

3.   DATA DWAR IL-PREZZ TAL-KARBONJU

Għal kull mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju li japplika għall-emissjonijiet diretti u għall-emissjonijiet indiretti, separatament:

(a)

l-isem tal-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju;

(b)

jekk il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jkoprix l-emissjonijiet diretti jew l-emissjonijiet indiretti;

(c)

referenza għal-leġiżlazzjoni applikabbli;

(d)

il-prezz tal-karbonju fil-munita lokali għal kull tunnellata ta’ CO2e:

(1)

meta l-prezz tal-karbonju jkun ibbażat fuq prezz medju ponderat tal-irkant, prezz medju tal-kambju jew rata fissa ta’ kwoti kif imsemmi fit-Taqsima 3.3.1 tal-Anness I, referenza għall-prezz medju tal-irkant, il-prezz tal-kambju jew ir-rata fissa ppubblikata;

(2)

meta l-prezz tal-karbonju jkun ibbażat fuq il-medja tal-prezz tal-kost tal-unitajiet ta’ konformità tal-operatur, kif imsemmi fit-Taqsima 3.3.1 tal-Anness I, il-valur ikkalkulat ta’ dan il-prezz medju;

(3)

meta tkun applikabbli t-Taqsima 3.3.2 tal-Anness I, ir-rata speċifika tat-taxxa fuq il-karbonju jew ir-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2 assoċjati ma’ emissjonijiet diretti jew indiretti;

(4)

fejn tkun applikabbli t-Taqsima 3.3.3 jew it-Taqsima 3.3.4 tal-Anness I, il-prezz medju ponderat tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2, assoċjat mal-emissjonijiet diretti jew indiretti;

(5)

ir-ribass jew forma oħra ta’ rata ta’ kumpens għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet assoċjati mat-tip ta’ rifużjoni kif imsemmi fit-Taqsima 3.4 tal-Anness I;

(e)

l-emissjonijiet totali tas-CPM assoċjati mal-emissjonijiet diretti jew indiretti kif imsemmija fit-Taqsimiet 3.1 u 3.2 tal-Anness I;

(f)

fejn il-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jirrikjedi li jitħallas prezz tal-karbonju għal kull kwantità ta’ fjuwil mixtri jew ikkonsmat, il-fattur ta’ emissjoni użat sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CPM f’konformità mat-Taqsima 3.3.3 tal-Anness I;

(g)

fejn jintużaw forom differenti ta’ unitajiet għall-konformità biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità kif imsemmi fit-Taqsima 3.3.4 tal-Anness I, l-emissjonijiet relatati tas-CPM ma’ dawn l-unitajiet għall-konformità;

(h)

l-approċċ meħud biex jiġu attribwiti l-emissjonijiet tas-CPM għall-perjodu ta’ rapportar jekk il-perjodu ta’ rapportar tas-CPM ma jkunx l-istess bħall-perjodu ta’ rapportar użat għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati;

(i)

l-approċċ meħud biex jiġi żgurat li l-attribuzzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju għall-kwantità tal-produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM tkun konsistenti mal-approċċ tal-attribuzzjoni tal-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547;

(j)

meta l-mekkaniżmu tal-prezz tal-karbonju jkun sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, l-għadd ta’ unitajiet ta’ konformità ċeduti biex ikopru l-emissjonijiet tas-CPM irrapportati u kkonfermati msemmija fl-Anness I, it-Taqsima 3.5.1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), inklużi l-emissjonijiet tas-CPM irrapportati u kkonfermati kull sena ta’ perjodu ta’ konformità pluriennali jekk dik is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tirrikjedi li l-operatur iċedi unitajiet ta’ konformità fl-aħħar sena ta’ perjodu ta’ konformità pluriennali;

(k)

l-emissjonijiet diretti jew indiretti totali fil-perjodu ta’ rapportar attribwiti għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett jew MWh;

(l)

l-emissjonijiet diretti jew indiretti li huma eżentati mill-obbligu li jitħallas prezz tal-karbonju f’konformità mal-Anness I, it-Taqsima 5, li huma:

(1)

l-emissjonijiet assoċjati ma’ kwoti bla ħlas li jiġu riċevuti mill-operatur;

(2)

l-emissjonijiet li jkunu taħt linja bażi tal-intensità tal-emissjonijiet;

(3)

l-emissjonijiet li jkunu taħt soll li taħtu ma jkun dovut l-ebda prezz tal-karbonju;

(4)

emissjonijiet oħra li jkunu eżentati mill-ħlas ta’ prezz tal-karbonju;

(m)

ir-ribass dirett jew indirett jew forma oħra ta’ kumpens fuq l-emissjonijiet fil-perjodu ta’ rapportar attribwit għall-kwantità ta’ produzzjoni ta’ kull tunnellata ta’ oġġett għal kull kodiċi NM, espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett jew MWh;

(n)

għal kull wieħed mill-oġġetti:

(1)

il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq emissjonijiet integrati speċifiċi diretti, u, jekk applikabbli, emissjonijiet speċifiċi indiretti espressi fi prezz fil-munita lokali għal kull tunnellata ta’ oġġett jew MWh;

(2)

ir-rata tal-kambju annwali użata għall-konverżjoni tal-prezz tal-karbonju mill-munita lokali tal-ġuriżdizzjoni f’euro;

(3)

is-sena tar-rata tal-kambju annwali uffiċjali użata għall-konverżjoni tal-prezz tal-karbonju mill-munita lokali tal-ġuriżdizzjoni f’euro;

(4)

il-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas fuq l-emissjonijiet integrati speċifiċi totali, inklużi l-emissjonijiet integrati diretti speċifiċi, u, jekk applikabbli, l-emissjonijiet indiretti speċifiċi, espressi f’euro għal kull tunnellata ta’ oġġetti jew MWh.

4.   DATA DWAR IL-PREZZ TAL-KARBONJU FUQ PREKURSURI PRODOTTI BARRA MILL-INSTALLAZZJONI

(a)

Għal kull prezz tal-karbonju ċċertifikat applikabbli għal prekursur li jintuża iżda ma jiġix prodott fl-installazzjoni li tipproduċi l-oġġetti kumplessi:

(1)

l-identifikatur uniku tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni tal-installazzjoni tal-prekursur;

(2)

il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas fuq kull prekursur kif irrapportat fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni tal-installazzjoni, espress f’euro għal kull tunnellata ta’ oġġetti.

(b)

Għal kull prezz tal-karbonju prestabbilit applikabbli għal prekursur li jintuża iżda ma jiġix prodott fl-installazzjoni li tipproduċi l-oġġetti kumplessi:

(1)

il-prezz prestabbilit tal-karbonju użat, espress f’EUR għal kull tunnellata ta’ CO2e u l-prezz tal-karbonju li jirriżulta mħallas fuq kull prekursur, espress f’euro għal kull tunnellata ta’ oġġetti.

5.   DATA DWAR IL-PREZZ TAL-KARBONJU AGGREGATA FUQ MEKKANIŻMI DIFFERENTI TAL-PREZZ TAL-KARBONJU

Il-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas f’euro għal kull tunnellata ta’ oġġett, jew għal kull MWh, li jkopri l-mekkaniżmi kollha tal-prezz tal-karbonju applikabbli għall-emissjonijiet tal-oġġett.


ANNESS IV

Ambitu tal-akkreditament għal persuni indipendenti

L-ambitu tal-akkreditament u l-gruppi ta’ attivitajiet definiti f’dan l-Anness għandhom jiġu indikati fiċ-ċertifikat ta’ akkreditament.

Nru tal-grupp ta’ attività tas-CBAM

Ambitu tal-akkreditament

LIV

Ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas


ANNESS V

Mudell tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni

1.   DATA TA’ IDENTIFIKAZZJONI ĠENERALI

1.1.   Identifikazzjoni tal-installazzjoni u tal-operatur

(a)

L-isem tal-installazzjoni;

(b)

l-identifikatur uniku tal-installazzjoni fir-reġistru tas-CBAM.

1.2.   Identifikazzjoni tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni

(a)

L-identifikatur uniku u n-numru tal-verżjoni tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni;

(b)

il-perjodu ta’ rapportar applikabbli.

1.3.   Identifikazzjoni tal-persuna indipendenti

(a)

L-isem tal-persuna indipendenti;

(b)

l-indirizz fejn tkun stabbilita l-persuna indipendenti;

(c)

meta l-persuna indipendenti tkun esternalizzat l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni f’konformità mal-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-indirizz(i) tal-uffiċċju/i tat-tim taċ-ċertifikazzjoni;

(d)

in-numru ta’ akkreditament tal-persuna indipendenti;

(e)

l-isem tal-korp nazzjonali ta’ akkreditament;

(f)

il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-korp nazzjonali ta’ akkreditament;

(g)

id-data ta’ skadenza tal-akkreditament;

(h)

kwalunkwe ambitu tal-akkreditament rilevanti għas-CBAM.

2.   INFORMAZZJONI DWAR IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

2.1.   Tim taċ-ċertifikazzjoni

(a)

L-isem tal-awditur ewlieni taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM u tal-awdituri taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM kollha u, fejn applikabbli, tal-esperti tekniċi li huma membri tat-tim taċ-ċertifikazzjoni;

(b)

l-għadd ta’ ċertifikazzjonijiet konsekuttivi mwettqa mill-awditur ewlieni taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM;

(c)

jekk applikabbli, l-isem tal-awditur ewlieni taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM, l-awdituri taċ-ċertifikazzjoni tas-CBAM u l-esperti tekniċi li jwettqu ż-żjara fuq il-post.

2.2.   Dettalji dwar iż-żjarat fiżiċi fuq il-post

(a)

Jekk applikabbli, id-data taż-żjarat fuq il-post u l-għadd ta’ jiem imqatta’ fuq il-post;

(b)

jekk applikabbli, id-data, il-post u l-ispjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għat-twettiq ta’ żjarat fiżiċi fuq il-post.

2.3.   Bażi tax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni

(a)

L-objettivi taċ-ċertifikazzjoni;

(b)

l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni;

(c)

l-ambitu tal-akkreditament meħtieġ biex titwettaq iċ-ċertifikazzjoni;

(d)

l-identifikatur uniku, id-data u n-numru tal-verżjoni tar-rapport ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 15(1);

(e)

il-kriterji użati biex jiġi ċċertifikat ir-rapport tal-operatur dwar il-prezz tal-karbonju;

(f)

il-livell ta’ materjalità applikat;

(g)

konferma li l-persuna indipendenti tkun ivverifikat jekk l-operatur ikunx ingħata ribassi jew forom oħra ta’ kumpens, deskrizzjoni tal-eżitu ta’ din il-valutazzjoni u jekk tingħatax l-evidenza relatata ma’ ribassi jew ma’ forom oħra ta’ kumpens f’konformità mat-Taqsima 5.3 tal-Anness I;

(h)

jekk applikabbli, konferma li ma wasal l-ebda ribass jew forma oħra ta’ kumpens kif speċifikat fl-Artikolu 9;

(i)

konferma li l-approċċ għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet tas-CPM u tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għal kull oġġett huwa konsistenti mal-approċċ għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547 dwar il-kalkolu tal-emissjonijiet integrati, inkluża indikazzjoni ta’ kwalunkwe inkonsistenza identifikata mill-persuna indipendenti;

(j)

konferma li l-evidenza tal-ħlas reali tal-prezz tal-karbonju mill-operatur ġiet ivverifikata u deskrizzjoni ta’ kwalunkwe inkonsistenza identifikata fil-valutazzjoni tal-evidenza li għandha impatt fuq il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas;

(k)

konferma li l-persuna indipendenti vverifikat il-konsistenza tal-unitajiet ta’ konformità ċeduti mal-emissjonijiet irrapportati u kkonfermati koperti minn dawk l-unitajiet ta’ konformità ċeduti u deskrizzjoni ta’ kwalunkwe inkonsistenza identifikata;

(l)

lista ta’ evidenza dwar il-prezz tal-karbonju li l-persuna indipendenti vvalutat matul iċ-ċertifikazzjoni.

2.4.   Ċertifikazzjoni tad-data dwar il-prezz tal-karbonju

(a)

Il-prezz totali tal-karbonju effettivament imħallas għal kull oġġett, f’euro, attribwit għal kull oġġett, espress f’euro għal kull tunnellata ta’ oġġett jew f’euro għal kull MWh;

(b)

l-emissjonijiet totali tas-CPM attribwiti għal kull oġġett għal kull kodiċi NM, espressi f’tCO2e għal kull tunnellata ta’ oġġett jew tCO2e għal kull MWh;

(c)

data li tappoġġa l-prezz iċċertifikat tal-karbonju kif imsemmi fil-punt (a) u (b):

(1)

il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għal kull oġġett, f’euro għall-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni, espress fi prezz għal kull tunnellata ta’ oġġett jew fi prezz għal kull MWh;

(2)

il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għal kull oġġett, f’euro għall-emissjonijiet indiretti tal-installazzjoni, espress fi prezz għal kull tunnellata ta’ oġġett jew fi prezz għal kull MWh;

(3)

il-prezz tal-karbonju effettivament imħallas għal kull oġġett, f’euro għall-emissjonijiet ta’ prekursuri prodotti barra mill-installazzjoni, espress fi prezz għal kull tunnellata ta’ oġġett.

2.5.   Dikjarazzjoni tal-opinjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni

(a)

Id-dikjarazzjoni tal-persuna indipendenti li tindika jekk hija tikkonkludix b’aċċertament raġonevoli li r-rapport huwa ħieles minn dikjarazzjoni skorretta materjali u li l-prezz tal-karbonju fuq l-emissjonijiet integrati vverifikati tħallas b’mod effettiv;

(b)

informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet skorretti li jifdal li ma ġewx ikkoreġuti qabel il-ħruġ tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni u jekk humiex materjali;

(c)

informazzjoni dwar il-każijiet li jifdal ta’ nonkonformità li ma ġewx ikkoreġuti qabel il-ħruġ tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni u jekk għandhomx effett materjali fuq id-data dwar il-prezz tal-karbonju;

(d)

rakkomandazzjonijiet għal titjib, jekk applikabbli;

(e)

id-data u l-firma minn persuna awtorizzata f’isem il-persuna indipendenti, inkluż isimha.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2498/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)