|
9.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/10 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 473/2014
tas-17 ta' Jannar 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-Anness III tiegħu jiġi ssupplimentat b'mapep indikattivi ġodda
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni 661/2010/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiddisponi għall-possibilità li jiżdiedu mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport estiż għal pajjiżi ġirien speċifiċi abbażi ta' ftehimiet ta' livell għoli fuq l-infrastruttura tan-netwerks tat-trasport bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati. |
|
(2) |
Ftehim ta' livell għoli bejn l-Unjoni, ir-Russja u l-Bjelorussja ġie milħuq fil-qafas tas-Sħubija tad-Dimensjoni tat-Tramuntana dwar it-Trasport u l-Loġistika (NDPTL) fil-21 ta' Novembru 2012. Ftehim ta' livell għoli bejn l-Unjoni u l-Bjelorussja, l-Ukraina, il-Moldova, il-Ġeorġja, l-Armenja u l-Azerbajġan ġie milħuq fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant fid-9 ta' Ottubru 2013. |
|
(3) |
Iż-żieda ta' mapep indikattivi ta' networks tat-trasport, konnessi man-networks definiti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, kieku tippermetti li l-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi in kwestjoni tiġi mmirata aħjar. |
|
(4) |
Il-ftehimiet ta' livell għoli mal-pajjiżi ġirien jikkonċernaw il-linji tan-netwerks ferrovjarji u tat-toroq, kif ukoll il-portijiet, l-ajruporti u terminals ferrovjarji u tat-toroq. L-istatus tal-ferroviji u tat-toroq f'termini ta' tlestija tal-infrastruttura ma kienx parti mill-ftehimiet. Għalhekk, il-ferroviji u t-toroq ġew ippreżentati fil-kuntest ta' ftehimiet ta' livell għoli bħala “kkumpletati”, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament Delegat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-mappa taħt l-intestatura “Tabella għat-Tfittxija tal-Mapep għall-pajjiżi ġirien” hija sostitwita b'dan li ġej:
“
|
|
(2) |
Il-mapep li ġejjin 15.1 sa 17.2 huma miżjuda: “ 15.1. Estensjoni Indikattiva għall-Pajjiżi Ġirien Netwerk Komprensiv: Ferroviji, portijiet, terminals ferrovjarji-tat-triq u ajruporti Netwerk tat-Trasport tas-Sħubija tal-Lvant: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja 15 Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Linja ferrovjarja konvenzjonali / Lesta Linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja / Lesta Ajruporti Linja ferrovjarja konvenzjonali / Għandha tiġi mtejba Għandha tinbidel f'linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja Portijiet Linja ferrovjarja konvenzjonali / Ippjanata Linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja / Ippjanata Terminal Ferrovjarju tat-Triq (RRT) 15.2. Estensjoni Indikattiva għall-Pajjiżi Ġirien Netwerk Komprensiv: Ferroviji, portijiet, terminals ferrovjarji-tat-triq u ajruporti Netwerk tat-Trasport tas-Sħubija tal-Lvant: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja 15 Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Triq / Ikkompletata Portijiet Ajruporti Triq / Trid tittejjeb Terminal Ferrovjarju-tat-Triq Triq / Ippjanata 16.1. Estensjoni Indikattiva għall-Pajjiżi Ġirien Netwerk Komprensiv: Ferroviji, portijiet, terminals ferrovjarji-tat-triq u ajruporti Netwerk tat-Trasport tas-Sħubija tal-Lvant: il-Bjelorussja, il-Moldova, l-Ukrajna; 16 Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Linja ferrovjarja konvenzjonali / Lesta Linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja / Lesta Ajruporti Linja ferrovjarja konvenzjonali / Għandha tiġi mtejba Għandha tinbidel f'linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja Portijiet Linja ferrovjarja konvenzjonali / Ippjanata Linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja / Ippjanata Terminal Ferrovjarju tat-Triq (RRT) 16.2. Estensjoni Indikattiva għall-Pajjiżi Ġirien Netwerk Komprensiv: Ferroviji, portijiet, terminals ferrovjarji-tat-triq u ajruporti Netwerk tat-Trasport tas-Sħubija tal-Lvant: il-Bjelorussja, il-Moldova, l-Ukrajna; 16 Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Triq / Ikkompletata Portijiet Ajruporti Triq / Trid tittejjeb Terminal Ferrovjarju-tat-Triq Triq / Ippjanata 17.1. Estensjoni Indikattiva għall-Pajjiżi Ġirien Netwerk Komprensiv: Ferroviji, portijiet, terminals ferrovjarji-tat-toroq u ajruporti Sħubija tad-Dimensjoni tat-Tramuntana dwar it-Trasport u l-Loġistika: il-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa 17 Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Linja ferrovjarja konvenzjonali / Lesta Linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja / Lesta Ajruporti Linja ferrovjarja konvenzjonali / Għandha tiġi mtejba Għandha tinbidel f'linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja Portijiet Linja ferrovjarja konvenzjonali / Ippjanata Linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja / Ippjanata Terminal Ferrovjarju tat-Triq (RRT) 17.2. Estensjoni Indikattiva għall-Pajjiżi Ġirien Netwerk Komprensiv: Toroq, portijiet, terminals ferrovjarji-tat-toroq u ajruporti Sħubija tad-Dimensjoni tat-Tramuntana dwar it-Trasport u l-Loġistika: il-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa 17 Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Komprensiv Ewlieni Triq / Ikkompletata Portijiet Ajruporti Triq / Trid tittejjeb Terminal Ferrovjarju-tat-Triq Triq / Ippjanata” |