|
21.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 23/499 |
P8_TA(2019)0183
Regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2019)0048 – C8-0037/2019 – 2019/0009(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: L-ewwel qari)
(2021/C 23/70)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0048), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0037/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 154 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2019)0009
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/497.)