|
26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 281/2014
tat-12 ta’ Diċembru 2014
li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) għall-Ftehim ŻEE [2015/2148]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/286/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li tistabbilixxi l-kriterji u l-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw in-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-provdituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu ma’ dawn in-Netwerks Ewropej ta’ Referenza (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi faċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ netwerks bħal dawn (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
L-Anness X tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti segwenti jiddaħħlu wara l-punt 2b (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/329/UE) tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE:
|
“2c. |
32014 D 0286: Id-Deċiżjoni ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/286/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li tistabbilixxi l-kriterji u l-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw in-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-provdituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu ma’ dawn in-Netwerks Ewropej ta’ Referenza (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 71). |
|
2d. |
32014 D 0287: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi faċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ netwerks bħal dawn (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 79).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni Delegata 2014/286/UE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/287/UE bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2014 tat-9 ta’ Lulju 2014 (3), skont liema data tkun l-aktar reċenti.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeau fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 147, 17.5.2014, p. 71.
(2) ĠU L 147, 17.5.2014, p. 79.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.